EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/126/03

Minuti tas-seduta tas-Sibt, 4 ta' Diċembru 2010

ĠU C 126, 28.4.2011, p. 8–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/8


MINUTI TAS-SEDUTA TAS-SIBT, 4 TA' DIĊEMBRU 2010

2011/C 126/03

Werrej

1.

Approvazzjoni tal-minuti tal-Ħamis, 2 ta’ Diċembru 2010

2.

Stqarrija mis-Sinjura Carolyn Rodrigues-Birkett, Ministru għall-Affarijiet Barranin (il-Gujana), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-AKP

3.

Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill tal-AKP

4.

Dibattitu mal-Kunsill tal-AKP – proċedura “catch-the-eye”

5.

Dibattitu dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi individwali: il-Madagaskar, is-Somalja, is-Sudan, iż-Żimbabwe, u Ħaiti

6.

Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (EPAs) – il-qagħda attwali Stqarrija mis-Sur Karel de Gucht, Membru tal-Kummissjoni b’responsabilità għall-kummerċ internazzjonali, segwita minn dibattitu

7.

Approvazzjoni tal-minuti tal-Ħamis, 2, u l-Ġimgħa, 3 ta’ Diċembru 2010

8.

Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti mressqa mill-kumitati permanenti

9.

Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet urġenti għal riżoluzzjonijiet

10.

Kwistjonijiet varji

11.

Data u post tal-21 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta.

Anness I

Lista alfabetika tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Anness II

Rekord ta’ attendenza għall-20 sessjoni mit-2 sal-4 ta’ Diċembru 2010 f’Kinxasa (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo)

Anness III

Akkredizzjoni tad-delegati mhux parlamentari

Anness IV

Testi adottati

MINUTI TAS-SEDUTA TAS-SIBT, 4 TA' DIĊEMBRU 2010

(Is-seduta nfetħet fid-9.05 a.m.)

IPPRESIEDA: is-Sur MICHEL

Ko-President

1.   Approvazzjoni tal-minuti tal-Ħamis, 2 ta’ Diċembru 2010

Is-Sur Martínez Martínez talab modifika żgħira tal-minuti tal-Ħamis.

2.   Stqarrija mis-Sinjura Carolyn Rodrigues-Birkett, Ministru għall-Affarijiet Barranin (il-Gujana), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-AKP

Is-Sinjura Carolyn Rodrigues-Birkett għamlet stqarrija.

IPPRESIEDA: is-Sur MATONGO

Ko-President

3.   Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill tal-AKP

Kienu saru disa' mistoqsijiet lill-Kunsill tal-AKP.

Is-Sinjura Carolyn Rodrigues-Birkett wieġbet il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet supplimentari li ġejjin:

 

Mistoqsija Nru 1 minn Filip Kaczmarek dwar l-abitanti tal-Gżejjer Chagos.

 

Il-Mistoqsijiet Nru 2 u Nru 3 kienu ġew irtirati.

 

Mistoqsija Nru 4 minn Olle Schmidt dwar l-użu tal-istupru bħala arma f 'żoni ta kunflitt.

 

Mistoqsija Nru 5 minn Patrice Tirolien dwar it-Tielet Samit bejn l-Afrika u l-UE fid-29 u t-30 ta’ Novembru 2010.

 

Mistoqsija Nru 6 minn Christa Klaß dwar ir-ritorn tal-abitanti tal-Gżejjer Chagos.

 

Mistoqsija Nru 8 minn Waven William (is-Seychelles) dwar il-futur tal-Grupp tal-AKP.

 

Mistoqsija Nru 9 minn Achille Tapsoba (Burkina Faso) dwar arranġamenti biex ir-rappreżentanti parlamentari jiġu involuti fil-proċess tan-negozjar u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (EPAs).

L-awtur tal-Mistoqsija Nru 7 ma kienx preżenti.

4.   Dibattitu mal-Kunsill tal-AKP – proċedura “catch-the-eye”

Kelliema: J. Ferreira, Durant, Mitchell, Hamatoukour (il-Kamerun), Sall (is-Senegal) u Malahoo Forte (il-Ġamajka).

Is-Sinjura Carolyn Rodrigues-Birkett wieġbet għall-punti mqajma waqt id-dibattitu.

IPPRESIEDA: is-Sur MICHEL

Ko-President

5.   Dibattitu dwar is-sitwazzjoni f 'pajjiżi individwali: il-Madagaskar, is-Somalja, is-Sudan, iż-Żimbabwe, u Ħaiti

Kelliema dwar il-Madagaskar: Rosa (il-Kummissjoni Ewropea), Nedelcheva, Griesbeck u Gunessee (il-Mawrizju).

Kelliema dwar is-Somalja: Rosa (il-Kummissjoni Ewropea), Casini, Naib (l-Eritrea), Schmidt, J. Ferreira, Kombo (il-Kenja), Toga (l-Etjopja) u Deva.

Kelliema dwar is-Sudan: Rosa (il-Kummissjoni Ewropea), Michel, Schnellhardt, De Keyser, Sylla (Mali), J. Ferreira, Casini, Musa (is-Sudan).

Kelliema dwar iż-Żimbabwe: Rosa (il-Kummissjoni Ewropea), Gahler, Sithole (il-Możambik), Bearder, Ogwal Atim (l-Uganda) u Deva.

Kelliema dwar Ħaiti: Rosa (il-Kummissjoni Ewropea), Malahoo Forte (il-Ġamajka), Durant u Jiménez (ir-Repubblika Dominikana).

6.   Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (EPAs) – il-qagħda attwali Stqarrija mis-Sur Karel de Gucht, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-kummerċ internazzjonali, segwita minn dibattitu

Is-Sur Karel De Gucht għamel l-istqarrija tiegħu.

Kelliema: Matongo (iż-Żambja), Bearder, Durant, Sall (is-Senegal), J. Ferreira, Hamatoukour (il-Kamerun), Scicluna, Sylla (Mali), Ramotar (il-Gujana), Malahoo Forte (il-Ġamajka) u Tapsoba (Burkina Faso).

Is-Sur De Gucht wieġeb għall-punti mqajma waqt id-dibattitu.

(Is-seduta ġiet aġġornata f'12.20 p.m. u kompliet fit-3.05 p.m.)

IPPRESIEDA: is-Sur MICHEL

Ko-President

7.   Approvazzjoni tal-minuti tal-Ħamis, 2, u l-Ġimgħa, 3 ta’ Diċembru 2010

Il-minuti ġew appruvati.

8.   Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti mressqa mit-tliet kumitati permanenti

Il-Ko-President fakkar lill-Assemblea dwar il-proċeduri tal-votazzjoni.

Midja ħielsa u indipendenti

Rapport mis-Sur Donald Ramotar (il-Gujana) u s-Sur Rainer Wieland

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi (ACP-EU/100.655/10/fin.)

Intalbu votazzjoni maqsuma u votazzjoni b'kulleġġi separati dwar il-Premessa Ha (ġdida) mill-grupp S&D, u ġiet miċħuda l-premessa l-ġdida.

Intalbet votazzjoni b'kulleġġi separati dwar l-Emenda 2 mill-grupp PPE, u l-emenda ġiet adottata.

Intalbet votazzjoni b'kulleġġi separati dwar l-Emendi 3 u 4 mill-grupp PPE, u l-emendi ġew miċħuda.

Intalbu votazzjoni maqsuma u votazzjoni b'kulleġġi separati dwar l-Emenda 5, u l-emenda ġiet miċħuda.

Intalbet votazzjoni b'kulleġġi separati dwar l-Emenda 6 mill-grupp PPE, u l-emenda ġiet miċħuda.

Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata unanimament.

Post-Kopenħagen: trasferiment tat-teknoloġija, teknoloġiji ġodda u bini tal-kapaċità teknika fil-pajjiżi tal-AKP

Rapport mis-Sinjura Marlene Malahoo Forte (il-Ġamajka) u s-Sur Jo Leinen

Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u n-Negozju (ACP-EU/100.739/10/fin.)

Intalbet votazzjoni separata dwar il-Premessa K u l-paragrafu 4 mill-gruppi S&D u PPE u ntalbet votazzjoni b'kulleġġi separati mill-grupp PPE, u l-Premessa u l-paragrafu ġew miċħuda.

Intalbet votazzjoni maqsuma mill-gruppi S&D u PPE u ntalbet votazzjoni b'kulleġġi separati dwar il-paragrafu 21 mill-grupp PPE, u l-paragrafu ġie miċħud.

Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata unanimament.

L-ilħuq tal-MDGs: reazzjonijiet innovattivi biex tinstab soluzzjoni għall-isfidi soċjali u ekonomiċi

Rapport mis-Sur Odirile Motlhale (il-Botswana) u s-Sinjura Licia Ronzulli

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent (ACP-EU/100.732/10/fin.)

L-Emendi 1, 2, 3, 4, 6, 7, 8, 9 u 10 ġew adottati.

L-Emenda 5 ġiet miċħuda.

Intalbu votazzjoni maqsuma u votazzjoni b'kulleġġi separati dwar il-paragrafu 4 mill-grupp PPE, u ġie adottat il-paragrafu.

Ġiet ippreżentata emenda orali mis-Sinjura Malahoo Forte (il-Ġamajka) bil-għan li tiżdied mal-paragrafu 8, u l-emenda ġiet adottata.

Intalbet votazzjoni maqsuma dwar il-paragrafu 10 mill-grupp PPE, u l-paragrafu ġie adottat.

Intalbet votazzjoni b'kulleġġi separati dwar il-paragrafu 14 mill-grupp PPE, u l-paragrafu ġie miċħud.

Ġiet ippreżentata emenda orali mill-korapporteur Sinjura Ronzulli bil-għan li tiżdied mal-paragrafu 26, u l-emenda ġiet miċħuda.

Intalbet votazzjoni maqsuma dwar il-paragrafu 26 mill-grupp PPE, u l-paragrafu kollu ġie miċħud.

Intalbet votazzjoni maqsuma mill-gruppi S&D u PEE u ntalbet votazzjoni b'kulleġġi separati dwar il-paragrafu 49 mill-grupp PEE, u l-ewwel parti tal-paragrafu ġiet adottata filwaqt li t-tieni parti ġiet miċħuda.

Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata mingħajr l-ebda vot kontra u b 'astensjoni waħda.

9.   Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet urġenti għal riżoluzzjonijiet

Mozzjoni urġenti għal riżoluzzjoni dwar is-sigurtà tal-ikel (ACP-EU/100.879/10/comp.)

Intalbet votazzjoni b'kulleġġi separati dwar il-paragrafi 7 u 8 mill-grupp PPE, u l-paragrafi ġew miċħuda.

L-Emendi 1–5, 9, 17, 19, 21–25 ġew adottati.

L-Emendi 10, 14, 15 u 18 ġew miċħuda.

Intalbu votazzjonijiet b'kulleġġi separati dwar il-paragrafi 11 u 12 mill-grupp PPE, u l-paragrafi ġew miċħuda.

Ġiet ippreżentata emenda orali mis-Sur Gunessee (il-Mawrizju) bil-għan li tiżdied mal-paragrafu 13, u l-emenda ġiet miċħuda.

Intalbet votazzjoni separata dwar il-paragrafu 6 mill-grupp PPE, u l-paragrafu ġie adottat.

Intalbet votazzjoni maqsuma mill-grupp ALDE u ntalbet votazzjoni b'kulleġġi separati mill-grupp PPE dwar l-Emenda 16 għall-paragrafu 17a, u l-ewwel parti tal-paragrafu ġiet miċħuda, it-tieni parti ġiet adottata, u t-tielet parti ġiet miċħuda.

Intalbet votazzjoni maqsuma dwar il-Premessa L mill-grupp PPE, u l-ewwel parti ġiet adottata, iżda t-tieni parti ġiet miċħuda.

Intalbet votazzjoni separata dwar il-Premessa N mill-grupp PPE, u ġiet miċħuda.

Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata unanimament.

Mozzjoni urġenti għal riżoluzzjoni dwar il-problema ta’ sigurtà fir-reġjun Saħel-Saħara: it-terroriżmu u t-traffikar tad-drogi, tal-armi u tal-bnedmin (ACP-EU/100.880/10/comp.)

L-Emendi 1, 2 u 3 ġew adottati.

Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata unanimament.

IPPRESIEDA: is-Sur MATONGO

Ko-President

10.   Kwistjonijiet varji

Is-Sur Zahradil tkellem dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel. Is-Sur Vlasák tkellem dwar l-importanza tal-libertà tad-demokrazija u l-midja. Is-Sinjura Bearder ikkompletat l-istqarrija tagħha dwar iż-Żimbabwe.

11.   Data u post tal-21 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Ko-President irringrazzja lill-awtoritajiet Kongoliżi tal-ospitalità tagħhom u lill-Ko-Segretarjat u l-bqija tal-persunal tal-ħidma tagħhom.

Il-21 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta se tinżamm mis-16 sat-18 ta’ Mejju 2011 f'Budapest (l-Ungerija).

(Is-seduta ngħalqet fl-4.00. p.m.)

David MATONGO u

Louis MICHEL

Ko-Presidenti

Mohamed Ibn CHAMBAS u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Ko-Segretarji Ġenerali


ANNESS I

LISTA ALFABETIKA TAL-MEMBRI TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA

Rappreżentanti tal-AKP

Rappreżentanti tal-PE

MATONGO (IŻ-ŻAMBJA), Ko-President

MICHEL, Ko-President

IL-BOTSWANA (VP)

ARIF (VP)

IL-BURUNDI (VP)

ŠŤASTNÝ (VP)

IL-KAMERUN (VP)

HOARAU (VP)

IL-KONGO (ir-Repubblika tal-) (VP)

KLASS (VP)

IL-GŻEJJER COOK (VP)

NICHOLSON (VP)

IL-GUJANA (VP)

McAVAN (VP)

IL-LESOTO (VP)

RONZULLI (VP)

IL-LIBERJA (VP)

GOERENS (VP)

MALI (VP)

SPERONI (VP)

SAINT VINCENT U L-GRENADINI (VP)

ROITHOVÁ (VP)

IT-TANZANIJA (VP)

OUZKÝ (VP)

TUVALU (VP)

RIVASI (VP)

L-ANGOLA

ALFONSI

ANTIGWA U BARBUDA

ALVES

IL-BAĦAMAS

BAUER

BARBADOS

BEARDER

IL-BELIŻE

BOVÉ

IL-BENIN

BULLMANN

BURKINA FASO

CALLANAN

IL-KAP VERDE

CARVALHO

IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

CASA

IĊ-ĊAD

CASINI

IL-KOMOROS

CASPARY

IL-KONGO (ir-Repubblika Demokratika tal-)

CASTEX

IL-CÔTE D'IVOIRE

CHRISTENSEN

ĠIBUTI

COELHO

DOMINIKA

DE KEYSER

IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA

DELVAUX

IL-GINEA EKWATORJALI

DE MITA

L-ERITREA

DE SARNEZ

L-ETJOPJA

DURANT

FIĠI

ENGEL

IL-GABON

ESTARÀS FERRAGUT

IL-GAMBJA

FERREIRA, Elisa

IL-GANA

FERREIRA, João

GRENADA

FORD

IL-GINEA

GAHLER

IL-GINEA-BISSAW

GRIESBECK

ĦAITI

GUERRERO SALOM

IL-ĠAMAJKA

HALL

IL-KENJA

HÄNDEL

KIRIBATI

HANNAN

IL-MADAGASKAR

HAUG

IL-MALAWI

JADOT

IL-GŻEJJER MARSHALL (ir-Repubblika tal-)

JENSEN

IL-MAWRITANJA

JOLY

IL-MAWRIZJU

KACZMAREK

IL-MIKRONEŻJA (l-Istati Federali tal-)

KORHOLA

IL-MOŻAMBIK

KUHN

IN-NAMIBJA

LEGUTKO

NAURU (ir-Repubblika ta')

LE PEN

IN-NIĠER

LÓPEZ AGUILAR

IN-NIĠERJA

McMILLAN-SCOTT

NJU

MANDERS

IL-PALAW

MARTIN

IL-PAPWA GINEA ĠDIDA

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

IR-RWANDA

MATO ADROVER

SAINT KITTS U NEVIS

MAYER

SANTA LUĊIJA

MITCHELL

SAMOA

MOREIRA

SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

NEDELCHEVA

IS-SENEGAL

NEUSER

IS-SEYCHELLES

ROSSI

SJERRA LEONE

SCHLYTER

IL-GŻEJJER SOLOMON

SCHMIDT

IS-SOMALJA

SCHNELLHARDT

L-AFRIKA T'ISFEL

SCICLUNA

IS-SUDAN

SCOTTÀ

IS-SURINAM

SENYSZYN

IS-SWAŻILAND

STRIFFLER

TIMOR LESTE

STURDY

IT-TOGO

TIROLIEN

TONGA

TOIA

TRINIDAD U TOBAGO

VLASÁK

L-UGANDA

WIELAND

IL-VANWATU

ZANICCHI

IŻ-ŻIMBABWE

ZIMMER


KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET POLITIĊI

Membri mill-AKP

Membri mill-PE

STRAKER, SAINT VINCENT U L-GRENADINI, Ko-President

CASA, Ko-President

PAPALII (SAMOA), VP

KORHOLA, VP

DAYORI (IL-BENIN), VP

CASTEX, VP

ANTIGWA U BARBUDA

ALFONSI

IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

CALLANAN

IBOVI (IL-KONGO, ir-Repubblika Demokratika tal-)

CASINI

CÔTE D'IVOIRE

DE KEYSER

ATEYE (ĠIBUTI)

DE MITA

TOGA (L-ETJOPJA)

DURANT

FIĠI

FERREIRA, Elisa

OWONO NGUEMA (IL-GABON)

GAHLER

IL-GINEA

GRIESBECK

RAMOTAR (IL-GUJANA)

HANNAN

ĦAITI

HÄNDEL

IL-LESOTO

KACZMAREK

KOLLIE (IL-LIBERJA)

LE PEN

SERAMILA (IL-MADAGASKAR)

MANDERS

MALI

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

VAN DER WALT (IN-NAMIBJA)

MOREIRA

NAURU

NICHOLSON

NJU

ROITHOVÁ

IL-PAPWA GINEA ĠDIDA

SCOTTÀ

HAMDI-H-OSMAN (IS-SUDAN)

SCHMIDT

PARMESSAR (IS-SURINAM)

SPERONI

BAMNANTE (IT-TOGO)

STRIFFLER

HLONGWANE (IŻ-ŻIMBABWE)

WIELAND


KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU, IL-FINANZI U N-NEGOZJU

Membri mill-AKP

Membri mill-PE

KUTEKALA KAAWA (IL-KONGO, ir-Repubblika Demokratika tal-), Ko-President

CARVALHO, Ko-President

MUGAMBE (L-UGANDA), VP

LEGUTKO, VP

BUYA KAMARO (SJERRA LEONE), VP

ALVES, VP

DOS SANTOS (L-ANGOLA)

ARIF

IL-BAĦAMAS

BOVÉ

IL-BELIŻE

BULLMANN

IL-GŻEJJER COOK

CASPARY

IL-GINEA EKWATORJALI

ENGEL

NAIB (L-ERITREA)

