EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2013:011:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 11, 16 ta' Jannar 2013


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.011.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 11

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
16ta' Jannar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013 tal-10 ta’ Jannar 2013 li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 22/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li japprova s-sustanza attiva ċiflumetofen, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 23/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 24/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2013

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 21/2013

tal-10 ta’ Jannar 2013

li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri eżistenti

(1)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 62,9 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) għall-kumpaniji l-oħrajn kollha ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) u fl-Anness 1 ta’ dak ir-Regolament. Dawn il-miżuri minn hawn ‘il quddiem se jissejħu “l-miżuri fis-seħħ” u l-investigazzjoni li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn hawn ‘il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

1.2.   It-talba

(2)

Fl-10 ta’ April 2012, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u biex l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le, isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(3)

Din it-talba tressqet minn Saint-Gobain Adfors CZ s.r.o., Tolnatext Fonalfeldolgozo es Muszakiszovet-gyarto Bt., Valmieras “Stikla Skiedra” AS u Vitrulan Technical Textiles GmbH, erba’ produtturi fl-Unjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ.

(4)

It-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie biex, wara li ġew imposti l-miżuri fis-seħħ, kien hemm bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-RPĊ, it-Tajwan u t-Tajlandja lejn l-Unjoni, li għaliha ma kienx hemm raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ allegatement nibtet mit-trasbord ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ permezz tat-Tajwan u t-Tajlandja.

(5)

Barra minn hekk, l-evidenza enfasizzat il-fatt li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ kienu qed jiddgħajfu kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ prezz. L-evidenza wriet li ż-żieda fl-importazzjonijiet mit-Tajwan u t-Tajlandja saret bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz li ma jikkawżax dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(6)

Fl-aħħar nett, kien hemm evidenza li l-prezzijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja kienu l-oġġett tad-dumping b’rabta mal-valur normali stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali.

1.3.   Bidu

(7)

Meta wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ddeterminat li hemm biżżejjed evidenza prima facie biex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2012 (3) (“ir-Regolament li jagħti bidu”). Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, skont ir-Regolament li jagħti bidu, ordnat ukoll lill-awtoritajiet tad-dwana biex jiddokumentaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja.

1.4.   Investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ, it-Tajwan u t-Tajlandja, lill-produtturi esportaturi f’dawk il-pajjiżi, lill-importaturi magħrufa fl-Unjoni li huma kkonċernati u lill-industrija tal-Unjoni, bil-bidu tal-investigazzjoni. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi magħrufa tar-RPĊ, it-Tajwan u t-Tajlandja magħrufa mill-Kummissjoni mit-talba jew permezz tal-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Taipei u l-Missjoni tar-Renju tat-Tajlandja għall-Unjoni Ewropea. Il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lill-importaturi fl-Unjoni msemmija fit-talba. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament li jagħti bidu. Il-partijiet kollha kienu infurmati li nuqqas ta’ kooperazzjoni tista’ twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal konklużjonijiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(9)

Il-kwestjonarju kontra l-evażjoni ntbagħat lil tmien kumpaniji fit-Tajwan u lil seba’ kumpaniji fit-Tajlandja. Xi kumpaniji Tajwaniżi u Tajlandiżi ppreżentaw ruħhom u sostnew li ma jridux jitqiesu bħala partijiet interessati billi ma jipproduċux il-prodott investigat u/jew ma għandhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Il-kumpaniji magħrufa li jifdal miż-żewġ pajjiżi kkonċernati ma ppreżentawx ruħhom. L-ebda waħda mill-kumpaniji ma ressqet tweġiba għall-kwestjonarju. Il-kwestjonarju kontra l-evażjoni ntbagħat ukoll lil 44 kumpanija fir-RPĊ. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi fir-RPĊ ma ppreżenta ruħu jew bagħat il-kwestjonarju. Intbagħtu kwestjonarji wkoll lill-importaturi fl-Unjoni iżda l-ebda wieħed minnhom ma ppreżenta ruħu, u lanqas bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju.

