EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/180/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6264 – Rhône Capital/Triton/Evonik carbon black business) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 180, 21.6.2011, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6264 – Rhône Capital/Triton/Evonik carbon black business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 180/17

1.

Fl-14 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Rhône Capital (“Rhône Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Triton Managers III Limited and TFF III Limited (“Triton”, Jersey), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tan-negozju tal-iswed tal-karbonju ta’ Evonik Industries AG (“Evonik carbon black business”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Rhône Capital: ditta tal-investiment tal-ekwità privata,

għal Triton: ditta tal-investiment tal-ekwità privata,

għal Evonik carbon black business: tipproduċi l-iswed tal-karbonju globalment.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6264 – Rhône Capital/Triton/Evonik carbon black business, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top