FORD

BANDUA (IL-GANA)

GOERENS

MALAHOO FORTE (IL-ĠAMAJKA)

GUERRERO SALOM

AIPIRA (IL-MALAWI)

HOARAU

OULD GUELAYE (IL-MAWRITANJA)

JENSEN

GUNESSEE (IL-MAWRIZJU)

KUHN

ADEFIDIDE (IN-NIĠERJA)

MARTIN

IL-PALAW

MATO ADROVER

POLISI (IR-RWANDA)

MAYER

SAINT KITTS U NEVIS

McMILLAN-SCOTT

JEAN-MARIE (SANTA LUĊIJA)

MICHEL

SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

MITCHELL

SALL (IS-SENEGAL)

SCHLYTER

WILLIAM (IS-SEYCHELLES)

ŠŤASTNÝ

SIBHIDLA (L-AFRIKA T'ISFEL)

SCICLUNA

VAIPULU (TONGA)

STURDY

TUVALU

TIROLIEN

SIKOFA (IŻ-ŻAMBJA)

ZANICCHI


KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U l-AMBJENT

Membri mill-AKP

Membri mill-PE

SITHOLE (IL-MOŻAMBIK), Ko-President

RIVASI, Ko-President

KOMBO (IL-KENJA), VP

BAUER, VP

GRENADA, VP

NEDELCHEVA, VP

BARBADOS

BEARDER

MOTLHALE (IL-BOTSWANA)

CHRISTENSEN

TAPSOBA (BURKINA FASO)

COELHO

KARERWA (IL-BURUNDI)

DELVAUX

HAMATOUKOUR (IL-KAMERUN)

DE SARNEZ

ALMADA (IL-KAP VERDE)

ESTARAS FERRAGUT

DARBO (IĊ-ĊAD)

FERREIRA, João

IL-KOMOROS

HALL

DOMINICA

HAUG

JIMÉNEZ (IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA)

JADOT

BALDEH (IL-GAMBJA)

JOLY

IL-GINEA BISSAW

KLASS

KIRIBATI

LÓPEZ AGUILAR

IL-GŻEJJER MARSHALL

McAVAN

IL-MIKRONEŻJA (l-Istati Federali tal-)

NEUSER

IN-NIĠER

OUZKÝ

IL-GŻEJJER SOLOMON

RONZULLI

IS-SOMALJA

ROSSI

HLOPE (IS-SWAŻILAND)

SCHNELLHARDT

NDUGAI (IT-TANZANIJA)

SENYSZYN

TIMOR LESTE

TOIA

TRINIDAD U TOBAGO

VLASÁK

IL-VANWATU

ZIMMER


ANNESS II

REKORD TA’ ATTENDENZA GĦALL-20 SESSJONI MIT-2 SAL-4 TA’ DIĊEMBRU 2010 F’KINXASA (IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO)

MATONGO (iz-Żambja), Ko-President

MICHEL, Ko-President

DOS SANTOS (l-Angola)

CHANDLER (Barbados)

DAYORI (il-Benin)

MOTLHALE (il-Botswana) (VP)

TAPSOBA (Burkina Faso)

KARERWA (il-Burundi) (VP)

HAMATOUKOUR (il-Kamerun) (VP)

DARBO (iċ-Ċad)

IBOVI (il-Kongo, ir-Repubblika tal-) (VP)

MBUKU LAKA (il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-)

SOUBANE ATEYE (Ġibuti)

JIMÉNEZ (ir-Repubblika Dominikana)

SERICHE DOUGAN (il-Ginea Ekwatorjali)

NAIB (l-Eritrea)

TOGA (l-Etjopja)

OWONO NGUEMA (il-Gabon)

BALDEH (il-Gambja)

BANDUA (il-Gana)

FLETCHER (Grenada) (1)

RAMOTAR (il-Gujana) (VP)

BEAUPLAN (Ħaiti)

MALAHOO FORTE (il-Ġamajka)

KOMBO (il-Kenja)

TIHELI (il-Lesoto) (1) (VP)

KOLLIE (il-Liberja) (VP)

AIPIRA (il-Malawi)

ASSARID IMBARCAOUANE (Mali) (VP)

OULD GUELAYE (il-Mawritanja)

GUNESSEE (il-Mawrizju) (1)

SITHOLE (il-Możambik)

VAN DER WALT (in-Namibja)

WAZIRI (in-Niġerja) (1)

POLISI (ir-Rwanda) (VP)

SKERRIT-ANDREW (Saint Kitts u Nevis) (1)

JEAN MARIE (Santa Luċija)

STRAKER (Saint Vincent u l-Grenadini) (VP)

PAPALII (Samoa)

SALL (is-Senegal)

WILLIAM (is-Seychelles)

BUNDU (Sjerra Leone)

TOZAKA (il-Gżejjer Solomon)

MANAMELA (l-Afrika t'Isfel)

MUSA (is-Sudan)

PARMESSAR (is-Surinam)

HLOPHE (is-Sważiland)

NDUGAI (it-Tanzanija) (VP)

BAMNANTE (it-Togo)

JOSEPH (Trinidad u Tobago) (1)

ITALELI (Tuvalu) (VP)

MUGAMBE (l-Uganda)

JOY (il-Vanwatu) (1)

SIKOTA (iż-Żambja)

HLONGWANE (iż-Żimbabwe)

ATTARD MONTALTO (flok FERREIRA, Elisa)

AYLWARD (flok HALL) (2)  (3)

BAUER

BEARDER

BERMAN (flok MOREIRA) (2)  (3)

BINEV (flok LE PEN) (3)  (4)

CALLANAN

CASINI

CASTEX

CHRISTENSEN

DE KEYSER

DEVA (flok OUZKÝ) (4)

DURANT

FERREIRA, João

GAHLER

GOERENS (VP) (2)

GRIESBECK

HANNAN (2)  (3)

JENSEN (2)  (3)

KACZMAREK

KASTLER (flok CASPARY)

KLAß (VP)

LEINEN (flok BULLMANN)

MANNER (flok DE SARNEZ) (2)  (3)

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

MAYER

MITCHELL

NEDELCHEVA

NEUSER

PONGA (flok DE MITA)

RINALDI (flok MANDERS) (2)

RIVASI (VP)

RONZULLI (VP)

SCHMIDT

SCHNELLHARDT

SCICLUNA

SENYSZYN

SPERONI (VP) (3)  (4)

STRIFFLER (3)  (4)

TIROLIEN

VLASÁK

WIELAND (2)  (3)

ZAHRADIL (flok STURDY)

ZANICCHI

OSSERVATURI:

KUBA

REGUEIFEROS LINARES

IL-MADAGASKAR

SERAMILA

IN-NIĠER

AMADOU

Preżenti wkoll:

L-ANGOLA

SIMBRÃO da CARVALHO

FERREIRA-PINTO

DALA

IL-BENIN

ALIA

SEIDOU ADAMBI

BURKINA FASO

OUEDRAOGO

OUOBA NABA

IL-BURUNDI

MWIDOGO

NSHIMIRIMANA

HAKIZIMANA

BAGENGWANUBUSA

IL-KAMERUN

AWUDU MBAYA

KOMBO

OWONA KONO

IĊ-ĊAD

DJIMAI

MALLOUM

IL-KONGO (ir-Repubblika tal-)

BOUNKOULOU

BOPELE EBAMBA

MOUSSODIA

IL-KONGO (ir-Repubblika Demokratika tal-)

MABAYA GIZI AMINE

MATADI NENGA

KUTEKALA KAAWA

BIE BONGENGE

MOLEKO MOLIWA

MUTUMBE MBUYA

KAMBAYI CIMBUMBU

KEMBUJUSWA NE N'LANZA

NDOMBE SITA

LUTUNDULA APALA

IPALAKA YOBWA

ENGBANDA MANANGA

BAITSURA MUSOWA

NKONGO BUDINA NZAU

BETYNA NGILASE

BIALOSUKA WATA

ENGUDA LITUMBA

EZATY MEREKO

IYOLO LA NDJONDO

LOMBEYA BOSONGO

LUHONGE KABINDA NGOY

LUONO KIMBANGA

MBADU NSITU

MONDOE ESSO LIBANZA

MUTAMBA DIBWE

MWAMBA MUSHIKONKE

NENYENGWE IMI

OTSHUMAMPITA ALOKI

SHENILA MWANZA SAMILA

SILUVANGI LUMBA

ĠIBUTI

BOURHAN

IL-GINEA EKWATORJALI

NFA NDONG NSENG

OLO BAHAMONDE

L-ERITREA

TEKLE

L-ETJOPJA

YILALA

WAKJIRA

WAKE GELESU

IL-GABON

BOUANGA MOUNDANGA

AFATOGUE NSOLE

BOULINGUI MBADINGA

AWOMBI

IL-GANA

ANTWI

YIADOM

IL-KENJA

AFFEY

LABOSO

IL-LIBERJA

DUNA

BARCLAY

IL-MALAWI

CHITEYEYE

MALI

SYLLA

BAH

CISSE

IL-MAWRITANJA

GUELADIO

BILAL

OULD HAMOUD

OULD ZAMEL

ABDALLAH

IL-MOŻAMBIK

ERNESTO

MIGUEL

IN-NAMIBJA

TJIHIUKO

IN-NIĠERJA

USMAN

AKWASHIKI

JIBIA

IR-RWANDA

AYINKAMIYE

SJERRA LEONE

JUMU

KAMARA

TORTO

L-AFRIKA T'ISFEL

SIBHIDLA

MUBU

IS-SUDAN

ELHASSAN

MUSTAF

OMER

CHOLEK

TAHA

IS-SURINAM

BREEVELD

WANGSABESARI

IS-SWAŻILAND

HLOPE

IT-TOGO

GBONE

ADONAYAKPOR

L-UGANDA

DOMBO

OGWAL ATIM

IŻ-ŻAMBJA

MUBANGA

IŻ-ŻIMBABWE

MLOTSHWA

MNKANDHLA

 

 

IL-KUNSILL AKP

RODRIGUES-BIRKETT, Ministru għall-Affarijiet Barranin (il-Gujana), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-AKP

 

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

PIEBALGS, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-iżvilupp

DE GUCHT, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-kummerċ internazzjonali

 

L-UA

IGUEH

 

IL-KESE

KING

JAHIER

OCCHIPENTI

VERBOVEN

 

IS-SEGRETARJAT TAL-AKP

CHAMBAS Ko-Segretarju Ġenerali

 

IS-SEGRETARJAT TAL-UE

AGUIRIANO NALDA Ko-Segretarju Ġenerali


(1)  Pajjiż irrappreżentat minn persuna li mhix Membru Parlamentari

(2)  Preżenti fit-2 ta’ Diċembru 2010

(3)  Preżenti fit-3 ta’ Diċembru 2010

(4)  Preżenti fl-4 ta’ Diċembru 2010


ANNESS III

ANNESS TAS-SEDUTA TAL-ĦAMIS, 2 TA’ DIĊEMBRU 2010

Akkredizzjoni tad-delegati mhux parlamentari

1.

Grenada

L-E.T. Sur FLETCHER

Ambaxxatur

L-Ambaxxata ta’ Grenada, Brussell

2.

Il-Lesoto

L-E.T. Sinjura Mamoruti A. TIHELI

Ambaxxatriċi

L-Ambaxxata tal-Lesoto, Brussell

3.

Il-Mawrizju

L-E.T. Sur Sutiawan GUNESSEE

Ambaxxatur

L-Ambaxxata tal-Mawrizju, Brussell

4.

Saint Kitts u Nevis

L-E.T. Sinjura Shirley SKERITT-ANDREW

Ambaxxatriċi

L-Ambaxxata ta’Saint Kitts u Nevis, Brussell

5.

Trinidad u Tobago

Is-Sur Jerome JOSEPH

L-Ewwel Segretarju

L-Ambaxxata ta’ Trinidad u Tobago, Brussell

6.

Il-Vanwatu

L-E.T. Sur Roy Mickey JOY

Ambaxxatur

L-Ambaxxata tal-Vanwatu, Brussell


ANNESS IV

TESTI ADOTTATI

Riżoluzzjoni dwar il-midja ħielsa u indipendenti (ACP-EU/100.655/10/fin.)

Riżoluzzjoni post-Kopenħagen: trasferiment tat-teknoloġija, teknoloġiji ġodda u bini tal-kapaċità teknika fil-pajjiżi tal-AKP (ACP-EU/100.739/10/fin.)

Riżoluzzjoni dwar l-ilħuq tal-MDGs: reazzjonijiet innovattivi biex tinstab soluzzjoni għall-isfidi soċjali u ekonomiċi (ACP-EU/100.732/10/fin.)

Riżoluzzjoni dwar is-sigurtà tal-ikel (ACP-EU/100.879/10/fin.)

Riżoluzzjoni dwar il-problema ta’ sigurtà fir-reġjun Saħel-Saħara: it-terroriżmu u t-traffikar tad-drogi, tal-armi u tal-bnedmin (ACP-EU/100.880/10/fin.)

Dikjarazzjoni dwar it-tħabbir tar-riżultati tat-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali li saret fit-28 ta’ Novembru 2010 fil-Côte d’Ivoire

RIŻOLUZZJONI (1)

dwar il-midja ħielsa u indipendenti

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

wara li ltaqgħet f’Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) bejn it-2 u l-4 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-Artikoli 19 u 20 tagħha,

wara li kkunsidrat il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

wara li kkunsidrat il-Ftehima ta’ Sħubija ta’ Cotonou, b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta’ Windhoek dwar il-Promozzjoni ta’ Stampa Indipendenti u Pluralistika fl-Afrika, tat-3 ta’ Mejju 1991,

wara li kkunsidrat il-prinċipji tal-ġurnaliżmu indipendenti, kif affermati mill-vuċi globali tal-ġurnalisti, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti, u l-organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani u Ewropej tagħha, il-Federazzjoni tal-Ġurnalisti Afrikani (FAJ - Federation of African Journalists) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti (EFJ - European Federation of Journalists),

wara li kkunsidrat l-Artikolu 1 tal-Istatuti tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Gazzetti,

wara li kkunsidrat ir-Rapport dwar il-Libertà tal-Istampa tal-FAJ tal-2009,

wara li kkunsidrat l-għoti tal-Premju Sakharov fl-2005 mill-Parlament Ewropew lill-Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri (RWB - Reporters Without Borders),

wara li kkunsidrat ir-rapporti annwali tal-RWB, b’mod partikolari dak tal-2009,

wara li kkunsidrat ir-rapporti tal-Freedom House, b’mod partikolari dawk intitolati “Il-Libertà tal-Istampa 2009” u “Il-Libertà fuq l-Internet”,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Settembru 2006 dwar il-midja u l-iżvilupp (2),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar il-konċentrazzjoni u l-pluraliżmu fil-midja fl-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Forum tal-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar il-Midja u l-Iżvilupp li sar f’Ouagadougou f’Settembru 2008,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi (ACP-EU/100.655/10/fin.),

A.

billi l-kunċett ta’ midja ħielsa u indipendenti huwa komponent prinċipali tad-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u sussegwentement approvat kemm mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Ftehima ta’ Sħubija ta’ Cotonou,

B.

billi hemm rikonoxximent ġenerali fil-fora globali, bħal pereżempju l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti, l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Gazzetti, il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti, il-Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri u l-Freedom House, li l-libertà u l-indipendenza fil-midja huma kruċjali għall-funzjonament xieraq ta’ demokrazija fejn il-libertajiet bażiċi huma rrispettati u ta’ soċjetà fejn id-drittijiet tal-individwu jingħataw il-valur reali tagħhom,

C.

billi żviluppi reċenti wrew li kien hemm rigress b’mod ġenerali f’termini ta’ libertà tal-espressjoni fil-midja, kif ħareġ mir-rapporti ta’ entitajiet indipendenti, kemm f’pajjiżi żviluppati kif ukoll f’pajjiżi li qed jiżviluppaw,

D.

billi r-reġimi awtoritarji mhux biss qed jillimitaw il-libertà tal-midja biex joħonqu l-oppożizzjoni, u b’hekk ifixklu l-funzjonament xieraq tad-demokrazija, iżda qed jipperikolaw ukoll il-proċessi elettorali u l-operat normali tas-soċjetà billi jieħdu miżuri li jillimitaw id-dritt tal-oppożizzjoni u tal-minoritajiet li jippromwovu l-messaġġ tagħhom b’mod ħieles u trasparenti,

E.

billi hemm ukoll rikorrenza mifruxa ta’ attivitajiet imwettqa minn kriminali fis-soċjetà, anki f’żoni iktar prosperi tad-dinja, li joħonqu kwalunkwe tip ta’ ġurnaliżmu investigattiv, u saħansitra jaslu biex joqtlu individwi li jkunu jaħdmu fil-midja u li jippruvaw jikxfu l-attivitajiet tagħhom,

F.

billi entitajiet indipendenti identifikaw rigress tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-libertà u l-indipendenza tal-midja kemm f’pajjiżi tal-UE kif ukoll f’dawk tal-AKP,

G.

billi ċerti pajjiżi tal-UE niżlu ’l isfel fil-klassifiki ġenerali fil-qasam tal-libertà u l-indipendenza tal-midja, f’xi każijiet b’mod konsiderevoli,

H.

billi hemm ċerti pajjiżi tal-AKP fejn il-libertà u l-indipendenza tal-midja huma estremament ristretti jew saħansitra ma jeżistux; billi ċerti pajjiżi tal-AKP bħal pereżempju l-Ħaiti, il-Gujana u l-Papwa Ginea Ġdida ġew imfaħħra għall-progress miksub fir-rigward tat-titjib tal-libertà tal-midja,

I.

billi l-ġurnalisti għandhom ir-responsabilità, li hija proporzjonali għall-influwenza tagħhom, li ma jinċitawx il-mibegħda, b’mod partikolari l-mibegħda razzjali,

J.

billi l-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida relatata mal-internet u t-telefonija mobbli qed jipprovdi lin-nies opportunitajiet dejjem aqwa biex jesprimu lilhom infushom,

1.

Tikkundanna r-rigress tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-libertà u l-indipendenza tal-midja fid-dinja, fejn ir-reġimi awtoritarji joħonqu lill-oppożizzjoni billi jikkommettu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta’ ġurnalisti, impjegati fil-midja u utenti tal-internet, li jista’ saħansitra jikkonsisti fi qtil jew priġunerija illegali, u b’hekk ikunu qed jiksru l-Artikoli 19 u 20 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

2.

Tiddenunzja l-konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minn sjieda kkonċentrata ta’ midja minn impriżi kummerċjali kbar, partikolarment f’termini ta’ tnaqqis ta’ pluraliżmu, kundizzjonar tal-libertà li wieħed jinforma u li jiġi infurmat, restrizzjonijiet imposti fuq l-attività tal-ġurnalisti u emerġenza ta’ forom ġodda, espliċiti u impliċiti, ta’ ċensura;

3.

Tistieden lill-gvernijiet li arrestaw ġurnalisti li kienu qed iwettqu l-funzjonijiet leġittimi tagħhom, biex jirrilaxxawhom immedjatament;

4.

Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Grupp AKP u lill-Istati Membri tal-UE biex jikkundannaw bis-saħħa l-forom kollha ta’ ksur tal-libertà tal-kelma u tal-istampa fil-pajjiżi membri u msieħba tagħhom;

5.

Tikkundanna l-atti mwettqa minn suġġetti kriminali li ta’ spiss ma jiġux ikkastigati, liema suġġetti ħafna drabi jkunu jaħdmu fi gruppi ta’ kriminalità organizzata jew fuq ordnijiet tal-awtoritajiet politiċi, u li jikkawżaw fastidju, iweġġgħu u xi drabi joqtlu lill-ġurnalisti talli jkunu qed jinvestigaw l-attivitajiet tagħhom;

6.

Tikkunsidra li huwa inaċċettabbli li l-ġurnalisti jkollhom jillimitaw, jaġġustaw jew iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom jew li jkollhom jgħixu f’sitwazzjoni ta’ priġunerija, minħabba li jkunu indirizzaw kwistjonijiet reliġjużi;

7.

Tikkunsidra li huwa inaċċettabbli li figuri reliġjużi jaqtgħu sentenzi fir-rigward tal-ġurnalisti, biex b’hekk jillimitaw l-attivitajiet tagħhom, jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni tagħhom u jpoġġu ħajjithom fil-periklu;

8.

Jiddispjaċiha li m’hemm ebda strument effettiv għall-infurzar tar-rispett tad-drittijiet fundamentali meta jiġu applikati l-ftehimiet dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni internazzjonali;

9.

Tenfasizza li l-libertà u l-indipendenza tal-midja huma elementi essenzjali għall-funzjonament xieraq ta’ soċjetà demokratika, li jvarjaw mill-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet liberi u ġusti sal-libertà tal-espressjoni pluralistika għal kulħadd;

10.

Tirrikonoxxi li l-membri tal-midja għandhom responsabilità morali u legali biex jagħtu lill-pubbliku informazzjoni ta’ kwalità tajba u għandhom joffru l-aħjar servizz lill-pubbliku; madankollu tikkonsidra li l-gvernijiet, il-kumpaniji u l-entitajiet kriminali m’għandhomx jippruvaw jiċċensuraw il-midja;

11.

Tirrikonoxxi li forom ġodda ta’ midja bbażata fuq l-Internet għandhom jiġu protetti bħala parti mill-midja ħielsa u indipendenti, minbarra l-midja tradizzjonali tar-radju, it-televixin u l-gazzetti;

12.

Titlob referenza iktar espliċita għal-libertà u l-indipendenza tal-midja fi ftehimiet internazzjonali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ kondizzjonalità xierqa meta tali libertà tiġi limitata;

13.

Tesprimi tħassib dwar ir-rigress fil-klassifiki tal-libertà tal-istampa f’ċerti pajjiżi tal-AKP, iżda tfaħħar lill-Papwa Ginea Ġdida, lill-Gujana, lill-Gana, lit-Tanzanija, lil Ġibuti u lil-Lesoto talli pprovdew eżempju tajjeb ta’ x’jista’ jinkiseb f’pajjiżi tal-AKP minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli; tiddikjara li għaxra mill-pajjiżi tal-AKP jinsabu fost l-ewwel 50 pożizzjoni fil-klassifiki tal-2009, iżda li Stat Membru wieħed tal-UE ma kklassifikax mal-ewwel 50;

14.

Tesprimi tħassib dwar restrizzjonijiet fil-libertà tal-midja f’pajjiżi li japplikaw għall-adeżjoni kemm mal-UE kif ukoll mal-Ftehima ta’ Cotonou, u titlob li l-adeżjoni tkun waħda kkundizzjonata mir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u, b’mod espliċitu, ir-rispett tal-libertà tal-espressjoni fil-gazzetti u f’midja oħra;

15.

Jiddispjaċiha li, ta’ spiss wisq, il-midja jkollha twieġeb iżżejjed għall-interessi ekonomiċi jew politiċi jew għall-Istat, fatt li jillimita l-pluraliżmu tal-opinjoni;

16.

Titlob il-promozzjoni ta’ kodiċi etiċi u statuti li jipproteġu l-indipendenza editorjali tal-ġurnalisti, jippromwovu standards professjonali u jobbligawhom jeżerċitaw l-indipendenza tagħhom b’mod responsabbli fil-limiti tal-Artikolu 20 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fl-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-ġurnalisti;

17.

Titlob li tiġi stabbilita linja baġitarja separata fi ħdan il-baġit għall-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni Ewropea, bl-għan li jiżdiedu l-bini tal-kapaċità u t-taħriġ tal-ġurnalisti, b’mod partikolari fil-pajjiżi tal-AKP;

18.

Tfaħħar lill-Kummissjoni Ewropea għall-inizjattivi tagħha fil-qasam tal-libertà u l-indipendenza tal-midja, u tistedinha tkompli tippromwovi l-libertà tal-espressjoni ġurnalistika permezz tal-programmi tagħha, pereżempju l-Premju Lorenzo Natali u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem;

19.

Tagħti istruzzjonijiet lill-ko-Presidenti tagħha biex isibu mezzi ta’ kif hija tista’ tappoġġa l-azzjoni favur il-libertà tal-istampa fil-pajjiżi tal-AKP u tal-UE permezz ta’ premju annwali mogħti mill-Assemblea Parlamentari Konġunta (APK) AKP-UE, u biex jirrapportaw dwar dan fis-sessjoni li jmiss tal-APK;

20.

Tfaħħar ix-xogħol ta’ organizzazzjonijiet professjonali bħal pereżempju l-IFJ, l-EFJ, l-FAJ, l-IPI u l-WAN, l-NGOs bħal pereżempju l-RWB, il-Freedom House, il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti u l-Programm Internazzjonali tal-UNESCO għall-Iżvilupp tal-Komunikazzjoni, fir-rigward tal-promozzjoni tal-għarfien dwar il-ksur tal-libertà tal-midja madwar id-dinja, u tappella li xogħolhom jiġi appoġġjat u ċċirkolat kemm jista’ jkun;

21.

Tilqa’ l-inizjattiva tal-UE u tal-UA li jappoġġjaw in-Netwerk u l-Portal tal-Midja pan-Afrikana;

22.

Timpenja ruħha li tkompli tissorvelja l-libertà u l-indipendenza tal-midja fl-Istati tal-AKP u tal-UE, kif ukoll fir-relazzjonijiet istituzzjonali tagħha fil-livell reġjonali u internazzjonali;

23.

Tagħti istruzzjonijiet lill-ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet tal-AKP u tal-UE.

RIŻOLUZZJONI (4)

post-Kopenħagen: trasferiment tat-teknoloġija, teknoloġiji ġodda u bini tal-kapaċità teknika fil-pajjiżi tal-AKP

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

wara li ltaqgħet f'Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) bejn it-2 u l-4 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tat-8 ta’ Settembru 2000, li tistipula l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-AKP-UE, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, u b'mod partikolari t-tieni reviżjoni tal-Ftehim, iffirmata fil-laqgħa tal-Kunsill UE-AKP f'Ġunju 2010, u b'mod partikolari l-Artikolu 32a (Tibdil fil-Klima) tagħha,

wara li kkunsidrat ir-rapport ta’ Nicholas Stern intitolat “L-Ekonomija tat-Tibdil fil-Klima. Ir-Reviżjoni ta’ Stern” (“ir-Rapport ta’ Stern”) tal-2006,

wara li kkunsidrat ir-Raba' Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-Panil Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC - Intergovernmental Panel on Climate Change), li ġie ppubblikat f'Valenzja, Spanja, fis-17 ta’ Novembru 2007,

wara li kkunsidrat il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Bali (Deċiżjoni 1/COP 13),

wara li kkunsidrat il-ħmistax-il Konferenza tal-Partijiet (COP 15) fil-UNFCCC u l-ħames Konferenza tal-Partijiet li sservi ta’ Laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Kyoto (COP/MOP 5) li saret f'Kopenħagen, id-Danimarka, bejn is-7 u t-18 ta’ Diċembru 2009 u wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Kopenħagen,

wara li kkunsidrat l-abbozz dwar “Azzjoni mtejba fir-rigward tal-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija” tal-15 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidrat l-Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima tal-UE u d-dispożizzjonijiet għal koperazzjoni mtejba ma’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2010 dwar l-eżitu tal-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 15) (5),

wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Il-politika internazzjonali dwar il-klima adottata wara Kopenħagen: Naġixxu issa sabiex insaħħu l-azzjoni globali dwar it-tibdil fil-klima” (COM(2010)86), tad-9 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kunsill dwar “Il-finanzjament tat-tibdil fil-klima: finanzjament b'bidu mgħaġġel” tal-11 ta’ Mejju 2010,

wara li kkunsidrat il-programm ta’ koperazzjoni tal-AKP-UE fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, imniedi f'Ġunju 2008,

wara li kkunsidrat il-programm ta’ koperazzjoni bejn l-Afrika u l-UE dwar l-enerġija rinnovabbli, ippjanat li jiġi mniedi sal-aħħar tal-2010,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-AKP-UE dwar it-Tibdil fil-Klima, adottata fil-35 Sessjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE li saret f'Ouagadougou, fil-Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar l-impatt finanzjarju u ekonomiku tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi tal-AKP (6), adottata f'Tenerife fl-1 ta’ April 2010,

wara li kkunsidrat is-COP 16 (il-Konferenza tal-Partijiet), li saret fil-Messiku f'Diċembru, 2010,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ (ACP-EU/100.739/10/fin.),

A.

billi huwa essenzjali li jiġu aċċelerati r-riċerka, l-iżvilupp u t-trasferiment ta’ teknoloġiji b'livell baxx ta’ karbonju (LCTs – Low Carbon Technologies) f'pajjiżi tal-AKP u tal-UE biex jitwaqqaf it-tisħin globali (wara li inizjalment kien ġie limitat għal mhux iktar minn 1,5 °C ogħla mil-livelli preindustrijali), jinħolqu ekonomiji b'livell baxx ta’ karbonju bbażati inter alia fuq il-produzzjoni ta’ enerġija nadifa u li kulħadd jingħata l-opportunità li jadatta għall-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima u li jiġu miġġielda b'mod effettiv it-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tniġġis mifrux mad-dinja kollha,

B.

billi l-prinċipju ta’ “responsabilità komuni iżda differenzjata” għat-tisħin globali għandu jiġi kkunsidrat fil-qasam tat-trasferiment tal-LCTs lejn il-pajjiżi tal-AKP,

C.

billi t-trasferiment tat-teknoloġija għandu jservi biex jikkumplementa u jtejjeb l-isforzi kollha, inklużi l-mitigazzjoni, il-bini tal-kapaċità u l-adattament, li qed isiru fil-livell globali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima,

D.

billi l-pajjiżi tal-AKP huma fost dawk il-pajjiżi li kkontribwixxew l-inqas għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima, iżda li l-aktar jinsabu f'riskju kawża tiegħu; billi l-limitazzjoni tal-konsum tal-enerġija fil-pajjiżi industrijalizzati u emerġenti, flimkien mal-iżvilupp rapidu u t-trasferiment ta’ LCTs lejn l-Istati tal-AKP jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex jiġu evitati l-konsegwenzi tat-tisħin globali f'dawn il-pajjiżi;

E.

billi l-maġġoranza tal-koperazzjoni teknoloġika għadha sseħħ primarjament fil-livell nazzjonali iktar milli f'dak internazzjonali u 2 % biss tal-privattivi konġunti huma kondiviżi bejn kumpaniji u istituzzjonijiet minn pajjiżi żviluppati u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,

F.

billi l-pajjiżi żviluppati taw kelmithom f'Kopenħagen f'Diċembru 2009 li jipprovdu “finanzjament ogħla, ġdid u addizzjonali, prevedibbli u adegwat” li inizjalment jammonta għal 30 biljun dollaru Amerikan għall-perjodu 2010-2012 u għal 100 biljun dollaru Amerikan sal-2020 (7) biex jappoġġjaw l-azzjoni meħuda fir-rigward il-mitigazzjoni, l-adattament, l-iżvilupp teknoloġiku u t-trasferiment u l-bini ta’ kapaċità; billi l-UE impenjat ruħha li tipprovdi 7,2 biljun ewro mit-30 biljun dollaru Amerikan għall-2010-2012,

G.

billi l-bijomassa hija s-sors prinċipali tal-enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi l-inqas żviluppati, iżda l-użu estensiv u mhux regolat tagħha mhuwiex sostenibbli u għandha firxa wiesgħa ta’ effetti negattivi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem,

H.

billi, fl-istess ħin, qiegħda tintuża frazzjoni żgħira biss mill-potenzjal vast tal-enerġija rinnovabbli sostenibbli tal-Afrika (8),

I.

billi ħafna mill-pestiċidi mibjugħin mill-kumpaniji tal-iktar pajjiżi sinjuri lill-pajjiżi tal-AKP, u l-użu intensiv u mhux regolat tagħhom, għandhom diversi effetti negattivi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem; billi l-iskambju ta’ teknoloġija kimika għandha tippermetti li l-produtturi agrikoli f'pajjiżi tal-AKP jixtru prodotti li ma jkunux jiswew ħafna flus u li kemm jista' jkun ma jagħmlux ħsara lill-ambjent,

J.

billi l-esportazzjoni massiva ta’ skart ta’ kull tip mill-pajjiżi żviluppati u dawk l-iktar sinjuri lejn il-pajjiżi tal-AKP tikkawża theddida serja għall-bilanċ ekoloġiku tal-pajjiżi tal-AKP, li, barra minn hekk, m'għandhomx it-teknoloġija adegwata u effiċjenti biex jittrattaw il-proċessar mill-ġdid, ir-rikondizzjonament u r-riċiklaġġ ta’ tali skart, li jvarja minn materjali li ma jagħmlux ħsara għal materjali estremament tossiċi,

K.

billi l-estensjoni ta’ enerġiji rinnovabbli deċentralizzati fil-pajjiżi tal-AKP tista' tnaqqas il-faqar billi żżid l-aċċess għall-provvista tal-enerġija, u b'hekk tippreżenta opportunitajiet aħjar għall-iżvilupp rurali u l-konservazzjoni forestali u twassal għal benefiċċji diretti għas-saħħa tal-bniedem u għall-opportunitajiet ta’ impjiegi; billi bħalissa 0,2 % biss tal-Assistenza ta’ Żvilupp Uffiċjali (ODA - Official Development Assistance) tal-UE huwa mmirat lejn investimenti fi provvista deċentralizzata ta’ enerġija rinnovabbli,

L.

billi l-ostakoli kollha ta’ natura politika, istituzzjonali, finanzjarja, kummerċjali, kif ukoll dawk relatati mal-informazzjoni u l-kapaċità umana biex l-LCTs jiġu trasferiti lejn il-pajjiżi tal-AKP għandhom jiġu eliminati,

M.

billi n-nuqqasijiet teknoloġiċi u ta’ innovazzjoni fil-pajjiżi tal-AKP ta’ spiss jiġu indirizzati bħala sintomi ta’ nuqqasijiet min-naħa tas-suq minflok indikaturi tal-ħtieġa li titjieb il-koperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp teknoloġiku,

N.

billi r-rwol importanti tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fil-proċess tat-tixrid teknoloġiku għandu jiġu rikonoxxut ukoll,

1.

Tenfasizza li ż-żieda tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-pajjiżi tal-AKP u tal-UE u t-tixrid, u t-trasferiment tat-teknoloġiji u tal-għarfien tekniku rilevanti lejn pajjiżi tal-AKP huma elementi ewlenin ta’ kwalunkwe rispons internazzjonali effettiv għall-isfida globali tat-tibdil fil-klima;

2.

Jiddispjaċiha li, minkejja l-fatt li l-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil tal-klima kienu jikkostitwixxu wieħed mill-komponenti tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Bali u punt ewlieni fin-negozjati tan-NU dwar it-tibdil fil-klima f'Kopenħagen 2009, il-COP 15 naqset milli tipproponi mekkaniżmu għall-iżvilupp, it-trasferiment u l-koperazzjoni fir-rigward tat-teknoloġiji l-ħodor;

3.

Tikkunsidra li ftehim internazzjonali ta’ suċċess dwar il-protezzjoni tal-klima għandu jinkludi regoli u regolamenti istituzzjonali robusti għall-iżvilupp teknoloġiku u trasferiment mhux projbittiv biex jiġu ffaċilitati investimenti pubbliċi u privati f'dan il-qasam; għaldaqshekk, tistieden lis-COP 16 biex minnufih tieħu deċiżjonijiet speċifiċi dwar il-bini tal-kapaċità teknika u l-iżvilupp u t-trasferiment teknoloġiċi, billi tibbaża ruħha fuq id-dispożizzjonijiet f'dan il-qasam mill-proċess tal-UNFCCC;

4.

Tindika li l-Mekkaniżmu tat-Teknoloġija, propost fis-COP 15 f'Kopenħagen, għandu jkompli jiġi żviluppat fi kwalunkwe qafas internazzjonali futur dwar il-protezzjoni tal-klima; tistieden ukoll lin-negozjaturi biex jiżguraw li jiġu allokati fondi adegwati mill-Fond Aħdar ta’ Kopenħagen għall-Klima speċifikament għall-iżvilupp u t-trasferiment teknoloġiku biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-Mekkaniżmu tat-Teknoloġija;

5.

Tinnota li, għas-suċċess tal-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija, kif ukoll tal-proġetti tal-bini tal-kapaċitajiet fil-pajjiżi tal-AKP, għandhom jiġu identifikati l-ewwel nett il-bżonnijiet nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp, l-esperjenzi, l-ostakoli u l-opportunitajiet endoġeniċi; tenfasizza li l-approċċi għandhom jittieħdu skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-pajjiż u għandhom iżidu l-kontroll ta’ dawk l-attivitajiet min-naħa tal-pajjiżi;

6.

Tindika l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet speċjali tal-ekonomija fraġli tal-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u tal-pajjiżi bi dħul medju iżda b'ħafna dejn, u l-vulnerabilità, id-distanza u n-nuqqas ta’ opportunità li jinħolqu ekonomiji ta’ daqs tal-Istati tal-AKP li huma Gżejjer Żgħar li Qegħdin Jiżviluppaw;

7.

Tappella lill-pajjiżi żviluppati biex jappoġġjaw l-iżvilupp u t-tisħiħ ulterjuri tal-kapaċità u l-għarfien istituzzjonali, xjentifiċi, teknoloġiċi u umani fil-pajjiżi tal-AKP, billi jimxu fuq l-eżempju tal-Programm tal-AKP dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija, biex ikunu jistgħu jassorbu, jadottaw u jiżviluppaw LCTs adegwati;

8.