1.5.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(10)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2012 (“il-PI”). Id-dejta nġabret għall-PI sabiex tiġi investigata, fost l-oħrajn, il-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ. Inġabret dejta aktar dettaljata għall-perjodu tar-rappurtaġġ bejn l-1 ta’ April 2011 u l-31 ta’ Marzu 2012 (“il-PR”) sabiex tiġi eżaminata l-possibbiltà tal-imminar tal-effett rimedjali tal-miżuri fis-seħħ u l-possibbiltà tal-eżistenza tad-dumping.

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(11)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ evażjoni saret billi ġie analizzat b’mod suċċessiv jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Unjoni; jekk din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju; jekk kienx hemm evidenza ta’ ħsara jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju ġewx kompromessi f’termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott investigat; u jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valuri normali stabbiliti qabel għall-prodotti simili fl-investigazzjoni oriġinali, jekk hemm bżonn skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

2.2.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat

(12)

Il-prodott ikkonċernat huwa kif definit fl-investigazzjoni oriġinali: Drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs taċ-ċellula ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-ħġieġ tal-fibra, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00.

(13)

Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda jiġi kkunsinjat mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le.

(14)

L-investigazzjoni wriet li d-drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, kif definiti hawn fuq, esportati lejn l-Unjoni mir-RPĊ u dawk ikkunsinjati lill-Unjoni mit-Tajwan u t-Tajlandja għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu, u għalhekk għandhom jitqiesu bħala prodotti simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Grad ta’ kooperazzjoni u determinazzjoni tal-volumi tal-kummerċ

It-Tajwan

(15)

Kif intqal fil-premessa 9, l-ebda waħda mill-kumpaniji ma bagħtet tweġiba għall-kwestjonarju, jiġifieri ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Tajwaniżi, u għaldaqstant ma saru l-ebda żjarat ta’ verifika fuq il-post. Il-konklużjonijiet fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mit-Tajwan lejn l-Unjoni u l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn it-Tajwan kellhom isiru parzjalment abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ id-dejta tal-COMEXT intużat biex tiddetermina l-volumi ta’ importazzjoni ġenerali mit-Tajwan lejn l-Unjoni u l-istatistika nazzjonali Ċiniża ntużat għad-determinazzjoni tal-esportazzjonijiet ġenerali mir-RPĊ lejn it-Tajwan.

It-Tajlandja

(16)

Il-produtturi esportaturi Tajlandiżi lanqas ma kkooperaw billi lanqas huma ma bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju, b’hekk ma saru l-ebda żjarat ta’ verifika fuq il-post. Il-konklużjonijiet fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mit-Tajwan lejn l-Unjoni u l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn it-Tajwan kellhom isiru parzjalment abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ id-dejta tal-COMEXT intużat biex tiddetermina l-volumi ta’ importazzjoni ġenerali mit-Tajlandja lejn l-Unjoni u l-istatistika nazzjonali Ċiniża ntużat għad-determinazzjoni tal-esportazzjonijiet ġenerali mir-RPĊ lejn it-Tajlandja.

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(17)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkooperawx. Għalhekk, il-konklużjonijiet fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ lejn it-Tajwan u t-Tajlandja kellhom isiru parzjalment abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ reġgħet intużat id-dejta tal-COMEXT biex jiġu ddeterminati l-volumi globali tal-importazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Intużat l-istatistika nazzjonali Ċiniża biex jiġu stabbiliti l-esportazzjonijiet kumplessivi lejn it-Tajwan u t-Tajlandja mir-RPĊ.

(18)

Il-volum ta’ importazzjonijiet irreġistrati fl-istatistika tal-COMEXT ikopri grupp akbar ta’ prodotti mill-prodott ikkonċernat u mill-prodott investigat. Madankollu, abbażi tal-istimi pprovduti mill-industrija tal-Unjoni, seta’ jiġi stabbilit li parti sinifikanti ta’ dan il-volum importat kopriet il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat. Għaldaqstant, din id-dejta setgħet tintuża biex tiġi stabbilita bidla fix-xejra tal-kummerċ.

2.4.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

L-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ

(19)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqsu b’mod drammatiku wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji fi Frar 2011 (4) u tal-miżuri definittivi f’Awwissu 2011 mir-Regolament oriġinali.

