EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/203/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7253 — Lagardère Services/SNCF Participations/JV) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ C 203, 1.7.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7253 — Lagardère Services/SNCF Participations/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 203/05

1.

Fid-19 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża Lagardère Services (“Lagardère Services”, Franza), ikkontrollata mill-Groupe Lagardère (“Lagardère”, Franza), u l-impriża SNCF Participations (“SNCF-P”, Franza) ikkontrollata mill-Groupe SNCF (Franza), jakkwistaq skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża komuni (is-“Société Commune”) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’impriża ġdida.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   Għal Lagardère Services: il-bejgħ bl-imnut fl-ajruporti. stazzjonijiet tal-ferrovija u stazzjonijiet tal-métro, distribuzzjoni ta’ gazzetti u rivisti u kummerċ lokali,

—   Għal Lagardère: kotba, gazzetti, servizi ta’ livres, presse, servizzi ta’ xandir televiżiv u servizzi multimidja,

—   Għal SNCF-P: kontroll dirett jew indiett tal-maġġoranza kbira ta’ sussidjarji u sehem f’kull waħda mill-fergħat ta’ attività tal-SNCF, b’mod partikolari l-fergħa Gares & Connexions (ġestjoni tal-istazzjonijiet tal-ferrovija).

3.

Wara eżami preliminari, u mingħajr preġudizzju tad-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu għandha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7253 — Lagardère Services/SNCF Participations /JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/ BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top