Tinnota li l-appoġġ għall-kapaċità għadu frammentat u huwa dipendenti fuq karatteristiċi nazzjonali bħal pereżempju l-intensità ta’ ħaddiema u d-deċentralizzazzjoni tas-servizzi; tenfasizza li l-bini tal-kapaċità għall-iżvilupp u t-trasferiment teknoloġiċi fil-pajjiżi tal-AKP għandu jiġu kkunsidrat bħala mira prijoritarja, iktar milli sempliċi miżura li tavvanza eżiti ta’ proġetti fil-futur qarib; tenfasizza li dan huwa proċess fit-tul, li jirrikjedi approċċ sistematiku, li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż u tas-settur u li jgħaqqad flimkien l-iżviluppi istituzzjonali, organizzazzjonali u dawk tal-kapaċità umana; tenfasizza wkoll li l-bini tal-kapaċitajiet għandu jrawwem id-domanda għall-iżvilupp u/jew it-trasferiment ta’ teknoloġiji fost il-pajjiżi tal-AKP;

9.

Tiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu pprovduti programmi ta’ taħriġ biex titjieb il-kapaċità endoġena fi proġetti għall-iżvilupp, l-immaniġġjar, il-funzjonament u l-manutenzjoni ta’ teknoloġiji; tinnota, madankollu, li hemm ħtieġa urġenti li jiġu ttrattati r-raġunijiet li jwasslu biex il-persunal imħarreġ f'xi pajjiżi tal-AKP jitlaq mill-pajjiż, bażikament, salarji baxxi u kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena;

10.

Tikkunsidra li approċċ ċar u ferm iktar ambizzjuż lejn l-iżvilupp tal-LCTs għandu jiġi adottat biex jiffaċilita u jħaffef id-diffużjoni tagħhom u t-tmiem tad-dipendenza fuq l-enerġija fossili; tinnota l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet pubbliċi nazzjonali u reġjonali eżistenti bħala appoġġ għal dan l-approċċ;

11.

Tappella lill-pajjiżi żviluppati biex jappoġġjaw b'mod attiv ir-riċerka u l-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP, biex b'hekk jippermettu lill-atturi pubbliċi u privati mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jipparteċipaw bħala sidien fis-suq globali li qed jikber tat-teknoloġija b'livell baxx ta’ karbonju; tħeġġeġ l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet nazzjonali li jaħdmu fuq sistemi innovattivi li jistgħu jwasslu għall-iżvilupp endoġenu ta’ teknoloġiji; tindika li l-inizjattivi għandhom jgħaqqdu flimkien żoni tekniċi u soċjali, billi jiżguraw li jkun hemm sidien lokali tal-proġetti u billi jwieġbu għall-ħtiġijiet lokali; tenfasizza li l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom jiġu kkunsidrati wkoll;

12.

Tenfasizza l-ħtieġa li wieħed jikkapitalizza l-potenzjal innovattiv tan-negozji tal-UE u tas-servizzi pubbliċi tal-UE fl-enerġiji rinnovabbli u t-teknoloġiji, inklużi teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija u ICT avvanzata, biex permezz ta’ ftehimiet kummerċjali tiġi promossa bidla gradwali lejn ekonomija b'livell baxx ta’ karbonju madwar id-dinja kollha, biex b'hekk jiġu żgurati opportunitajiet ġodda għall-bejgħ ta’ prodotti u għall-għarfien tekniku tal-UE f'din iż-żona lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, jew biex dan l-għarfien jiġi trasferit lilhom fejn ikun applikabbli;

13.

Tikkunsidra li d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, tar-rotot ta’ provvista u tal-infrastruttura, u l-interkonnessjoni tan-netwerks taż-żejt, tal-gass u s-sistemi ta’ distribuzzjoni intelliġenti huma kruċjali għas-sigurtà u s-sostenibilità fit-tul tal-provvisti tal-enerġija kemm għall-pajjiżi tal-UE kif ukoll għal dawk tal-AKP; tfakkar li dawn it-tendenzi ta’ politika huma wkoll strumentali biex jippromwovu żviluppi ġodda fit-teknoloġija tal-enerġija u l-ħolqien ta’ impjiegi fil-pajjiżi tal-UE u f'dawk tal-AKP;

14.

Tafferma mill-ġdid l-importanza li jiżdiedu r-riċerka u l-finanzjament konġunti tal-UE-AKP fil-bini u l-immodernizzar tal-infrastruttura tal-enerġija kemm fil-pajjiżi tal-UE kif ukoll f'dawk tal-AKP, b'mod partikolari permezz ta’ sħubijiet u impriżi bi sħab, pubbliċi-privati jew sħubijiet pubbliċi-pubbliċi fejn ikun il-każ, biex b'hekk jiġi mħeġġeġ il-kummerċ tat-trasferiment tal-enerġija jew tat-teknoloġija li huma ta’ benefiċċju reċiproku, u tiġi promossa d-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija fil-pajjiżi tal-AKP;

15.

Tappella lill-pajjiżi tal-AKP biex jaġġustaw skont il-bżonn u jimplimentaw strateġiji ta’ innovazzjoni nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima skont il-ħtiġijiet u l-politiki tagħhom, filwaqt li jikkunsidraw ukoll l-effetti pożittivi indiretti tagħhom fuq is-saħħa, l-edukazzjoni u l-impjiegi;

16.

Tappella lill-UE biex tappoġġja s-soluzzjonijiet u l-proġetti innovattivi attwali fil-pajjiżi tal-AKP;

17.

Tappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jagħmlu pressjoni fuq il-kumpaniji Ewropej li hemm fil-pajjiżi tal-AKP u biex jimponu leġiżlazzjoni vinkolanti fuqhom bl-għan li jiġi żgurat li dawn ikunu ta’ eżempju fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli, l-emissjonijiet baxxi ta’ CO2, ir-rispett tal-ambjent u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ħamrija u l-ilma; tikkunsidra li dan jista' pereżempju jkun jikkonsisti f'forma ta’ skambju ta’ teknoloġija u għarfien espert;

18.

Tappella lill-pajjiżi tal-AKP biex jimponu sanzjonijiet fuq il-kumpaniji tal-UE preżenti fit-territorju tagħhom li ma jaġixxux skont il-prinċipji msemmija hawn fuq, u li għaldaqstant mhumiex pereżempju involuti f'tali skambji;

19.

Tenfasizza l-importanza ta’ koperazzjoni reċiprokament benefika bejn l-kumpaniji, l-entitajiet tas-settur pubbliku u l-istituzzjonijiet tar-riċerka fil-pajjiżi żviluppati u l-ekwivalenti tagħhom fl-Istati tal-AKP, u tħeġġeġ il-ħolqien ta’ sħubijiet teknoloġiċi bejniethom; titlob li jitjieb l-għarfien dwar l-arranġamenti ta’ koperazzjoni li jeżistu diġà fil-qasam tat-trasferiment tat-teknoloġija, kif ukoll li jiġi stabbilit reġistru għal tali azzjonijiet u bażi ta’ dejta globali fir-rigward ta’ dejta dwar il-liċenzjar u l-aħjar prattiki;

20.

Titlob għat-titjib tas-sħubijiet ma’ istituzzjonijiet intergovernattivi u internazzjonali; tenfasizza li l-koperazzjoni f'livell lokali iktar baxx, li jinkludi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u bbażati fil-komunità, għandha tiġi promossa wkoll;

21.

Tenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti Ċentru Teknoloġiku għall-Klima u netwerk li jagħtu spinta lill-koperazzjoni internazzjonali dwar teknoloġiji ewlenin u li jipprovdu assistenza teknika, taħriġ u bini tal-kapaċità konġunt; tenfasizza li l-istrutturi globali l-ġodda għat-trasferiment teknoloġiku b'rabta mat-tibdil fil-klima għandhom ikunu inqas ta’ piż u inqas burokratiċi;

22.

Tinnota l-importanza tal-koperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar, li tista' twassal għal awtodipendenza teknoloġika u b'hekk tevita kunflitt possibbli li jirriżulta mid-Drittijiet dwar il-Proprjetà Intellettwali (IPRs); tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-AKP biex jistabbilixxu pjattaformi/netwerks reġjonali ta’ koperazzjoni fl-R&D ta’ istituzzjonijiet ta’ riċerka domestiċi eżistenti għall-iżvilupp tat-teknoloġija dwar it-tibdil fil-klima, li jippermettu l-kondiviżjoni tar-riżorsi u tal-ispejjeż tal-R&D;

23.

Tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-UE u tal-AKP biex jiżviluppaw iktar u jżidu l-finanzjament għar-riċerka dwar it-tibdil fil-klima fl-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta’ riċerka tagħhom u biex itejbu r-rabtiet bejniethom biex isibu soluzzjonijiet konġunti għal problemi komuni (pereżempju billi jiġu żviluppati teknoloġiji li bihom ikun jista' jiġi ffrankat l-ilma jew jintuża mill-ġdid);

24.

Tappella għall-promozzjoni tas-sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġija kif ukoll għall-ħolqien ta’ impriżi bi sħab bejn kumpaniji tal-UE u tal-AKP; tappella wkoll lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku għall-investimenti fil-pajjiżi tal-AKP fir-rigward tal-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija, biex b'hekk jiġu offerti inċentivi għal koperazzjoni kummerċjali;

25.

Titlob involviment serju min-naħa tal-NGOs lokali fil-proċessi tad-diffużjoni teknoloġika u tal-bini tal-kapaċità; tenfasizza l-importanza li l-NGOs jkollhom għarfien dwar l-ambjenti lokali biex jiġu introdotti b'suċċess teknoloġiji ġodda;

26.

Tindika li l-pajjiżi tal-AKP jinkludu numru kbir ta’ komunitajiet iżolati u gżejjer u għalhekk tappella biex il-promozzjoni tal-enerġija prodotta lokalment issir prijorità;

27.

Tindika li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġiji relatati mal-enerġija u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; tikkunsidra li l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA - Official Development Assistance) għandha tiffoka iktar fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija u enerġiji rinnovabbli deċentralizzati fil-pajjiżi tal-AKP, u li dan għandu jnaqqas il-faqar u jżid l-opportunitajiet tal-impjiegi; tfakkar li l-enerġija nukleari mhix soluzzjoni biex tiżgura żvilupp b'livell baxx ta’ karbonju; tenfasizza li għandu jiġi ppruvat li t-teknoloġiji jkunu effiċjenti u ekonomikament vijabbli u li l-adozzjoni tagħhom għandha tirrikjedi approċċ olistiku b'dimensjonijiet varji ta’ sostenibilità, inklużi l-aspetti sanitarji, ambjentali, teknoloġiċi, ekonomiċi, soċjokulturali u istituzzjonali;

28.

Tenfasizza li l-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonimika (EPAs) għandhom iħallu impatt pożittiv fuq id-diffużjoni teknoloġika u t-titjib tal-kapaċità tal-innovazzjoni fir-reġjuni tal-AKP, hekk kif inhu stabbilit fl-abbozz dwar azzjoni mtejba fir-rigward tal-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija;

29.

Tenfasizza li l-pajjiżi tal-AKP għandhom jibbenefikaw ħafna iktar mill-potenzjal tal-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif, li għandu jiġi mfassal mill-ġdid fix-xenarju post-Kopenħagen;

30.

Tenfasizza l-ħtieġa li wieħed jiffoka b'mod speċifiku fuq il-potenzjal tat-teknoloġija li tindirizza l-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi tal-AKP;

31.

Tenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija, kif ukoll l-attivitajiet ta’ proġetti għall-bini ta’ kapaċità, jiġu segwiti, immoniterjati u evalwati regolarment; titlob li jitħejjew rapporti perjodiċi dwar il-qagħda attwali, l-opportunitajiet u kull ħtieġa għal iktar titjib, biex b'hekk jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet abbażi tas-sejbiet li joħorġu mill-evalwazzjonijiet; tenfasizza l-importanza li jiġi kondiviż it-tagħlim akwiżit;

32.

Tagħti istruzzjonijiet lill-ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Unjoni Afrikana u lis-segretarjat tal-UNFCCC.

RIŻOLUZZJONI (9)

dwar l-ilħuq tal-MDGs: reazzjonijiet innovattivi biex tinstab soluzzjoni għall-isfidi soċjali u ekonomiċi

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

fil-laqgħa tagħha f'Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) bejn it-2 u l-4 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Settembru 2000 li tistipola l-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-qirda tal-faqar,

wara li kkunsidrat il-Kunsens ta’ Monterrey adottat waqt il-Konferenza Internazzjonali tal-NU dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp tal-21-22 ta’ Marzu 2002, u d-Dikjarazzjoni ta’ Doha dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp adottata fit-2 ta’ Diċembru 2008 fil-Konferenza Internazzjonali ta’ Segwitu dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp biex tiġi riveduta l-Implimentazzjoni tal-Kunsens ta’ Monterrey,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi tal-AKP u r-rwol tal-koperazzjoni AKP-UE, adottata f'Ljubljana fl-20 ta’ Marzu 2008 (10),

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta’ Akkra għal Azzjoni,

wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew intitolata “It-Taxxa u l-Iżvilupp: Koperazzjoni mal-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta’ Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-Taxxa” (COM(2010)0163),

wara li kkunsidrat is-Sejħa għal Azzjoni Urġenti ta’ Addis Ababa fir-rigward tas-Saħħa Materna;

wara li kkunsidrat is-Sejħa għal Azzjoni ta’ Berlin u l-Għażliet Strateġiċi għall-NGOs, li t-tnejn li huma ġew ippubblikati fl-okkażjoni tal-15-il anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD/15),

wara li kkunsidrat ir-rapport ta’ Lulju 2009 mħejji mis-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC - Convention on the Rights of the Child) u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW - Convention on the Elimination of All Forms of Discrimination Against Women),

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-UNDP intitolat “Beyond the Midpoint: Achieving the Millennium Development Goals” (Iktar minn Nofs Triq: l-Ilħuq tal-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp), ippubblikat f'Jannar 2010,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tal-2008 intitolat “Primary health care: now more than ever” (Il-kura tas-saħħa primarja: illum aktar minn qatt qabel),

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, li ġiet ratifikata minn 95 Stat u li tinsab fil-proċess tal-adeżjoni tagħha min-naħa tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tagħha,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-UNDP, l-UNFPA, il-UNICEF u d-WFP intitolat “Stocktaking on the Millennium Development Goals” (Rendikont dwar il-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp), ippubblikat f'Jannar 2010,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-UNICEF intitolat “Progress for children - Achieving the MDGs with equity” (Progress għat-tfal – Nilħqu l-MDGs b'mod ġust), ippubblikat f'Settembru 2010,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tas-Samit Mondjali dwar is-Sigurtà tal-ikel, li sar f'Ruma bejn is-16 u t-18 ta’ Novembru 2009,

wara li kkunsidrat it-tnax-il punt tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE b'appoġġ għall-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp, li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta’ April 2010,

wara li kkunsidrat ir-Rapport dwar l-Iżvilupp Industrijali tal-UNIDO 2009, intitolat “Breaking In and Moving Up: New Industrial Challenges for the Bottom Billion and the Middle-Income Countries”,

wara li kkunsidrat il-Laqgħa Plenarja ta’ Livell Għoli tan-NU tal-Assemblea Ġenerali dwar il-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp, li saret fi New York bejn l-20 u t-22 ta’ Settembru 2010, u d-Dokument tar-Riżultati tagħha,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni 64/131 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-ilħuq tal-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp għal persuni b'diżabilità,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent tagħha (ACP-EU/100.732/10/fin.),

A.

billi skont l-estimi tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) (11), in-numru ta’ persuni fid-dinja li m'għandhomx biżżejjed x'jieklu naqas globalment għal 925 miljun persuna fl-2010, meta mqabbel ma’ biljun fl-2009,

B.

billi l-impatt tal-kriżijiet varji (tal-enerġija, tal-ikel, tal-finanzi u tal-ekonomija) fuq il-pajjiżi tal-AKP qed jipprovdi sfida addizzjonali għall-ġlieda kontra l-faqar u jista' jkun ta’ theddida għall-ilħuq tal-MDGs,

C.

billi jinħtieġu inċentivi biex jiġi żgurat li l-investituri jtejbu l-involviment tagħhom fi proġetti li għandhom impatt lokali pożittiv f'termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali,

D.

billi għandhom jiġu introdotti miżuri li jappoġġjaw ir-riformi fiskali fil-kuntest tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (EPAs) biex jikkumpensaw għat-telf tad-dħul mid-dwana kawża tat-tneħħija tad-dazji doganali bħala parti mill-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ,

E.

billi matul dawn l-aħħar snin il-faqar estrem esperjenza tnaqqis marġinali u, minħabba t-tkabbir tal-popolazzjoni, fil-fatt kien hemm żieda ta’ 27 miljun persuna li jgħixu f'faqar estrem fl-Afrika Sub-Saħarjana (12),

F.

billi hawn wisq tfal, speċjalment dawk li huma l-ifqar u l-iktar marġinalizzati, li għadhom qed jiġu mċaħħda mid-dritt għall-edukazzjoni (iktar minn 100 miljun ma kinux imorru skola fl-2008, 52 % minnhom bniet) u t-tfal li attwalment ma jmorrux skola, b'mod partikolari fl-Afrika, qatt ma kellhom kuntatt ma’ edukazzjoni formali (13), u billi 80 % tal-persuni fid-dinja li għandhom diżabilità jgħixu f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u iktar minn 98 % tat-tfal b'diżabilità f'dawn il-pajjiżi ma jmorrux l-iskola fuq bażi full-time,

G.

billi d-diżugwaljanza fl-opportunitajiet ibbażata fuq is-sess, l-etniċità, id-dħul finanzjarju, il-lingwa jew id-diżabilitajiet tirrappreżenta ostakolu kbir ħafna għall-edukazzjoni universali, u jekk ma tiġix irrekordjata l-informazzjoni dwar l-inklużjoni ta’ dawn il-gruppi jkun diffiċli li jitkejjel il-progress li jkun sar; u billi l-mira li jiġu eliminati l-inugwaljanzi bbażati fuq is-sess ma ntlaħqitx,

H.

billi l-eradikazzjoni tal-faqar titlob ukoll parteċipazzjoni demokratika u għandha tinvolvi bidla fl-istrutturi ekonomiċi biex jiġu garantiti opportunitajiet indaqs u aċċess għar-riżorsi u s-servizzi pubbliċi għan-nisa kollha,

I.

billi, għalkemm sar progress kbir fir-rigward tal-ilħuq ta’ wħud mill-MDGs, it-tliet MDGs li jirrigwardaw is-saħħa – u b'mod partikolari l-mortalità fost l-ommijiet – huma dawk li l-aktar għadhom lura milli jintlaħqu,

J.

billi r-rata ta’ mortalità globali ta’ tfal taħt il-ħames snin naqset minn 90 mewta għal kull 1 000 tarbija mwielda fl-1990 għal 65 fl-2008, minħabba titjib fis-sistema tat-tilqim u l-possibilità tat-tieni opportunità għat-tilqim, iżda r-rata ta’ tnaqqis fil-mortalità ta’ tfal taħt il-ħames snin għadha mhix biżżejjed biex jintlaħaq l-objettiv tal-MDG sal-2015, b'mod partikolari fl-Afrika Sub-Saħarjana (14), u r-rata ta’ mortalità ta’ tfal taħt il-ħames snin minn fost it-tfal b'diżabilità hija ta’ 80 % anki f'pajjiżi fejn il-mortalità ta’ tfal taħt il-ħames snin niżlet taħt l-20 % (15),