It-Tajwan

(20)

L-esportazzjonijiet totali tal-prodott investigat mit-Tajwan lejn l-Unjoni żdiedu b’mod sinifikanti fl-2011 u partikolarment wara l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi f’Awwissu 2011. Skont id-dejta tal-COMEXT, l-esportazzjonijiet mit-Tajwan lejn l-Unjoni żdiedu drastikament fit-tieni semestru tal-2011 filwaqt li kienu f’livelli insinifikanti fis-snin ta’ qabel. Dawn l-importazzjonijiet splodew ulterjorment fil-kwart tas-sena Jannar-Marzu 2012, wara l-bidu f’Novembru 2011 tal-investigazzjoni kontra l-evażjoni dwar drappijiet b’malja miftuħa li joriġinaw mir-RPĊ u kkunsinjati permezz tal-Malasja (5). Din ix-xejra hija kkonfermata wkoll mill-istatistika Ċiniża korrispondenti fir-rigward tal-esportazzjonijiet mit-Tajwan lejn ir-RPĊ ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ.

It-Tajlandja

(21)

Fejn jikkonċerna t-Tajlandja, l-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni tal-prodott investigat żdiedu drastikament ukoll fl-2011. Skont id-dejta tal-COMEXT, l-esportazzjonijiet mit-Tajwan lejn l-Unjoni żdiedu fil-kwart tas-sena Ġunju-Awwissu 2011 filwaqt li kienu f’livelli insinifikanti fis-snin ta’ qabel. Dawn l-importazzjonijiet jippreżentaw ukoll żieda ulterjuri fil-kwart tas-sena Jannar-Marzu 2012, wara l-bidu f’Novembru 2011 tal-investigazzjoni kontra l-evażjoni dwar drappijiet b’malja miftuħa li joriġinaw mir-RPĊ u kkunsinjati permezz tal-Malasja (6). Din ix-xejra hija kkonfermata wkoll mill-istatistika Ċiniża korrispondenti fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn it-Tajlandja mir-RPĊ ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ.

(22)

It-Tabella 1 turi l-kwantitajiet ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ, it-Tajwan u t-Tajlandja lejn l-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-31 ta’ Marzu 2012.

Tabella 1

Volumi ta’ importazzjoni

(miljuni ta’ m2)

2009

2010

2011

1.4.2011 – 31.3.2012

RPĊ

294,90

383,72

193,07

121,30

Tajwan

1,33

1,03

10,67

17,07

Tajlandja

0,66

0,04

10,40

24,11

Sors: L-istatistika tal-COMEXT

Id-dejta tal-COMEXT hija pprovduta f’kilogrammi filwaqt li l-kejl tal-prodott ikkonċernat ikun f’metri kwadri. L-Industrija tal-Unjoni pprovdiet rati ta’ konverżjoni għaż-żewġ kodiċijiet koperti mill-proċediment li ntużaw għall-kalkolu taċ-ċifri fit-Tabelli.

(23)

Id-dejta turi biċ-ċar li l-importazzjonijiet fl-Unjoni mit-Tajwan u t-Tajlandja kienu negliġibbli fl-2009 u l-2010. Madankollu, fl-2011, wara l-impożizzjoni tal-miżuri, l-importazzjonijiet żdiedu f’daqqa u ħadu post parti mill-esportazzjonijiet mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni f’termini ta’ volum. Barra minn hekk, minn mindu ġew imposti l-miżuri fis-seħħ, it-tnaqqis tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni kien wieħed sinifikanti (70 %).

Esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn it-Tajwan u t-Tajlandja

(24)

Matul l-istess perjodu, tista’ tiġi osservata wkoll, żieda drammatika fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn it-Tajwan ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. Minn ammont relattivament żgħir fl-2009 (748 000 m2), l-esportazzjonijiet żdiedu għal 14,39 miljun m2 fil-PR.

(25)

It-Tabella 2 turi l-esportazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ lejn it-Tajwan mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2012.

Tabella 2

Tajwan

2009

2010

2011

1.4.2011 – 31.3.2012

Kwantità

(miljun m2)

0,75

2,45

7,58

14,39

Bidla annwali (%)

 

227

209

90

Indiċi (2009 = 100)

100

327

1 011

1 919

Sors: L-istatistika Ċiniża

(26)

L-istess xejra tista’ tiġi osservata għall-esportazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ lejn it-Tajlandja. Il-volum ta’ esportazzjoni fl-2009 kien biss ta’ 1,83 miljun m2 filwaqt li fil-PR sploda għal 41,70 miljun m2.

