EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/057/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6519 – Cremer/L Possehl/Possehl Erzkontor JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 57, 25.2.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6519 – Cremer/L Possehl/Possehl Erzkontor JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 57/08

1.

Fis-17 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Peter Cremer Holding GmbH & Co. KG (“Cremer”, il-Ġermanja) u L. Possehl & Co. mbH (“L. Possehl”, il-Ġermanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta’ Possehl Erzkontor GmbH (“Possehl Erzkontor”, il-Ġermanja), attwalment ikkontrollata unikament minn L. Possehl, permezz ta’ bejgħ u xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Cremer: kummerċ fil-prodotti agrikoli, il-prodotti bażiċi, l-azzar u materji primi oħra; produzzjoni u bejgħ ta' prodotti agrikoli; produzzjoni, kummerċ u bejgħ ta’ prodotti oleokimiċi u trasport marittimu ta’ merkanzija bil-kontejner u bil-massa,

għal L. Possehl: kostruzzjoni b’għan speċjali; ipproċessar ta’ metalli prezzjużi; ipproċessar tal-elastomer; elettronika; servizzi tal-kamra tal-ittri; sistemi ta’ tindif; sistemi għat-tlestija ta’ tessuti u investimenti tal-SMEs,

għal Possehl Erzkontor: kummerċ internazzjonali fil-minerali, minerali mhux maħduma, metalli, materji primi tal-plastik u kimiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6519 – Cremer/L Possehl/Possehl Erzkontor JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top