K.

billi globalment il-prevalenza ta’ tfal taħt il-5 snin li huma taħt il-piż naqset minn 31 % għal 26 % bejn l-1990 u l-2008, u billi l-maġġoranza tal-pajjiżi li qed jagħmlu ftit jew ebda progress biex jilħqu l-MDG 1 jinsabu fl-Afrika Sub-Saħarjana u fin-Nofsinhar tal-Asja (16),

L.

billi l-mira li titjieb is-saħħa materna għadha ma ntlaħqitx, billi attwalment hemm tnaqqis ta’ 1 % fis-sena fil-proporzjon globali tal-mortalità fost l-ommijiet (MMR - Maternal Mortality Ratio) meta mqabbel mal-perċentwal annwali ta’ 5,5 % meħtieġ biex l-MMR jilħaq it-tnaqqis stabbilit mill-MDG fir-rigward tal-mortalità tal-ommijiet sal-2015 (17); billi numru kbir ta’ nisa jsofru minn feriti, infezzjonijiet jew mard, jew jiżviluppaw diżabilità kawża tal-komplikazzjonijiet li jirriżultaw mit-tqala jew mill-ħlas,

M.

billi l-maġġoranza ta’ persuni affettwati mill-vajrus tal-HIV jgħixu fl-Afrika Sub-Saħarjana, u ħafna minnhom huma nisa, u billi nofs in-nisa tqal fid-dinja li rriżultaw pożittivi għall-vajrus tal-HIV issa qed jiġu protetti mir-riskju li l-vajrus jgħaddi mingħand l-omm għal għand it-tarbija permezz ta’ sistemi antiretrovirali (ARV),

N.

billi s-settur tal-edukazzjoni, permezz ta’ programmi ta’ tagħlim matul il-ħajja skolastika ta’ persuna huwa mezz kruċjali għall-prevenzjoni tal-HIV, tal-malarja, tat-tuberkulożi u tal-Mard Tropikali Traskurat, u għat-tnaqqis tal-istigma assoċjata ma’ dan il-mard,

O.

billi skont l-estimi tan-NU, hemm bżonn jiġu impjegati aktar minn 10 miljun għalliem madwar id-dinja biex tintlaħaq il-mira miftiehma internazzjonalment li tinkiseb edukazzjoni primarja universali sal-2015 (18),

P.

billi l-malarja għadha theddida sinifikanti għal kważi nofs il-popolazzjoni tad-dinja u 90 % tal-imwiet kollha kkawżati mill-malarja jseħħu fl-Afrika Sub-Saħarjana, u tolqot l-iżjed lit-tfal taħt il-ħames snin, u billi l-malarja jista' jkollha wkoll implikazzjonijiet sanitarji perikolużi oħra bħal pereżempju l-anemija, piż baxx fit-twelid, twelid prematur, mortalità tat-trabi u mwiet tal-ommijiet, u billi ġie ppruvat li n-nets trattati bl-insettiċidi (ITNs - Insecticide-Treated Nets) naqqsu l-imwiet fost it-tfal b'madwar 20 fil-mija (19),

Q.

billi l-prevalenza tat-tuberkulożi, jiġifieri n-numru ta’ każijiet għal kull 100 000, ukoll waqgħet globalment, u ma tantx jidher li hemm possibilità li l-miri biex din il-prevalenza u r-rati tal-imwiet jitnaqqsu bin-nofs sal-2015 jintlaħqu,

R.

billi hemm iktar minn 650 miljun persuna b'diżabilità fil-livell globali, li 80 % minnhom jgħixu f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u li ħafna minnhom huma qiegħda u jaqgħu taħt il-livell stabbilit tal-faqar,

S.

billi l-Istati tal-AKP għadhom jiffaċċjaw ħafna sfidi ambjentali marbuta mat-tniġġis, mat-tibdil fil-klima u d-deforestazzjoni, li jistgħu jinfluwenzaw il-provvista tal-prodotti agrikoli lokali b'mod negattiv,

T.

billi d-dinja qiegħda fit-triq it-tajba biex twassal ilma tajjeb għax-xorb minn sorsi mtejba, u 207 miljun Afrikan addizzjonali llum il-ġurnata qed jużaw sorsi siguri ta’ ilma tajjeb għax-xorb, iżda l-kopertura mtejba tal-ilma tajjeb għax-xorb fl-Afrika Sub-Saħarjana għadha iktar baxxa milli f'reġjuni oħra u l-progress fil-kopertura tas-sanitizzazzjoni kien minimu f'xi pajjiżi, peress li madwar 95 % tal-ifqar nies f'dawk il-pajjiżi jaqdu l-bżonnijiet naturali tagħhom fil-beraħ (20),

U.

billi l-Afrika Sub-Saħarjana għad għandha l-ogħla prevalenza ta’ kwartieri tal-foqra, għalkemm, globalment, il-popolazzjoni f'dawn il-kwartieri naqset,

V.

billi, globalment, 215-il miljun tifel u tifla huma obbligati jaħdmu, u 115-il miljun huma vittmi ta’ dak li l-ILO tiddefinixxi bħala l-agħar forom ta’ xogħol (21),

W.

billi, skont l-UNICEF, it-terminu “tħaddim tat-tfal” ifisser kull forma ta’ xogħol imwettaq minn tfal taħt it-18-il sena, liema xogħol ikun perikoluż jew jinterferixxi fl-edukazzjoni tat-tfal jew ikun ta’ periklu għas-saħħa tat-tfal jew għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali jew soċjali tagħhom,

X.

billi minkejja li sar iktar progress fl-ilħuq tat-tmien MDGs, is-sħubija globali għall-iżvilupp batiet minn tfixkil sinifikanti, li jitfa' lura l-ilħuq b'suċċess tal-MDGs,

Y.

billi l-MDGs mhumiex se jintlaħqu jekk mhumiex se jkunu marbuta ma’ sens ta’ responsabilità, governanza tajba, demokrazija, sigurtà, żvilupp, drittijiet tal-bniedem u ugwaljanza bejn is-sessi,

Z.

billi, jekk il-mira tal-ODA ta’ 0.7 % tintlaħaq mid-donaturi kollha sal-2015, jiġu ġġenerati iktar minn 300 biljun dollaru Amerikan fis-sena għall-iżvilupp,

AA.

billi nuqqas ta’ paċi u sigurtà, demokrazija u stabilità politika ta’ spiss ma jippermettix li pajjiżi foqra jilħqu l-potenzjal ta’ żvilupp kollu tagħhom,

AB.

billi s-sjieda tal-art toħloq inċentivi għall-individwi, il-familji u l-komunitajiet biex jieħdu f'idejhom l-iżvilupp tagħhom stess u jiżguraw is-sigurtà tal-ikel fil-livell lokali,

1.

Tfakkar li l-impenji internazzjonali li ttieħdu fir-rigward tal-MDGs jeħtieġu li l-pajjiżi industrijalizzati jikkontribwixxu 0,7 % tal-PGD tagħhom fl-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) sal-2015; tfakkar li attwalment l-UE hija minn taħt b'madwar 20 biljun ewro fir-rigward tal-impenji ta’ nfiq tagħha għall-MDGs;

2.

Tilqa' bi pjaċir l-eżiti tas-Samit tan-NU fi New York bħala sinjal ċar li l-pajjiżi kollha jridu jżommu l-impenn tagħhom li jintlaħqu l-miri sal-2015, anki fl-ambjent internazzjonali diffiċli attwali;

3.

Tfakkar li nkiseb ħafna progress fir-rigward tal-ilħuq tal-MDGs; għalhekk, min-naħa l-waħda, titlob biex ir-riżultati pożittivi jiġu ppubblikati b'mod regolari u, min-naħa l-oħra, biex il-pajjiżi tal-UE u tal-AKP jippubblikaw skedi multiannwali biex jintlaħqu l-MDGs fil-ħames snin li ġejjin;

4.

Tistieden lid-donaturi internazzjonali biex jipprovdu fondi sinifikanti addizzjonali, trasparenti, li jistgħu jiġu kkwantifikati u li jkunu orjentati b'tali mod li jinkisbu riżultati, biex jgħinu lill-pajjiżi l-fqar jiġġieldu l-faqar, jilħqu l-MDGs u jiġġieldu l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-kriżi ekonomika;

5.

Tistieden lill-pajjiżi tal-AKP biex iżidu u jimmobilitaw ir-riżorsi domestiċi tagħhom b'mod adegwat biex jilħqu aħjar l-MDGs;

6.

Tenfasizza l-ħtieġa li jiġu introdotti sorsi alternattivi u innovattivi ta’ finanzjament għall-iżvilupp biex ikunu jistgħu jiġu ssodisfati l-impenji tal-MDGs;

7.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jissuġġerixxu li n-NU jistabbilixxu kumitat intergovernattiv dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw it-taxxa internazzjonali;

8.

Tistieden lill-G20 biex irażżan il-kenn fiskali, filwaqt li jiddistingwi il-ġuriżdizzjonijiet ta’ koperazzjoni b'livelli fiskali baxxi u l-evażjoni tat-taxxa, u biex jippromwovi trasparenza ikbar u sistemi ta’ rappurtar f'kull pajjiż biex jippermetti li l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw iżommu r-riżorsi proprji tagħhom għall-iżvilupp tagħhom;

9.

Tistieden lid-donaturi internazzjonali kollha biex itejbu l-koordinazzjoni tad-donaturi u t-tqassim tax-xogħol u biex jagħtu l-għajnuna kollha tagħhom, b'konsultazzjoni mal-pajjiżi msieħba;

10.

Tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jistabbilixxu strateġiji effettivi biex jittaffa d-dejn tal-pajjiżi tal-AKP, b'mod partikolari bħala appoġġ għall-MDGs li jirrigwardaw l-edukazzjoni u s-saħħa, filwaqt li tinnota li d-dejn barrani tal-pajjiżi tat-Tielet Dinja u l-mekkaniżmi tiegħu, pereżempju s-servizzi tad-dejn, jirrappreżentaw ostaklu kbir permanenti għall-iżvilupp ta’ dawk il-pajjiżi;

11.

Tenfasizza li, sabiex jintlaħqu l-MDGs, is-servizzi pubbliċi għandhom jiġu salvagwardjati u msaħħa, bħala element indispensabbli għas-soluzzjoni tal-problemi, b'rabta partikolari mas-saħħa u l-faqar;

12.

Tistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu azzjoni biex ir-rimessi ma jibqgħux jiswew ħafna flus;

13.

Tindika li, minkejja li l-għajnuna tista' tkun ta’ lieva għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi żvilupp sostenibbli u dejjiemi; għalhekk titlob formazzjoni effettiva ta’ sħubijiet bejn is-setturi pubbliċi u privati, sjieda ikbar min-naħa tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw tal-proġetti tagħhom tal-MDGs, u titlob li l-gvernijiet jistabbilixxu kundizzjonijiet li jippermettu li s-settur privat ikun innovattiv, jinvesti u joħloq l-impjiegi;

14.

Ittenni r-rwol importanti tal-kummerċ bħala mutur għat-tkabbir u l-iżvilupp, u l-kontribut tiegħu biex jintlaħqu l-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp; tenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm reżistenza għat-tendenzi protezzjonisti;

15.

Tistieden lill-UE biex tieħu azzjoni konkreta kontra l-faqar billi tiżgura koerenza politika bejn il-politiki tagħha tal-kummerċ, tal-koperazzjoni għall-iżvilupp, tal-politiki agrikola komuni u tal-politika komuni tas-sajd, biex jiġu evitati impatti negattivi diretti jew indiretti fuq l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tal-pajjiżi tal-AKP;

16.

Temmen li l-istrateġiji għall-Iżvilupp Ekonomiku Lokali (LED – Local Economic Development) għandhom potenzjal li jittrasformaw l-iżvilupp sostenibbli nazzjonali u intrareġjonali tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex joħolqu swieq domestiċi u reġjonali billi jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet reali tal-popolazzjonijiet;

17.

Tistieden il-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jiżguraw progress deċiżiv tal-objettivi tal-MDGs li għadhom l-iktar lura, fosthom l-MDG 3, 4, 5, 6 u 8;

18.

Tfakkar li miżuri tajbin ta’ governanza fiskali u antikorruzzjoni jgħinu biex jinħoloq ambjent favorevoli għall-investimenti;

19.

Tilqa' bi pjaċir l-impenn tal-MDG tal-Kummissjoni Ewropea ekwivalenti għal biljun ewro, kif espress mill-President tal-Kummissjoni Ewropea fil-Laqgħa ta’ Livell Għoli tan-NU dwar l-MDGs fi New York, biex il-pajjiżi bi prestazzjoni tajba jiġu ppremjati u biex jiġu appoġġjati dawk li huma l-iktar żvijati;

20.

Tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-AKP biex jieħdu passi konkreti biex jinkiseb titjib fis-saħħa materna; tistieden għalhekk lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jonfqu tal-inqas 15 % tal-baġits nazzjonali tagħhom fuq il-kura tas-saħħa, biex itejbu s-sistemi ta’ kura tas-saħħa tagħhom u jħaffu t-taħriġ tal-qwiebel u l-infermiera biex ikunu jistgħu jwettqu xogħol fuq il-post;

21.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jidentifikaw strateġiji effettivi ta’ protezzjoni soċjali, billi jagħtu prijorità lill-ġbir tal-iskemi tal-assigurazzjoni mir-riskji u dawk tal-prepagamenti, biex jiġi evitat li l-pazjent ikollu jħallas direttament lill-fornituri primarji tal-kura tas-saħħa, ladarba dan ta’ spiss jiskoraġġixxi lill-persuni fqar milli jużaw is-servizzi tagħhom;

22.

Tilqa' bi pjaċir l-Istrateġija Globali għas-Saħħa tan-Nisa u tat-Tfal, b'impenn ta’ iktar minn 40 biljun dollaru Amerikan fil-ħames snin li ġejjin, liema strateġija ġiet imnedija fil-laqgħa ta’ Livell Għoli tan-NU dwar l-MDGs;

23.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jippromwovu l-aċċess gratwit u inklussiv għas-saħħa, u biex jistabbilixxu, itejbu u jsaħħu l-kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba, inklużi l-kura ta’ qabel it-twelid, l-assistenza fit-twelid minn ħaddiema mħarrġa fil-qasam tas-saħħa u l-aċċess għall-kura ostetrika f'każ ta’ emerġenza;

24.

Titlob approċċ olistiku lejn servizz tas-saħħa komprensiv, li jkopri l-aċċess għall-mediċina, is-servizzi mediċi u l-ilma nadif, is-sanitizzazzjoni u n-nutrizzjoni; tenfasizza li tali approċċ kumpless jista' jkollu impatt ikbar u iktar stimulanti fuq il-progress għall-ilħuq tal-MDGs relatati mas-saħħa;

25.

Tenfasizza li s-sistemi ta’ taħriġ tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa mhumiex biżżejjed fl-Afrika, fejn żewġ terzi tal-pajjiżi għandhom biss skola waħda għat-taħriġ mediku u oħrajn m'għandhom xejn; iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-AKP, għalhekk, biex fl-istrateġiji tagħhom jinkludu programmi speċifiċi bl-għan li jipprovdu korsijiet ta’ taħriġ għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa biex b'hekk ikunu jistgħu jiġu impjegati ħaddiema kwalifikati fl-isptarijiet u fl-istrutturi tal-kura tas-saħħa;

26.

Tesprimi t-tħassib tagħha dwar il-fatt li r-reklutaġġ ta’ persunal kwalifikat fil-qasam tas-saħħa minn pajjiżi industrijalizzati jikkostitwixxi wieħed mill-fatturi li jiggravaw is-sistemi tas-saħħa fraġli fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

27.

Titlob li jkun hemm iktar iffukar fuq in-numru dejjem jikber ta’ mard mhux kontaġjuż, mard tropikali traskurat u mard li jirriżulta minn vjolenza, trawma u inċidenti, billi jissaħħu s-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi tal-AKP;

28.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jiġi eliminat ir-riskju li omm tgħaddi l-vajrus tal-HIV lit-tarbija tagħha; ittenni li dan iktar jista' jsir meta jingħataw kura qabel it-twelid u kura għat-tfal u għall-ommijiet fil-komunità;

29.

Tistieden lill-UE biex ittejjeb l-aċċess tan-nies il-fqar għal mediċini li jintlaħqu mill-but ta’ kulħadd billi turi flessibilità fl-applikazzjoni tal-ftehima dwar it-TRIPS (aspetti relatati mal-kummerċ tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali) fir-relazzjonijiet ta’ kummerċ tagħha ma’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

30.

Tħeġġeġ lill-gvernijiet u lill-pajjiżi donaturi li sabiex ikunu jistgħu jilħqu aħjar l-MDGs li jirrigwardaw is-saħħa, huma għandhom isaħħu s-sistemi tal-kura tas-saħħa, u b'mod speċjali l-komponenti tas-sistema tas-saħħa, inklużi l-provvista tas-servizzi, il-prodotti mediċinali, il-vaċċini u t-teknoloġiji, il-persunal tas-saħħa, il-finanzjament tas-saħħa, is-sistemi ta’ informazzjoni sanitarja, u t-tmexxija u l-governanza u għandhom jiżguraw l-aċċessibilità għal dawn is-sistemi lill-persuni b'diżabilità;

31.

Tappella lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jinvestu fi protezzjoni soċjali sensittiva għat-tfal, li tkopri l-iskemi ta’ assigurazzjoni soċjali u tas-saħħa;

32.

Tenfasizza li l-ewwel objettiv tal-MDGs jinkludi d-dritt li wieħed igawdi standards tal-għajxien xierqa, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li tingħata protezzjoni speċjali lill-persuni b'diżabilità;

33.

Tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati u implimentati politiki nazzjonali adegwati għas-sopravvivenza tat-tfal, inklużi miżuri preventivi, vaċċini u trattament mediku, u nutrizzjoni, ilma tajjeb għax-xorb u sanitizzazzjoni aħjar; għalhekk titlob li jkun hemm promozzjoni ta’ kampanji integrati li jistgħu jinkludu, pereżempju, id-distribuzzjoni ta’ nets għal fuq is-sodod u kampanji ta’ vaċċinazzjoni (speċjalment kontra l-ħożba), biex titnaqqas il-mortalità fost it-tfal;

34.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jippromwovu politiki tal-edukazzjoni u biex ma jiffukawx biss fuq iċ-ċifri tal-iskrizzjonijiet iżda wkoll fuq il-kwalità tal-edukazzjoni u r-rata ta’ kompletar, billi jillimitaw ir-rati ta’ studenti li jitilqu mill-iskola kmieni, speċjalment fost il-bniet, itejbu l-kapaċità tal-iskejjel li jilqgħu l-istudenti u jtejbu t-taħriġ tal-għalliema, filwaqt li jaħdmu bis-sħiħ biex tiġi provduta edukazzjoni inklussiva għal tfal b'diżabilità, li attwalment 10 % biss minnhom għandhom aċċess għall-iskola f'pajjiżi bi dħul baxx;

35.