(27)

It-Tabella 3 turi l-esportazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ lejn it-Tajlandja mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2012.

Tabella 3

Tajlandja

2009

2010

2011

1.4.2011 – 31.3.2012

Kwantità

(miljun m2)

1,83

9,80

25,51

41,70

Bidla annwali (%)

 

436

160

63

Indiċi (2009 = 100)

100

535

1 394

2 279

Sors: L-istatistika Ċiniża

(28)

Biex tiġi stabbilita x-xejra tal-fluss kummerċjali ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ lejn it-Tajwan u t-Tajlandja, tqieset l-istatistika Ċiniża, għalkemm din kienet disponibbli biss f’livell ogħla tal-grupp tal-prodott minn tal-prodott ikkonċernat. Fid-dawl tad-dejta tal-COMEXT u l-istimi pprovduti mill-industrija tal-Unjoni dwar il-volumi kklassifikati taħt iż-żewġ kodiċi NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00, madankollu jista’ jiġi stabbilit li l-prodott ikkonċernat ikopri parti sinifikanti tal-istatistika Ċiniża. Għalhekk, din id-dejta tista’ tiġi kkunsidrata.

(29)

It-Tabelli 1 sa 3 juru biċ-ċar li t-tnaqqis drastiku ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ lejn l-Unjoni kien segwit minn żieda sinifikanti ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ lejn it-Tajwan u t-Tajlandja, b’żieda drastika sussegwenti ta’ esportazzjonijiet Tajwaniżi u Tajlandiżi ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ lejn l-Unjoni fil-PR.

Volumi ta’ produzzjoni fit-Tajwan u t-Tajlandja

(30)

Ladarba ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-kumpaniji fit-Tajwan u t-Tajlandja, l-ebda informazzjoni ma setgħet tinkiseb fuq il-livelli possibbli tal-produzzjoni ġenwina tal-prodott investigat f’dawn iż-żewġ pajjiżi.

2.5.   Il-konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(31)

It-tnaqqis ġenerali fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni u ż-żieda parallela tal-esportazzjonijiet mit-Tajwan u t-Tajlandja lejn l-Unjoni u fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn it-Tajwan u t-Tajlandja rispettivament, wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji fi Frar 2011 u tal-miżuri definittivi f’Awwissu 2011 jikkostitwixxu bidla fix-xejra kummerċjali bejn dawk il-pajjiżi, minn naħa waħda, u l-esportazzjonijiet ta’ dawk il-pajjiżi lejn l-Unjoni, min-naħa l-oħra.

2.6.   In-natura tal-prattika ta’ evażjoni

(32)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, il-proċess u l-ħidma jinkludu, fost l-oħrajn, il-konsenja tal-prodott suġġetta għall-miżuri permezz ta’ pajjiżi terzi.

Trasbord

(33)

Il-Kummissjoni għandha evidenza rigward kuntatti ta’ negozju ta’ operaturi Ċiniżi ma’ importaturi fl-Unjoni li jikkonfermaw l-eżistenza ta’ prattiċi ta’ trasbord permezz tat-Tajlandja. Barra minn hekk in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kull wieħed mill-produtturi tal-prodott investigat fit-Tajwan u t-Tajlandja juri prassi ta’ trasbord li sseħħ f’dawk il-pajjiżi fir-rigward ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. Barra minn hekk, iż-żieda reċenti fl-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi tindika li dan huwa dovut għall-kummerċjanti Tajwaniżi u Tajlandiżi li qed jittrasbordaw prodotti Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(34)

L-eżistenza ta’ trasbord ta’ prodotti ta’ oriġini Ċiniża mit-Tajwan u t-Tajlandja, hija għalhekk ikkonfermata.

2.7.   Nuqqas ta’ raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping

(35)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għat-trasbord ħlief l-evażjoni tal-miżuri fis-seħħ tal-prodott ikkonċernat. Ma nstab l-ebda element, għajr għad-dazju, li seta’ jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tat-trasbord, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-tagħbija mill-ġdid, ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ permezz tat-Tajwan u t-Tajlandja.