Tenfasizza r-rwol ċentrali li l-edukazzjoni għandu jkollha fil-politiki nazzjonali tal-pajjiżi tal-AKP billi tikkombina politiki effettivi u investimenti nazzjonali sostnuti fl-edukazzjoni; tinsisti, f'dan ir-rigward, li jittieħed approċċ olistiku fir-rigward tal-edukazzjoni, li għandu jitqies bħala sistema kumplessa li tinkludi parteċipanti, strutturi u relazzjonijiet varji u li tiffoka fuq:

l-għoti ta’ firxa kompluta ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim disponibbli għat-tfal, żgħażagħ u adulti,

it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni,

it-titjib tal-istejtus, tar-rimunerazzjoni u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tad-drittijiet tal-għalliema;

l-involviment ta’ parteċipanti u partijiet interessati varji fil-proċess, pereżempju billi jiġu promossi sħubijiet pubbliċi-privati,

il-finanzjament u r-regolament tas-servizzi ta’ tagħlim;

36.

Tilqa' bi pjaċir l-impenji tan-NU fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tal-protezzjoni soċjali fid-Dokument ta’ Eżitu tagħhom;

37.

Tenfasizza li l-Istati Membri tal-UE u tal-AKP għandhom isaħħu l-impenji tagħhom biex itejbu l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tas-sess u t-tisħiħ tan-nisa bħala prijoritajiet ewlenin biex jintlaħqu l-MDGs;

38.

Tfakkar li r-responsabilità reċiproka tal-pajjiżi żviluppati u li qegħdin jiżviluppaw biex jintlaħqu l-MDGs sal-2015 hija dipendenti fuq it-tisħiħ tal-oqfsa għar-responsabilità, governanza u trasparenza;

39.

Tenfasizza l-ħtieġa li x-xogħol fuq l-MDGs jitkompla permezz ta’ approċċ olistiku ladarba l-MDGs kollha huma interkonnessi u reċiprokament infurzabbli;

40.

Tinsisti li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u l-promozzjoni u l-protezzjoni tagħhom, huwa parti integrali tax-xogħol effettiv lejn l-ilħuq tal-MDGs;

41.

Titlob l-implimentazzjoni tal-“patti tal-iżvilupp” fil-livell lokali, li jinvolvu impenji pubbliċi minn awtoritajiet lokali biex jitwettqu objettivi ta’ żvilupp definiti minn komunitajiet lokali u jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali jinżammu responsabbli għall-mod ta’ kif il-fondi jintefqu;

42.

Tenfasizza li ħaddiema edukati u tas-sengħa huma kruċjali biex itejbu l-iżvilupp ekonomiku, il-kompetittività u t-tkabbir;

43.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jistabbilixxu programmi ta’ taħriġ legali u fiskali għall-ħaddiema tal-awtorità fiskali; tenfasizza li hemm il-ħtieġa ta’ sforz speċjali fir-rigward ta’ pajjiżi li s'issa għadhom ma jirċevux għajnuna għall-futur imbiegħed fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ tassazzjoni;

44.

Tenfasizza li l-ġlieda biex jiġu eliminati l-isfruttament tat-tfal u t-tħaddim tat-tfal għandha tkun prijorità għall-pajjiżi tal-UE u tal-AKP; tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP, għalhekk, biex jiffukaw l-isforzi tagħhom fuq l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal;

45.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jużaw il-fondi Ewropej bl-aktar mod effettiv, bl-għan li l-MDGs jintlaħqu permezz tal-aktar għażla għaqlija tas-setturi fokali fil-Karti ta’ Strateġija għall-Pajjiż u fil-Programmi Indikattivi Nazzjonali, kif ukoll aċċess aktar faċli għall-miżuri ta’ appoġġ tal-EPA; tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, f'dan il-kuntest, biex tiżgura li l-proposta tagħha biex jiġu allokati biljun ewro mill-fond FEŻ tkun ta’ benefiċċju l-iktar għal dawk il-pajjiżi li huma l-aktar żvijati fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-2010 tal-programmi tal-AKP; tistieden lill-UE biex tinkludi lill-persuni b'diżabilità fix-xogħol kollu ta’ koperazzjoni internazzjonali, skont l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilitajiet;

46.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jistabbilixxu politiki kummerċjali ġusti, retti u regolati; tenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza tad-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kummerċjali kollha;

47.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex iżidu l-investiment fl-agrikoltura u fis-sigurtà tal-ikel b'enfasi speċjali fuq il-lat tal-provvista, għal livelli li jiggarantixxu ħelsien mill-ġuħ għal kulħadd, b'mod partikolari billi jitqiesu ħtiġijiet urġenti ta’ ikel, infrastruttura mtejba f'reġjuni rurali, agrikoltura fuq skala żgħira u programmi ta’ protezzjoni soċjali, bl-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fil-futur imbiegħed;

48.

Tesprimi t-tħassib serju tagħha dwar l-akkwist attwali ta’ art agrikola (b'mod partikolari fl-Afrika) minn investituri barranin megħjuna mill-gvern, liema akkwist, jekk ma jiġix trattat kif suppost, jista' jkun ta’ theddida billi jfixkel is-sikurezza alimentari lokali u jkollu konsegwenzi serji u mifruxa sew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; tħeġġeġ lill-AKP, lin-NU u lill-UE biex jindirizzaw b'mod serju l-impatti negattivi tal-akkwist ta’ art agrikola;

49.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jiżguraw li r-riformi tal-PAK, il-konklużjoni tal-EPAs u r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jitwettqu b'mod koerenti u koordinat;

50.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jippromwovu s-sjieda tal-art bħala mezz biex jitnaqqas il-faqar u biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, billi jissaħħu d-drittijiet tal-proprjetà u billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kreditu tal-bdiewa, tan-negozji ż-żgħar u tal-komunitajiet lokali; tenfasizza l-importanza ta’ investimenti ġodda għat-titjib tal-kapaċitajiet ta’ bdiewa żgħar, billi jiġu introdotti teknoloġiji iktar effiċjenti għall-ġestjoni tal-ilma u billi jiġu riġenerati n-nutrijenti tal-ħamrija;

51.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jirrikonoxxu d-dritt għall-ikel;

52.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jippromwovu l-produzzjoni lokali u l-konsum lokali;

53.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex iżidu l-opportunitajiet għal nies li jaħdmu għal rashom u għal negozji żgħar u, f'dan il-kuntest, biex jippromwovu u jiffaċilitaw l-aċċess għall-mikroself.

54.

Tindika li l-iżvilupp industrijali għandu potenzjal trasformattiv kbir ħafna għall-ekonomiji nazzjonali u għandu t-tendenza li jagħti aktar lok għat-tkabbir tal-produttività fil-futur imbiegħed milli għall-esportazzjonijiet agrikoli u għall-estrazzjoni tar-riżorsi naturali, li jesponu lill-ekonomiji għal xokkijiet; tistieden lill-pajjiżi tal-AKP, għalhekk, biex jindirizzaw din il-kwistjoni billi jħejju u jimplimentaw politiki relatati mal-industrijalizzazzjoni billi jiffukaw b'mod speċjali fuq l-ispeċjalizzazzjoni tal-manifattura u l-bini ta’ kapaċità kummerċjali;

55.

Tħeġġeġ lill-gvernijiet u lill-pajjiżi donaturi, sabiex itejbu l-prestazzjoni kummerċjali tal-pajjiżi tal-AKP, biex iżidu l-investimenti u jtejbu l-appoġġ għall-bini tal-kapaċità, għall-kwalità, għall-kompetittività u għall-konformità mal-istandards tal-prodotti tal-intrapriżi tal-AKP, liema standards huma rikjesti mill-importatur; tikkunsidra li dan għandu jinvolvi t-tisħiħ tal-produttività, is-servizzi għall-estensjoni teknoloġika, it-taħriġ, il-bini tal-konsorzji għall-esportazzjoni u l-iżvilupp tal-klasters;

56.

Ittenni l-importanza tal-prinċipji tal-effettività tal-għajnuna, stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi u fl-Aġenda għall-Azzjoni ta’ Akkra;

57.

Tistieden lill-parlamenti tal-AKP biex jagħtu rendikont tal-progress fid-dimensjoni parlamentari tal-koperazzjoni internazzjonali u biex jevalwaw l-involviment parlamentari b'appoġġ għall-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp; tħeġġeġ lill-parlamenti kollha biex meta jkunu qed jeżaminaw l-abbozz tal-baġits u tal-liġijiet jevalwaw l-impatt tagħhom fuq l-ilħuq tal-MDGs;

58.

Tistieden lill-komunità internazzjonali biex tippromwovi u tappoġġja d-demokrazija, il-paċi, l-istat tad-dritt u l-amministrazzjoni ħielsa mill-korruzzjoni fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

59.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jindirizzaw l-kawżi bażiċi sottostanti ta’ inġustizzja billi jindirizzaw id-diskriminazzjoni, in-normi u l-prattiki soċjali, billi jagħtu lill-komunitajiet iktar għarfien u iktar lok għall-iżvilupp tal-kapaċità, isaħħu s-sistemi ta’ responsabilità, u billi jappoġġjaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

60.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jagħtu attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-minoranza, u biex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jippromwovu n-nondiskriminazzjoni;

61.

Tistieden lill-Istati Membri tal-UE biex ikomplu jsegwu l-pjan ta’ azzjoni fuq tnax-il punt li nħareġ mill-Kummissjoni Ewropea f'April 2010 (22) u tistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi, annwalment, rapport dwar il-progress tal-UE fir-rigward tal-ilħuq tal-MDGs sal-2015;

62.

Tilqa' bi pjaċir l-impenn tan-NU biex jorganizzaw avveniment speċjali fl-2013 bħala segwitu tal-isforzi li jkunu saru għall-ilħuq tal-MDGs;

63.

Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE u lill-Unjoni Afrikana.

RIŻOLUZZJONI (23)

dwar is-sigurtà tal-ikel

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

fil-laqgħa tagħha f’Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) bejn it-2 u l-4 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi tal-AKP u r-rwol tal-koperazzjoni tal-AKP-UE, adottata f’Ljubljana fl-20 ta’ Marzu 2008 (24),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 (25), tat-13 ta’ Jannar 2009 (26), tas-26 ta’ Novembru 2009 (27) u tat-18 ta’ Mejju 2010 (28) dwar is-sigurtà tal-ikel,

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tas-Samit Dinji dwar l-Ikel tal-1996 u l-objettiv tagħhom li sal-2015 jitnaqqas bin-nofs in-numru ta’ nies li jsofru l-ġuħ,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ Settembru 2000 dwar il-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp u l-impenn tagħha li tnaqqas bin-nofs il-proporzjon tan-nies li jsofru l-ġuħ u li qed jgħixu b’inqas minn dollaru Amerikan fil-ġurnata; wara li kkunsidrat il-pjan ta’ azzjoni fuq tnax-il punt tal-UE b’appoġġ għall-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp li nħareġ mill-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta’ April 2010,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta’ Akkra għal Azzjoni,

wara li kkunsidrat is-Sessjoni Speċjali tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-22 ta’ Mejju 2008, f’Ġinevra, dwar “L-impatt negattiv tad-deterjorament tal-kriżi dinjija tal-ikel fuq id-dritt għall-ikel, ikkawżat inter alia mill-prezzijiet għaljin ħafna tal-ikel”,

wara li kkunsidrat it-Task Force ta’ Livell Għoli tan-NU dwar il-Kriżi għas-Sigurtà Globali tal-Ikel u l-“Qafas Komprensiv għal Azzjoni” tagħha, u l-Laqgħa ta’ Livell Għoli dwar “Is-Sigurtà tal-ikel għal Kulħadd”, li seħħet f’Madrid bejn is-26 u s-27 ta’ Jannar 2009,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-G8 dwar is-Sigurtà tal-Ikel li saret f’L’Aquila fl-10 ta’ Lulju 2009,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni tas-Samit Mondjali dwar is-Sigurtà tal-ikel, li seħħ f’Ruma bejn is-16 u t-18 ta’ Novembru 2009,

wara li kkunsidrat ir-rapporti annwali tal-FAO dwar “L-istat tan-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel fid-dinja”,

wara li kkunsidrat il-“Faċilità tal-Ikel għall-Pajjiżi li qegħdin Jiżviluppaw” tal-UE,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-għeluq tas-Sitt Samit tal-Kapijiet ta’ Stat u tal-Gvern tal-AKP, li sar f’Akkra bejn it-2 u t-3 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-UA dwar l-Agrikoltura u s-Sigurtà tal-ikel fl-Afrika, adottata f’Maputo f’Lulju 2003,

wara li kkunsidrat l-objettivi tal-Ftehimiet ta’ Sħubija bejn l-AKP u l-UE li ġew iffirmati f’Lomé u sussegwentement f’Cotonou dwar l-iżvilupp u l-kummerċ,

wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Strateġija tematika għas-sigurtà tal-ikel – Navvanzaw l-aġenda tas-sigurtà tal-ikel biex niksbu l-MDG, tal-25 ta’ Jannar 2006,

wara li kkunsidrat l-eżiti tal-Laqgħa ta’ Livell Għoli tan-NU dwar il-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp, li seħħet fi New York bejn l-20 u t-22 ta’ Settembru 2010,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-2010 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) “Nindirizzaw in-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel fi kriżijiet protratti”,

wara li kkunsidrat ir-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Dritt għall-Ikel għall-ħamsa u sittin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-11 ta’ Awwissu 2010,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta’ Kigali tat-22 ta’ Novembru 2007 dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomiċi (EPAs) (29) li jiffavorixxu l-iżvilupp,

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tas-Samit bejn l-UE u l-Afrika bejn id-29 u t-30 ta’ Novembru 2010 u t-Tieni Pjan ta’ Azzjoni, kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ qabel is-samit bejn il-PE u l-Parlament Pan-Afrikan tas-27 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni finali tal-Ħames Laqgħa Reġjonali tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fil-Lvant tal-Afrika (Mahé, is-Seychelles, bejn l-14 u l-15 ta’ Lulju 2010),

A.

billi fl-1996 l-FAO ddefinixxiet is-sigurtà tal-ikel bħala “l-aċċess għal kulħadd fi kwalunkwe ħin għal biżżejjed ikel sigur u nutrittiv għal ħajja b’saħħitha u attiva”,

B.

wara li kkunsidrat il-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea intitolata “Politika tal-żvilupp tal-UE għall-appoġġ ta’ tkabbir inklussiv u żvilupp sostenibbli: Żieda fl-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-UE”, li ġiet ippubblikata fl-10 ta’ Novembru 2010 u li l-objettivi tagħha jinkludu “kif jinkisbu riżultati dejjiema fil-qasam tal-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel”,

C.

billi l-agrikoltura hija s-sors ewlieni ta’ għajxien għal 80-90 % tal-popolazzjoni f’ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; billi żieda fid-dħul tagħhom tirrivitalizza l-ekonomiji rurali, toħloq iktar impjiegi għal nies foqra u żżid id-domanda għal prodotti u servizzi prodotti lokalment,

D.

billi n-numru ta’ nies li m’għandhomx biżżejjed ikel fid-dinja għadu iktar minn biljun fl-2010, minkejja l-isforzi globali attwali biex jitnaqqas il-ġuħ,

E.

billi fl-2008 ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel, l-ogħla żieda fil-prezz taż-żejt u l-kriżi finanzjarja, flimkien mat-tibdil fil-klima, kollha kellhom impatt devastanti fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi tal-AKP, staġnati fi kriżi sistematika,

F.

billi l-ispekulazzjoni fl-akkwiżizzjonijiet ta’ ikel u art f’negozji agrikoli orjentati lejn l-esportazzjoni tista’ tikkontribwixxi għal nuqqasijiet u, għaldaqstant, għal żieda fil-prezzijiet, u ċċaħħad lil miljuni ta’ persuni minn aċċess adegwat għall-ikel,

G.

billi, minkejja l-importanza pruvata tal-agrikoltura għall-pajjiżi tal-AKP, il-programmi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-UE u l-AKP ma tawx biżżejjed prijorità lis-settur agrikolu,

H.

billi prattiki agrikoli mhux sostenibbli, inklużi d-deforestazzjoni mhux kontrollata jew id-dipendenza żejda fuq il-pestiċidi, jikkontribwixxu b’mod dirett għall-iskarsezza ta’ art tajba għall-ħrit u ta’ kwalità tajba għall-produzzjoni ta’ ikel tajjeb għas-saħħa,

I.

billi l-pajjiżi tal-AKP huma dipendenti fuq l-esportazzjonijiet ta’ prodotti, liema esportazzjonijiet jikkontribwixxu għal iktar minn 50 % tad-dħul barrani tagħhom, filwaqt li xi SIDS (Stati li huma gżejjer żgħar li qegħdin jiżviluppaw) jiddependu fuq l-importazzjonijiet għal kważi 80 % tar-rekwiżiti alimentari bażiċi tagħhom peress li ma jistgħux jaspiraw għal xi livell raġonevoli ta’ awtosuffiċjenza alimentari,

J.

billi sussidji ta’ esportazzjoni għal prodotti agrikoli jistgħu jwasslu għal dumping fis-swieq tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b’konsegwenzi serji għall-produtturi lokali ż-żgħar,

K.

billi l-impatt tat-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni tal-kopertura tal-pjanti u ż-żieda fil-frekwenza tad-diżastri naturali x’aktarx iżidu n-nuqqas tas-sigurtà tal-ikel b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin, u se jkollhom impatt drammatiku fuq il-mod ta’ kif dawk li jaħdmu fis-settur agrikolu jaqilgħu l-għajxien tagħhom,

L.

billi ħafna mill-pajjiżi Afrikani jikru art agrikola lill-investituri barranin, li, jekk ma tiġix ġestita kif xieraq, tista’ tkun ta’ theddida għas-sigurtà tal-ikel lokali u tista’ twassal għal konsegwenzi serji u mifruxin,

M.

billi l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u d-deforestazzjoni li jaffettwaw lill-agrikoltura, prinċiparjament it-tnaqqis fil-prodotti tal-uċuħ tar-raba’ minħabba nuqqasijiet kontinwi ta’ ilma, nixfa, jew, b’kuntrast, għargħar u ċediment tal-art, għandhom effetti serji u negattivi fuq l-attivitajiet agrikoli fil-pajjiżi tal-UE u tal-AKP,

N.

billi ż-żieda fil-produzzjoni agrikola, prinċiparjament fis-settur tal-azjendi agrikoli familjari, tista’ ttaffi n-nuqqas ta’ sigurtà u tikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-ikel u għaż-żieda fid-dħul tal-produtturi,

O.

billi l-ilma tajjeb għax-xorb huwa fattur importanti għas-sigurtà tal-ikel u l-pajjiżi tal-AKP jsibu diffikultà biex ikollhom aċċess għalih,

P.

billi annimali selvaġġi, fil-forma ta’ laħam ta’ annimali selvaġġi, jipprovdu l-parti l-kbira tal-proteini fid-dieta ta’ ħafna mill-ifqar persuni fid-dinja b’mod insostenibbli, fatt li jirriżulta f’żoni selvaġġi li strutturalment jidhru intatti, iżda potenzjalment mhumiex kapaċi jsostnu l-bijodiversità tagħhom, u għalhekk huma biss soluzzjoni temporanja, fatt li joħloq iktar theddid għall-katina alimentari,

Q.

billi 70 % tal-1,3 biljun ruħ li jgħixu f’faqar estrem huma nisa, u madwar id-dinja, in-nisa huma mċaħħda mill-opportunitajiet meħtieġa biex itejbu l-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, bħad-drittijiet għall-proprjetà jew għall-wirt, jew l-aċċess għall-edukazzjoni jew għall-impjiegi,

R.

billi t-tnaqqis fil-fluss tal-investiment dirett barrani fid-dinja li qiegħda tiżviluppa bħala riżultat tar-riċessjoni globali jfixkel direttament l-aċċess għas-self u l-garanziji ta’ kreditu, inkluż il-mikrokreditu, filwaqt li jżid mal-ostakoli eżistenti għall-akkwiżizzjoni u l-użu ta’ art tajba għall-ħrit, li hija essenzjali għall-iżvilupp tal-agrikoltura lokali u biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fil-futur imbiegħed,

S.

billi, skont l-estimi tal-FAO, 7 miljun ħaddiem agrikolu mietu kawża tal-HIV/AIDS mill-1985 ’l hawn, u l-pandemija hija maħsuba li se taħsad il-ħajja ta’ 16-il miljun vittma oħra fl-għoxrin sena li jmiss fil-25 pajjiż Afrikan li huma affettwati l-agħar; billi l-HIV/AIDS u pandemiji oħra prinċiparjament jaffettwaw il-forza tax-xogħol produttiva,

T.

billi inkwiet politiku u nuqqas ta’ paċi u sigurtà huma ta’ theddida għall-kapaċità ta’ ħafna pajjiżi li jipprovdu l-ikel, u barra minn hekk iħallu impatt negattiv fuq il-mod ta’ kif in-nies se jaqilgħu l-għajxien tagħhom fil-futur imbiegħed,

U.

billi żieda fl-aċċess għal teknoloġiji tal-informazzjoni moderni tippromwovi l-kapaċitajiet tal-bdiewa u tiżgura li huma jkunu informati aħjar dwar il-prattiki agrikoli, il-prezzijiet u l-aċċess għal fatturi ta’ produzzjoni,

1.

Tenfasizza n-natura essenzjali tad-dritt għall-ikel, li għandu jiġi kkunsidrat bħala dritt inaljenabbli u universali; tenfasizza d-dritt ta’ kull pajjiż jew reġjun li jistabbilixxi tip ta’ agrikoltura li tissodisfa l-bżonnijiet alimentari tal-popolazzjoni tiegħu; tikkonferma mill-ġdid li l-aċċess għal ikel suffiċjenti u tajjeb għas-saħħa huwa dritt bażiku tal-bniedem u għandu jiġi garantit permezz ta’ azzjoni komuni mill-gvernijiet, entitajiet internazzjonali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; tenfasizza li ż-żamma jew iċ-ċaħda ta’ dan id-dritt jeħtieġ li jitqies bħala ksur ta’ dritt universali tal-bniedem;

2.

Tfakkar lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP li huma taw kelmithom li jnaqqsu bin-nofs il-proporzjon tal-popolazzjoni li tbati l-ġuħ sal-2015; tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jieħdu l-miżuri adegwati fil-qafas tal-MDG biex jonoraw dan l-impenn;

3.

Tistieden lill-UE biex tagħti prijorità, b’konsultazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi tal-AKP u fil-qafas tad-WTO, lill-kwistjoni tal-impatt tas-sussidji tal-Ewropa għall-esportazzjonijiet agrikoli tagħha fuq il-pajjiżi tal-AKP; tenfasizza l-ħtieġa li l-eżitu tar-Rawnd ta’ Doha jkun ta’ suċċess għall-iżvilupp; tenfasizza wkoll li d-dinja żviluppata għandha ssaħħaħ l-impenn tagħha biex tirriforma s-sussidji tal-biedja tagħha permezz ta’ ftehim dwar il-kummerċ dinji; tfakkar, f’dan ir-rigward, li kwalunkwe ftehim għandu jikkunsidra r-reġjuni klimatiċi u b’konsegwenza ta’ dan il-forom distinti tal-produzzjoni agrikola; tenfasizza li r-riżultati tar-Rawnd ta’ Doha għandhom jipprovdu lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw b’inċentiv biex jinvestu fil-produzzjoni agrikola u alimentari tagħhom;

4.

Tistieden lill-pajjiżi tal-AKP biex lill-azjendi agrikoli familjari jagħtuhom sehem sinifikanti mill-investimenti tas-settur bl-għan li tintlaħaq is-sigurtà tal-ikel;

5.

Tikkunsidra li huwa essenzjali li jingħata impetu ġdid lis-sħubija bejn l-AKP u l-UE billi jiġu nnegozjati ftehimiet ta’ sħubija ġusti u bilanċjati li huma mmirati lejn l-iżvilupp;

6.

Hija tal-opinjoni li, biex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sostenibilità tal-ikel, u biex niġġieldu l-faqar, id-drittijiet ekonomiċi u soċjali kollha, inkluż id-dritt għall-ikel, għandhom jiġu kkunsidrati fir-regoli u fil-ftehimiet internazzjonali tal-kummerċ;

7.

Jiddispjaċiha li, fl-2008, ħames snin wara d-Dikjarazzjoni ta’ Maputo li stabbilixxiet objettiv ġenerali li 10 % tal-baġits nazzjonali tal-Istati Membri tal-UA jiġi allokat għall-agrikoltura, 50 % tal-pajjiżi Afrikan nefqu inqas minn 5 % tal-baġits nazzjonali tagħhom fuq l-agrikoltura;

8.

Tenfasizza li d-diskussjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-10 FEŻ għandhom jikkunsidraw iktar il-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet f’termini ta’ produzzjoni agrikola li għandha l-għan li tiżgura s-sigurtà tal-ikel tagħhom, kif ukoll it-titjib u d-diversifikazzjoni tal-produzzjoni agrikola u l-ħolqien ta’ valur miżjud, biex b’hekk tgħin lill-pajjiżi tal-AKP joħorġu mill-mudell ta’ monokulturi tal-esportazzjoni;

9.

Titlob għall-implimentazzjoni tal-10 FEŻ biex jiġi inkluż programm ta’ żvilupp speċifiku tas-sigurtà tal-ikel għal kull pajjiż tal-AKP, u biex dak il-programm jinkludi miri ċari u ambizzjużi, kif ukoll għall-applikazzjoni ta’ miżuri konkreti fi żmien stipulat preċiż, b’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u mas-soċjetà ċivili;

10.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex fil-politika ta’ żvilupp tagħhom jikkunsidraw il-bżonnijiet għall-futur qarib u t-tfixkil li huma soġġetti għalih in-nisa u l-irġiel li jgħixu f’żoni rurali, biex b’mod partikolari jiġi garantit is-suċċess tal-programmi relatati mas-sigurtà tal-ikel;

11.

Tenfasizza li s-sigurtà tal-ikel għandha tiġi integrata fil-politiki tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jitjiebu d-disponibilità tal-ikel, l-aċċess għall-ikel u l-konsum tal-ikel billi jiġu stabbiliti strateġiji alimentari li għandhom l-għan li jtaffu l-faqar;

12.

Tħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tassisti lill-Programm Dinji tal-Ikel (WFP – World Food Programme) biex dan jiffaċċja l-isfidi l-ġodda fil-ġlieda kontra l-ġuħ kawża tal-prezzijiet tal-ikel u taż-żejt li dejjem qed jogħlew, tal-kambjamenti drastiċi fit-temp u kawża ta’ stokkijiet globali tal-ikel dejjem jonqsu;

13.

Titlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri tal-UE u lill-pajjiżi tal-AKP biex jikkoperaw mill-qrib flimkien biex jieħdu azzjoni konkreta biex tinstab soluzzjoni għall-ispekulazzjoni finanzjarja taż-żrieragħ u l-ikel;

14.

Titlob għar-rikonoxximent tal-importanza tar-riċerka, tas-servizzi ta’ estensjoni agrikoli u tar-rabtiet bejn il-bdiewa biex jintlaħqu l-objettivi tas-sigurtà tal-ikel;

15.

Tindika li huwa neċessarju li jiġu introdotti metodi aħjar ta’ produzzjoni agrikola, inklużi teknoloġiji li ma jiswewx ħafna flus, li tiġi provduta riċerka fl-agrikoltura, u li jissaħħaħ il-proporzjon produttività-effiċjenza fil-pajjiżi tal-AKP biex titjieb is-sostenibilità u jittaffew l-effetti negattivi tan-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel;

16.

Tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-AKP u tal-UE biex jimmoniterjaw iktar mill-qrib l-akkwisti fuq skala kbira ta’ artijiet li jistgħu jwasslu biex iż-żieda fil-prezzijiet tqaċċat ’il barra lill-bdiewa lokali u b’hekk tonqos l-abilità tagħhom li jipproduċu prodotti agrikoli lokali biex isostnu lilhom infushom u lill-popolazzjonijiet lokali;

17.

Tenfasizza l-importanza enormi tal-koperazzjoni bejn l-UE u l-AKP biex jitjiebu l-għarfien u l-kapaċitajiet tal-bdiewa, titlob, għalhekk, li jiġu provduti programmi ta’ taħriġ bl-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet tagħhom fil-metodi ta’ agrikoltura sostenibbli;

18.

Tenfasizza l-importanza li jiġu garantiti żrieragħ ta’ kwalità għall-produtturi kollha;

19.

Tistieden lill-pajjiżi tal-AKP biex juru inizjattiva permezz ta’ programmi ta’ politika agrikoli ambizzjużi, bħal pereżempju l-inizjattiva tar-ross f’Mali;

20.

Tistieden lill-pajjiżi tal-AKP biex jagħtu prijorità lis-settur tal-agrikoltura fil-pjanijiet ta’ żvilupp tagħhom u fil-Karti ta’ Strateġija Reġjonali u tal-Pajjiż, b’mod partikolari permezz ta’ investiment pubbliku mifrux fl-infrastruttura rurali,

21.

Tikkunsidra li l-koerenza politika għall-iżvilupp, b’mod partikolari bejn il-politiki dwar il-kummerċ, l-iżvilupp, l-agrikoltura u s-sajd, għandha tkun il-prinċipju ta’ gwida tal-koperazzjoni tal-UE għall-iżvilupp biex isir użu ikbar mill-Artikolu 12 tal-Ftehima ta’ Cotonou;

22.

Tenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi tal-UE u tal-AKP jiddisinjaw mekkaniżmu adegwat u flessibbli adattat għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza partikolari li jirriżultaw minn diżastri fis-settur agrikolu;

23.

Tilqa’ bi pjaċir l-assistenza tal-Faċilità tal-Ikel stabbilita mill-UE b’baġit ta’ biljun ewro biex mill-2009 sal-2011 tipprovdi għajnuna rapida lil aktar minn 50 pajjiż ta’ prijorità madwar id-dinja li qed jiffaċċjaw żidiet fil-prezzijiet tal-ikel, bl-għan li tiżdied il-kapaċità u l-provvista tal-produzzjoni tal-ikel lokali, biex b’hekk jissaħħu l-komunitajiet agrikoli lokali;

24.

Tistieden lill-gvernijiet tal-AKP biex jiżguraw li n-nisa f’żoni rurali jingħataw drittijiet kompluti u ugwali għall-art u riżorsi oħra, inkluż id-dritt akkwistat permezz tal-wirt, u li r-riformi amministrattivi u miżuri neċessarji oħra jittieħdu biex in-nisa jingħataw l-istess aċċess mogħti lill-irġiel għall-kreditu, kapital, drittijiet tax-xogħol, dokumenti ta’ identifikazzjoni legali, teknoloġiji adegwati u aċċess għas-swieq u għall-informazzjoni;

25.

Tinnota li l-Unjoni Ewropea fit-totalità tagħha, inklużi l-Istati Membri tagħha, tibqa’ d-donatur ewlieni ta’ għajnuna għall-iżvilupp, billi tikkontribwixxi għal 56 % tat-total dinji, li ammonta għal 49 biljun ewro fl-2009, ammont li huwa kkonfermat mill-wegħdiet kollettivi tal-gvernijiet tal-UE li jilħaq iż-0,56 % u ż-0,70 % tad-Dħul Gross Nazzjonali għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp sal-2010 u l-2015 rispettivament;

26.

Tistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea biex jissodisfaw l-impenji tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-Istati tal-AKP li huma l-inqas żviluppati u tal-Istati tal-AKP li jagħmlu profitt nett mill-importazzjoni tal-ikel, biex b’hekk dawn ikunu jistgħu jtaffu l-effetti negattivi li qed jesperjenzaw wara ż-żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tal-ikel, li iktar ma jgħaddi żmien iktar qed jaggravaw il-problemi tagħhom tal-bilanċ tal-pagamenti;

27.

Tikkunsidra li d-dejn estern ta’ pajjiżi fqar ifixkel il-possibilitajiet tagħhom għall-iżvilupp u jnaqqas ir-reżiljenza u l-kapaċità tagħhom li jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-faqar u l-ġuħ; għalhekk titlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-UE biex ikomplu bin-negozjati biex tinkiseb il-kanċellazzjoni tad-dejn għall-Pajjiżi bi Djun Kbar, li sal-lum għadha ma ġietx solvuta;

28.

Tilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-MDG ta’ miljun ewro min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, kif imħabbar mill-President tal-Kummissjoni fil-Laqgħa ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, biex jiġu ppremjati dawk il-pajjiżi li jkunu qed jagħmlu xogħol tajjeb u biex jingħata appoġġ lil dawk li jkunu l-iktar żvijati, u, filwaqt li tindirizza l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet tal-LDCs, tal-Istati li huma gżejjer żgħar li qegħdin jiżviluppaw (SIDS) u tal-Istati tal-AKP li jagħmlu profitt nett mill-importazzjoni tal-ikel, biex jiġu stabbiliti kriterji ta’ eliġibilità objettivi u trasparenti u biex jiġi żgurat li l-aċċess għal dawn ir-riżorsi jkun ibbażat fuq id-domanda; tistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra wkoll li tuża parti mill-biljun ewro allokat skont l-impenn tal-MDG biex tillieva riżorsi addizzjonali minn entitajiet privati li jikkorrispondu għall-flus allokati għal proġetti ta’ implimentazzjoni li jżidu l-produzzjoni tal-ikel għas-swieq lokali u reġjonali kif ukoll għall-iżvilupp u l-użu tal-bijoteknoloġija biex jintlaħqu dawn l-objettivi;

29.

Tikkunsidra li l-impatt kummerċjali tal-agrofjuwils tal-ġenerazzjoni li jmiss għandu jiġi analizzat iktar fid-dettall; għalhekk, tistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tadotta u timplimenta kriterji ta’ sostenibilità trasparenti b’urġenza u biex tikkunsidra l-effetti detrimentali possibbli tas-sussidji għall-prodotti agrikoli tal-agrofjuwils;

30.

Tappoġġja l-istabbiliment, fi ħdan il-koperazzjoni reġjonali tal-AKP u l-UE, ta’ mekkaniżmu adegwat għall-mitigazzjoni u l-adattazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-azjendi agrikoli familjari;

31.

Tinkoraġġixxi koordinazzjoni aħjar, b’mod partikolari fil-livell nazzjonali iżda wkoll fi ħdan il-komunità tal-iżvilupp internazzjonali, tal-isforzi li jsiru fil-kuntest tal-programmi agrikoli u s-sovrapożizzjoni ta’ programmi li jinħolqu fil-pajjiżi tal-AKP, li huma ta’ piż fuq ir-riżorsi umani u finanzjarji;

32.

Tenfasizza l-ħtieġa għal responsabilità finanzjarja, fil-livell nazzjonali u internazzjonali, tal-programmi agrikoli kollha li jirriżultaw mill-għajnuna Ewropea, biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tal-fondi allokati;

33.

Tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-AKP biex jiżviluppaw ġestjoni aktar sostenibbli tal-assi ambjentali bħal pereżempju l-laħam tal-annimali selvaġġi, u titlob iktar riċerka dwar il-produzzjoni sostenibbli tal-proteini fil-pajjiżi tal-AKP, bħala mezz biex titnaqqas id-dipendenza fuq is-sorsi, li qed jonqsu b’rata mgħaġġla, tal-proteini ta’ annimali selvaġġi;

34.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jagħmlu enfasi partikolari, matul in-negozjati attwali u futuri dwar it-tibdil fil-klima, fuq il-ħtieġa li tiżdied id-disponibilità tal-inputs agrikoli bħal pereżempju l-fertilizzanti, iż-żrieragħ u għodod oħra, biex jgħinu lill-bdiewa jistimulaw il-produzzjoni filwaqt li tiġi promossa l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma, u biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jipprovdu l-appoġġ meħtieġ għall-prattiki agrikoli li ma jagħmlux ħsara lill-klima;

35.

Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE, lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali tal-AKP u tal-Istati Membri tal-UE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.