2.8.   L-imminar tal-effett rimedjali tad-dazju anti-dumping

(36)

Biex jiġi vvalutat jekk il-prodott importat investigat, f’termini ta’ kwantitajiet u prezzijiet, imminax l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, intużat id-dejta tal-COMEXT bħala l-aħjar dejta disponibbli dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta’ esportazzjonijiet minn kumpaniji li ma kkoperawx fit-Tajwan u t-Tajlandja. Il-prezzijiet kif stabbiliti tqabblu mal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu stabbilit għall-produtturi tal-Unjoni fil-premessa 74 tar-Regolament oriġinali.

(37)

Iż-żieda tal-importazzjonijiet mit-Tajwan lejn l-Unjoni minn 1,03 miljun m2 fl-2010 għal 17,07 miljun m2 fil-PR, tqieset bħala sinifikanti f’termini ta’ kwantità.

(38)

Hekk ukoll, iż-żieda tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja lejn l-Unjoni minn 40 000 m2 fl-2010 għal 24,11 miljun m2 fil-PR, tqieset bħala sostanzjali f’termini ta’ kwantità.

(39)

It-tqabbil tal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezz medju peżat tal-esportazzjoni (iddeterminat f’din l-investigazzjoni għat-Tajwan u t-Tajlandja rispettivament u aġġustat għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u l-aġġustamenti tal-kwalità stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali) wera bejgħ taħt il-prezz sinifikanti għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati. Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll ta’ prezzijiet.

2.9.   Evidenza ta’ dumping

(40)

Finalment, b’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valur normali stabbilit preċedentement fl-investigazzjoni oriġinali.

(41)

Fir-Regolament oriġinali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fil-Kanada, li f’dik l-investigazzjoni nstab li kien pajjiż b’ekonomija tas-suq adegwata li hija analoga għar-RPĊ. Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie kkunsidrat xieraq li jintuża l-valur normali kif stabbilit qabel fl-investigazzjoni oriġinali.

(42)

Il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mit-Tajwan u t-Tajlandja, rispettivament kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri fuq il-prezz medju tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ matul il-PR kif irrappurtat fil-COMEXT. L-użu tal-fatti disponibbli kien ġej min-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ kull produttur tal-prodott investigat fiż-żewġ pajjiżi kkonċernati.

(43)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, saru aġġustamenti għad-differenzi fit-trasport, l-assigurazzjoni, u l-ispejjeż tal-imballaġġ. Minħabba li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi fit-Tajwan, it-Tajlandja u r-RPĊ, l-aġġustamenti kellhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-aħjar fatti disponibbli. B’hekk, l-aġġustament għal dawn il-konċessjonijiet kien ibbażat fuq perċentwal ikkalkulat bħala l-proporzjon tal-ispejjeż totali tat-trasport, l-assigurazzjoni u l-imballaġġ fuq il-valur tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ fl-Unjoni b’termini ta’ konsenja CIF ipprovduti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-investigazzjoni oriġinali.

(44)

Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi tqabbel il-valur normali medju peżat kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjoni korrispondenti taż-żewġ pajjiżi kkonċernati matul il-PR ta’ din l-investigazzjoni, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF f’dazju mhux imħallas fil-fruntiera tal-Unjoni.

(45)

It-tqabbil tal-valur normali medju peżat u l-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjonijiet kif stabbiliti wera dumping.

3.   MIŻURI

(46)

Minħabba dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ kien ġie evitat permezz tat-trasbord mit-Tajwan u t-Tajlandja skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.

(47)

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-prodott investigat, jiġifieri l-istess prodott imma kkonsenjat mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mt-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le.

(48)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni f’din l-investigazzjoni, il-miżuri li jridu jiġu estiżi għandhom ikunu l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament oriġinali għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”, li bħalissa huwa dazju definittiv anti-dumping ta’ 62,9 % applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju.

(49)

Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipula li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li jkunu daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament li jagħti bidu, għandhom jinġabru dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja.

4.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(50)

Kif intqal fil-premessa 9 ħadd mill-produtturi fiż-żewġ pajjiżi kkonċernati ma ppreżenta ruħu wara l-bidu tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, ma saru l-ebda talbiet għal eżenzjoni mill-estensjoni possibbli tal-miżuri skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku.

(51)

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi fit-Tajwan u t-Tajlandja li ma ppreżentawx ruħhom f’dan il-proċediment u li ma esportawx il-prodott investigat lejn l-Unjoni fil-PR u li jikkunsidraw li jagħmlu talba għal eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku, se jkollhom jimlew kwestjonarju biex jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi jekk eżenzjoni tistax tkun ġustifikata. Din l-eżenzjoni tista’ tingħata wara l-valutazzjoni tal-qagħda tas-suq, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, l-akkwist u l-bejgħ u l-probabbiltà tat-tkomplija tal-prattiċi li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti u l-evidenza ta’ dumping. Il-Kummissjoni normalment twettaq ukoll żjara ta’ verifika fil-post. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni, bl-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ.

(52)

Meta eżenzjoni tkun mistħoqqa, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tipproponi l-emenda tal-miżuri estiżi fis-seħħ skont dan. Sussegwentement, kull eżenzjoni mogħtija tkun immonitorjata biex tkun żgurata l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fiha.

5.   ŻVELAR

(53)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Wara l-iżvelar, ma waslux kummenti mingħand id-Dipartiment tal-Kummerċ Barrani fil-Ministeru tal-Kummerċ tat-Tajlandja. Huma talbu li titqies ukoll l-istatistika ta’ importazzjoni u esportazzjoni Tajlandiża ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. L-istatistika pprovduta mill-awtoritajiet Tajlandiżi tqieset u nstab li kienet għajn ta’ informazzjoni utli. Madankollu, finalment ġie deċiż li ma tintużax għall-konklużjonijiet definittivi billi d-dejta tal-COMEXT u l-istatistika nazzjonali Ċiniża wrew xejriet iktar koerenti. B’hekk l-argumenti ppreżentati ma wasslux għal modifika tall-konklużjonijiet definittivi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” impost permezz tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ta’ daqs taċ-ċellula ta’ iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-ħġieġ tal-fibra, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ta’ daqs taċ-ċellula ta’ iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi diski tal-ħġieġ tal-fibra, ikkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (kodiċijiet TARIC 7019510012, 7019510013, 7019590012 u 7019590013).

2.   Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar għall-importazzjonijiet ikkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 437/2012 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiż taħt l-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 08/20

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Faks (32 2) 295 65 05

2.   B’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b’deċiżjoni l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet minn kumpaniji li ma evitawx il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011, mid-dazju estiż bl-Artikolu 1.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana huma b’dan ordnati li jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 437/2012.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 134, 24.5.2012, p. 12.

(4)  ĠU L 43, 17.2.2011, p. 9.

(5)  ĠU L 292, 10.11.2011, p. 4.

(6)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 5.


16.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 22/2013

tal-15 ta’ Jannar 2013

li japprova s-sustanza attiva ċiflumetofen, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għaċ-ċiflumetofen, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/244/UE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE il-Pajjiżi l-Baxxi rċevew nhar il-21 ta’ Settembru 2009 applikazzjoni minn għand Otsuka Chemical Co. Ltd. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva ċiflumetofen fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/244/UE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ssottometta abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni fit-12 ta’ Novembru 2010.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni saritlu evalwazzjoni mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar l-analiżi tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva ċiflumetofen (4) fis-16 ta’ Diċembru 2011. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irreveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fis-20 ta’ Novembru 2012 fil-format tar-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għaċ-ċiflumetofen.

(5)

Mid-diversi eżamijiet li saru deher li l-prodotti li jipproteġu l-pjanti li għandhom iċ-ċiflumetofen jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment dwar l-użi tagħhom li kienu eżaminati u li ngħataw dettalji dwarhom fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li ċ-ċiflumetofen jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, tinħtieġ l-inklużjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, huwa xieraq li tintalab informazzjoni ta’ konferma addizzjonali.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla ħsara għall-obbligi previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ċ-ċiflumetofen. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet, kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (6), għandu jiġi emendat kif xieraq.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva ċiflumetofen, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Rivalutazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet attwali għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ċ-ċiflumetofen bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2013.

Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih iċ-ċiflumetofen bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju 2013, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih iċ-ċiflumetofen bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2014; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih iċ-ċiflumetofen bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, meta ikun meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Novembru 2014 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fl-att jew l-atti rispettivi li jkunu żiedu s-sustanza jew is-sustanzi attivi mal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li jkunu approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanza, skont liema minnhom tkun l-iktar reċenti.]

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 107, 29.4.2010, p. 22.

(4)  The EFSA Journal 2012; 10(1):2504. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu

(5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(6)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Iċ-ċiflumetofen

Nru CAS 400882-07-7

Nru CIPAC 721

2-metoksitil (RS)-2-(4-tert-butilfenil)-2-ċjano-3-okso-3-(α,α,α-trifluworo-o-tolil)propjonat

≥ 975 g/kg (raċemiku)

l-1 ta’ Ġunju 2013.

l-31 ta’ Mejju 2023

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar iċ-ċiflumetofen, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-20 ta’ Novembru 2012.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas b’mod partikolari għal:

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema;

il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli;

il-protezzjoni tal-ilma tax-xorb;

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni li tikkonferma fir-rigward ta’:

(a)

il-potenzjal mutaġeniku possibbli tal-metabolit B3 (2-(trifluworometil) benżammid), billi tiġi eskluża r-rilevanza in vivo tal-effetti osservati in vitro permezz ta’ protokoll ta’ test xieraq;

(b)

aktar informazzjoni biex jiġi stabbilit ARfD għall-metabolit B3;

(c)

aktar studji ekotossikoloġiċi u valutazzjonijiet għal vertebrati akkwatiċi li jkopru ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tagħhom.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sal-31 ta’ Mejju 2015.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“31

Iċ-ċiflumetofen

Nru CAS 400882-07-7

Nru CIPAC 721

2-metoksitil (RS)-2-(4-tert-butilfenil)-2-ċjano-3-okso-3-(α,α,α-trifluworo-o-tolil)propjonat

≥ 975 g/kg (raċemiku)

l-1 ta’ Ġunju 2013

l-31 ta’ Mejju 2023

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar iċ-ċiflumetofen, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-20 ta’ Novembru 2012.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas b’mod partikolari lil:

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema;

il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli.

il-protezzjoni tal-ilma tax-xorb;

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħal l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali, fejn xieraq.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni li tikkonferma fir-rigward:

(a)

il-potenzjal mutaġeniku possibbli tal-metabolit B3 (2-(trifluworometil) benżammid), billi tiġi eskluża r-rilevanza in vivo tal-effetti osservati in vitro permezz ta’ protokoll ta’ test xieraq (assaġġ in vivo Comet);

(b)

aktar informazzjoni biex jiġi stabbilit ARfD għall-metabolit B3;

(c)

aktar studji ekotossikoloġiċi u valutazzjonijiet għal vertebrati akkwatiċi li jkopru ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tagħhom.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sal-31 ta’ Mejju 2015.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ analiżi.


16.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 23/2013

tal-15 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

62,1

TN

102,6

TR

130,0

ZZ

98,2

0707 00 05

EG

194,1

TR

130,5

ZZ

162,3

0709 91 00

EG

158,2

ZZ

158,2

0709 93 10

MA

104,4

TR

132,7

ZZ

118,6

0805 10 20

EG

54,9

MA

59,8

TR

63,5

ZA

103,6

ZZ

70,5

0805 20 10

IL

162,4

MA

95,8

ZZ

129,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

113,9

KR

140,9

TR

94,1

ZZ

116,3

0805 50 10

TR

76,9

ZZ

76,9

0808 10 80

BA

47,0

CN

99,8

MK

38,5

US

183,6

ZZ

92,2

0808 30 90

CN

65,3

US

134,8

ZZ

100,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


16.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 24/2013

tal-15 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Jannar 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Jannar 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2013

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

2.1.2013-14.1.2013

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

250,05

208,35

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

303,11

293,11

273,11

Primjum tal-Golf

76,71

17,95

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

14,22  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


Top