RIŻOLUZZJONI (30)

dwar il-problema ta' sigurtà fir-reġjun Saħel-Saħara: it-terroriżmu u t-traffikar tad-drogi, tal-armi u tal-bnedmin

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

fil-laqgħa tagħha f'Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) bejn it-2 u l-4 ta' Diċembru 2010,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(2) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Bumbardamenti Terroristiċi, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-15 ta' Diċembru 1997 fi New York,

wara li kkunsidrat il-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Terroriżmu tal-Unjoni Afrikana, adottat f'Addis Ababa fit-8 ta' Lulju 2004 fit-tielet sessjoni ordinarja tal-Konferenza tal-Unjoni Afrikana,

wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 60/288 tat-8 ta' Settembru 2006 dwar l-Istrateġija Globali kontra t-Terroriżmu tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata lil hinn mill-Fruntieri Nazzjonali tal-15 ta' Novembru 2000, u l-protokolli tagħha,

wara li kkunsidrat il-Programm ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f'Armi Żgħar u Ħfief fl-Aspetti Kollha Tiegħu, adottat fi New York fl-20 ta' Lulju 2001,

wara li kkunsidrat il-Ftehima ta' Sħubija tal-AKP-UE (“il-Ftehima ta' Cotonou”), u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 8, 25 u 28 tagħha,

wara li kkunsidrat id-dispożizzjonijiet rilevanti addizzjonali tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 3, 6, 21 u 39, u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 205, 208, 214 u 222,

wara li kkunsidrat l-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea, adottata fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidrat l-Istrateġija tal-UE kontra t-Terroriżmu, adottata fi Brussell fit-30 ta' Novembru 2005,

wara li kkunsidrat is-Sħubija għall-Paċi u s-Sigurtà bejn l-Afrika u l-UE, b'mod partikolari l-inizjattivi 2, 7 u 8 tal-Pjan ta' Azzjoni 2011-2013, adottati fis-Samit tal-Afrika u l-UE li seħħ fi Tripoli bejn id-29 u t-30 ta' Novembru 2010,

wara li kkunsidrat il-Programm ta' Stokkolma (31), u l-enfasi tiegħu, f'punt 1.2.4, dwar koerenza akbar bejn l-elementi esterni u interni tal-kwistjonijiet ta' sigurtà u, f'punt 4.4.2, dwar approċċ komprensiv, inklużi r-relazzjonijiet esterni, biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Konferenza Iżlamika dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu Internazzjonali, approvata fis-26 sessjoni tal-Konferenza Iżlamika tal-Ministri Barranin li seħħet f'Ouagadougou mit-28 ta' Ġunju sal-1 ta' Lulju 1999,

wara li kkunsidrat l-eżempju stabbilit mil-liġijiet nazzjonali f'Mali u l-Mawritanja għall-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet permanenti għal din il-problema,

A.

billi kkunsidrat id-daqs tar-reġjun Saħel-Saħara u n-natura awstera tal-ambjent tiegħu,

B.

billi l-pajsaġġ tiegħu huwa kkaratterizzat minn kontorni magħmula minn muntanji u għerien li jinsabu tul il-meded vasti ta' duni, ramel u widien ġeblin (wadis),

C.

billi Mali, l-Alġerija, il-Mawritanja, in-Niġer, il-Libja u ċ-Ċad huma l-pajjiżi ewlenin li jmissu mal-istrixxa Saħel-Saħara,

D.

billi, minħabba l-medda ta' dan it-territorju li tammonta għal 4 miljun km kwadru, liema territorju m'għandux popolazzjoni densa, u t-tul tal-fruntieri tiegħu b'demarkazzjoni ambigwa, hemm il-ħtieġa ta' koordinazzjoni effettiva ta' informazzjoni u azzjoni u mezzi sofistikati ta' skoperta, protezzjoni u prevenzjoni,

E.

billi l-partijiet interessati internazzjonali, reġjonali u nazzjonali kollha għandhom jiġu mobilizzati għall-promozzjoni tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u għat-tisħiħ tas-sigurtà fir-reġjun, permezz ukoll tad-djalogu strutturat,

F.

billi l-ark tas-Saħel huwa żona strateġika bejn l-Afrika Sub-Saħarjana u l-Ewropa u billi s-sitwazzjoni fil-medda Saħel-Saħara hija għalhekk kwistjoni ewlenija ta' sigurtà kemm għall-Afrika kif ukoll għall-Ewropa,

G.

billi t-trasformazzjoni tal-medda Saħel-Saħara f'żona li tintuża għal attivitajiet illegali u perikolużi u forom ta' traffikar hija theddida għas-sigurtà globali dinjija,

H.

wara li kkunsidrat ir-reġjuni aridi sottożviluppati u l-impatt ta' dan fuq iż-żgħażagħ, li jispiċċaw qiegħda,

I.

billi, fl-isforzi tagħhom ta' reklutaġġ, it-terroristi jisfruttaw id-defiċit tal-iżvilupp, il-kundizzjonijiet mhux siguri, il-privazzjoni soċjali u l-prospetti fjakki ta' impjieg ta' ħafna żgħażagħ fir-reġjun mingħajr prospetti, billi joffrulhom pagi illegali iżda sostanzjali,

J.

wara li kkunsidrat l-impatt, li jagħmel ħsara, tat-terroriżmu u tal-kriminalità organizzata fuq l-Istati fir-reġjun u l-popolazzjonijiet lokali rispettivi tagħhom,

K.

wara li kkunsidrat ir-riperkussjonijiet serji tan-nuqqas ta' sigurtà fuq l-ekonomija tar-reġjun, b'mod partikolari is-setturi tal-minjieri u tat-turiżmu, fuq l-iżvilupp tiegħu u fuq il-ħolqien tal-impjiegi,

L.

billi r-reġjun żviluppa f'żona ta' tranżitu u tranżazzjoni għat-traffikanti tad-drogi, il-kummerċjanti tal-armi u t-traffikanti ta' migranti illegali fl-Ewropa,

M.

wara li kkunsidrat iż-żieda fin-nuqqas ta' sigurtà f'dan ir-reġjun, ikkawżata mill-fergħa tal-Al-Qaeda f'Magreb (AQMI), bil-ħtif u t-teħid min-naħa tagħha ta' ostaġġi, li issa qegħdin jintużaw bħala pedini,

N.

wara li kkunsidrat il-vjolazzjoni tal-ispazju tal-ajru ta' numru ta' pajjiżi fil-viċin minn negozjanti ta' prodotti illeċiti, inkluża l-kokaina,

O.

wara li kkunsidrat ir-riżorsi u l-possibilitajiet kbar li t-terroristi u t-traffikanti tad-drogi għandhom fir-rigward tal-pajjiżi mhedda,

P.

billi numru ta' pajjiżi esprimew ir-rieda tagħhom li jipprovdu lill-Istati li għandhom il-fruntiera tagħhom tmiss mas-Saħara bl-għajnuna meħtieġa biex jiffaċċjaw din is-sitwazzjoni,

Q.

billi n-nuqqas ta' sigurtà qed jagħmilha diffiċli li jiġu implimentati l-proġetti tal-iżvilupp u li jitwettaq ix-xogħol umanitarju tal-NGOs,

R.

wara li kkunsidrat it-tradizzjonijiet ta' tolleranza, solidarjetà u rispett għall-persuna umana li jaderixxi magħhom l-Iżlam, hekk kif inhuma prattikati fir-reġjun,

S.

wara li kkunsidrat il-krudeltà selvaġġa tal-eżekuzzjoni ta' ċittadini innoċenti,

T.

billi l-ħtif ta' persuni għal somom ta' flus ta' spiss huwa marbut mal-kriminalità organizzata iktar milli ma' ġlidiet ideoloġiċi jew reliġjużi,

U.

billi l-għażla militari tista' tkun effettiva biss jekk tkun sostnuta minn politika ta' żvilupp sostenibbli fir-reġjun Saħel-Saħara,

V.

billi l-istrumenti internazzjonali msemmijin hawn fuq jiffurmaw bażi għal koperazzjoni globali mtejba li hija riflessa wkoll fl-iżvilupp li jirrigwarda r-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi,

W.

billi ċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudji dwar it-Terroriżmu ddokumenta żieda drammatika fl-attakki terroristiċi fl-Afrika ta' Fuq u fl-Afrika tal-Lvant, li żdiedu b'iktar minn 500 % mill-11 ta' Settembru 2001 (32), billi dawn l-attakki qatlu 'l fuq minn 1 500 persuna u darbu 6 000;

X.

billi r-reġjun qed jesperjenza tisħiħ allarmanti tar-rabtiet bejn it-traffikanti tad-droga fl-Amerika Latina u fi Stati fl-Afrika tal-Punent/Ċentrali, u billi din tal-aħħar issa hija rotta ta' tranżitu ewlenija għat-trasport bil-baħar tad-droga lejn l-Ewropa, li tammonta għal aktar minn 25 % tal-konsum globali ta' kokaina; tenfasizza li dawn ix-xejriet jirrikjedu impenn akbar mill-Unjoni Ewropea,

Y.

billi fis-Saħel qed jiżdiedu r-rabtiet bejn, min-naħa l-waħda, il-kartelli tad-droga tal-Amerika Latina li għandhom ħafna riżorsi u huma ferm organizzati u, min-naħa l-oħra, l-organizzazzjonijiet terroristiċi, li qed ifittxu li jinvolvu lill-popolazzjoni lokali,

Z.

billi l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà tal-2003 ddikjarat li t-terroriżmu “jimponi theddida strateġika dejjem akbar għall-Ewropa kollha” u billi r-reġjun tas-Saħel-Saħara huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu,

AA.

billi huwa essenzjali li jiġu eliminati s-sorsi ta' finanzjament għat-traffikar illegali u għall-ħtif, u għal dan l-għan jeħtieġ li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jiġi evitat il-ħasil tal-flus,

1.

Tfakkar lill-vittmi tat-terroriżmu; tikkundanna bis-saħħa t-terroriżmu fil-forom u l-manifestazzjonijiet kollha tiegħu, u tappella għall-ħelsien inkondizzjonat tal-ostaġġi kollha;

2.

Tikkundanna bis-sħiħ is-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tmur għall-agħar fis-Saħel-Saħara, li swiet il-ħajja ta' bosta persuni u li qed thedded il-progress li sar f'dawn l-aħħar ftit snin biex jiġi miġġieled it-terroriżmu fir-reġjun;

3.

Tappella lin-Nazzjonijiet Uniti biex jiżviluppaw mill-aktar fis rispons aktar koordinat fis-Saħel, kif sostnut fl-Istqarrija Presidenzjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-10 ta' Lulju 2009 (S/PRST/2009/20) fir-rigward tal-ġlieda kontra l-attivitajiet kriminali u t-theddid terroristiku transkonfinali, b'mod partikolari fl-istrixxa tas-Saħel-Saħara, inkluża l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali kontra t-Terroriżmu fir-reġjun;

4.

Tenfasizza l-importanza li jiġu pprovduti assistenza, appoġġ u kura psikoloġika lill-persuna li tkun sfat vittma tat-terroriżmu u lill-familja tagħha;

5.

Tappoġġja t-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, tilqa' b'sodisfazzjon il-koordinazzoni min-naħa ta' xi pajjiżi, tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha fir-reġjun biex ikomplu jgħaqqdu flimkien l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu b'mod effettiv kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u tittama li l-iskambji ta' informazzjoni ma jiġux imfixkla mir-rivalitajiet reġjonali;

6.

Tappella lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tal-Kunsill tal-UE u lill-President tal-Kummissjoni tal-UA biex jiffaċilitaw samit tal-Kapijiet tal-Istat tal-Alġerija, il-Mali, in-Niġer, il-Mawritanja, il-Libja u ċ-Ċad bl-għan li tiġi stabbilita strateġija komuni għall-ġlieda kontra l-AQMI u biex jiġi żgurat kontroll konġunt fuq l-istrixxa tas-Saħel-Saħara fit-totalità tagħha;

7.

Tappella lill-Istati tar-reġjun tas-Saħel-Saħara biex jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi tagħhom ta' komunikazzjoni u ta' intelligence biex jiġu infurmati f'ħin reali dwar il-pożizzjoni tal-gruppi Salafisti;

8.

Tappella lill-komunità internazzjonali biex tappoġġja lill-pajjiżi tar-reġjun tas-Saħel-Saħara permezz ta' kapaċitajiet effettivi ta' sorveljanza fl-ajru u fuq l-art, u għal dan l-għan, tappella biex jingħatalhom it-taħriġ militari u l-appoġġ tekniku meħtieġa biex jiġu miġġielda tali terroristi;

9.

Tħeġġeġ lill-Istati tar-reġjun tas-Saħel-Saħara biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jidentifikaw lil dawk il-persuni li jkunu qed jaħdmu f'kollużjoni mal-AQMI u jarrestawhom;

10.

Tenfasizza l-ħtieġa li l-komunità internazzjonali u b'mod partikolari l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-membri tal-AKP, speċjalment il-membri tal-Komunità tal-Istati tas-Saħel-Saħara (CEN-SAD) jadottaw approċċ effiċjenti biex jiġġieldu l-vjolenza fir-reġjun tas-Saħel-Saħara;

11.

Tħeġġeġ lill-Kapijiet tal-Istat ikkonċernati biex jistabbilixxu forum indipendenti għal konsultazzjonijiet dwar il-paċi u s-sigurtà fir-reġjun u biex jagħmluh pilastru ta' stabilità u żvilupp; tirrakkomanda wkoll li jiġu identifikati b'mod ċar ir-rabtiet bejn is-sigurtà u l-iżvilupp biex tiġi massimizzata l-effiċjenza tal-programmi mwettqa;

12.

Tappella lill-awtoritajiet tal-pajjiżi ġirien biex jagħmlu kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-popolazzjonijiet lokali biex jinvolvuhom fil-ġestjoni tal-problema;

13.

Tappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimmobilitaw ir-riżorsi disponibbli kollha tagħhom biex jippromwovu s-sigurtà u l-iżvilupp fir-reġjun tas-Saħel-Saħara b'koperazzoni mal-pajjiżi tar-reġjun, in-Nazzjonijiet Uniti u msieħba internazzjonali oħra;

14.

Tappoġġja l-inizjattivi tal-ECOWAS u tas-sieħba internazzjonali tagħha għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin, kif ukoll kontra l-kriminalità organizzata fir-reġjun, permezz tal-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni reġjonali, speċjalment permezz tal-istabbiliment tal-kariga ta' Konsulent Speċjali dwar id-drogi, it-traffikar tal-bnedmin u l-kriminalità tal-President tal-Kummissjoni tal-ECOWAS;

15.

Tenfasizza li għandhom jittieħdu miżuri effettivi biex jinqatgħu s-sorsi ta' finanzjament tat-terroristi u l-kompliċi tagħhom, u tappella lill-Istati tar-reġjun biex jadottaw il-miżuri appoġġjati mill-Uffiċċju dwar id-Drogi u l-Kriminalità tan-Nazzjonijiet Uniti (UNODC - United Nations Office on Drugs and Crime), jiġifieri riforma tas-sistemi tal-ġustizzja kriminali, liġijiet kontra l-korruzzjoni, titjib tal-monitoraġġ tal-kummerċ ta' armi żgħar u l-iffriżar tal-kontijiet bankarji ta' persuni suspettati;

16.

Tilqa' l-pressjoni internazzjonali fuq l-Istati li jipprovdu appoġġ materjali u finanzjarju lil gruppi terroristi u timpenja ruħha li tagħmel pressjoni politika biex tittratta t-tkabbir esponenzjali tal-finanzjament ta' ċerti gruppi terroristi;

17.

Tikkundanna bis-sħiħ lill-kumpaniji u lill-organizzazzjonijiet li għalkemm teknikament mhumiex qed jiksru l-liġi, huma magħrufa sew li jipprovdu appoġġ lil organizzazzjonijiet terroristiċi;

18.

Tinkoraġġixxi l-appoġġ għaċ-Ċentru Afrikan ta' Studju u ta' Riċerka dwar it-Terroriżmu (ACSRT – African Centre for the Study and Research on Terrorism), li għandu l-mandat li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-inizjattivi kontra t-terroriżmu tal-Unjoni Afrikana, fil-ħidma tagħha biex tiżviluppa bażi ta' dejta kunfidenzjali li tkun tinkludi l-ismijiet tat-terroristi suspettati u x-xejriet fl-attività terroristika;

19.

Tilqa' l-fatt li l-użu tal-fondi mill-“istrument għall-istabilità” tal-UE ġie estiż għar-reġjun tas-Saħel-Saħara;

20.

Tappoġġja l-bini tal-kapaċitajiet permezz ta' qafas multilaterali bħan-Nazzjonijiet Uniti;

21.

Tappella biex il-miżuri kollha meħuda biex jiġi miġġieled it-terroriżmu jkunu konformi mal-konvenzjonijiet u l-protokolli internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

22.

Tinsisti fuq il-ħtieġa ta' rikonċiljazzjoni tal-ġlieda kontra l-gruppi terroristiċi u l-iżvilupp tar-reġjun;

23.

Tappella lill-Unjoni Ewropea, fil-kuntest tal-Programmi Indikattivi Reġjonali (RIP) u tal-Programmi Indikattivi Nazzjonali (NIP) biex iżżid l-azzjoni tagħha ta' appoġġ tal-popolazzjonijiet tar-reġjun billi tagħti l-għajnuna tagħha biex jiġi pprovdut lilhom aċċess aħjar għall-ilma u għas-servizzi tal-edukazzjoni u s-saħħa pubbliċi, kif ukoll infrastruttura aħjar biex jinfetħu negozji u attivitajiet kummerċjali fir-reġjun;

24.

Tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi jikkontribwixxu sostanzjalment għall-iżvilupp, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u li jkun utli li dawn jiġu kkonsultati biex tinkiseb informazzjoni siewja dwar is-sitwazzjoni fuq il-post; tenfasizza li l-miżuri ripressivi kontra t-terroriżmu m'għandhomx jitħallew jkunu ta' ostaklu għall-isforzi ta' tali organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-iżvilupp, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

25.

Tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-Saħel huwa wieħed mir-reġjuni l-aktar milquta mit-tibdil fil-klima u mit-telf tal-bijodiversità li għandhom impatt kbir fuq l-agrikoltura u fuq il-ħajja tal-bdiewa u tal-persuni tal-lokal, u li dan se jżid il-faqar u l-inugwaljanzi;

26.

Tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja miżuri biex titreġġa' lura d-deżertifikazzjoni gradwali ta' dan ir-reġjun, inkluż permezz tar-riċerka u tal-għarfien lokali f'dan il-qasam;

27.

Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-President tal-Kunsill tal-UE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun tas-Saħel-Saħara.

DIKJARAZZJONI

dwar it-tħabbir tar-riżultati tat-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali li saret fit-28 ta’ Novembru 2010 fil-Côte d’Ivoire

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

wara li ltaqgħet f’Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) bejn it-2 u l-4 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidrat id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi elettorali tal-Côte d’Ivoire,

wara li kkunsidrat il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-partiti, tal-gruppi u l-forzi politiċi u tal-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet fil-Côte d’Ivoire,

wara li kkunsidrat il-periklu li kwalunkwe tfixkil fil-proċess elettorali jista’ joħloq għall-bilanċ politiku u soċjali li ntlaħaq b’diffikultà fil-Côte d’Ivoire u għall-istabilità fis-subreġjun fit-totalità tiegħu,

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet preliminari tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari, l-Unjoni Afrikana, il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS - Economic Community of West African States) u l-Unjoni Ewropea, fejn instab li t-tieni rawnd tal-elezzjonijiet presidenzjali kien sar b’mod liberu u demokratiku,

1.

Tikkundanna l-konflitti vjolenti li nqalgħu f’xi partijiet tal-pajjiż waqt l-istennija tat-tħabbir tar-riżultati provviżorji, liema konflitti wasslu għal diversi mwiet;

2.

Jiddispjaċiha li l-ostakli fl-operat tajjeb tal-Kummissjoni Elettorali Indipendenti tal-Côte d’Ivoire ma ppermettewlhiex tħabbar ir-riżultati provviżorji tat-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali sal-iskadenzi stipulati fil-kodiċi elettorali;

3.

Tħeġġeġ lill-partijiet kollha kkonċernati biex jeżerċitaw trażżin massimu wara t-tħabbir tar-riżultati finali mill-Kunsill Kostituzzjonali tal-Côte d’Ivoire u biex jużaw il-mezzi legali xierqa għal kwalunkwe ilmenti;

4.

Tfakkar lill-Kunsill Kostituzzjonali li d-deċiżjonijiet kollha għandhom jittieħdu fuq bażi oġġettiva, b’sens kbir ta’ dover u responsabilità lejn il-poplu tal-Côte d’Ivoire;

5.

Tikkundanna d-deċiżjoni tal-Kunsill Kostituzzjonali li jinvalida r-riżultati provviżorji ppubblikati mill-Kummissjoni Elettorali Indipendenti tal-Côte d’Ivoire, mingħajr ma l-ewwel segwa l-proċedura stipulata fil-kodiċi elettorali;

6.

Tirrifjuta li tirrikonoxxi r-riżultati mħabbra mill-Kunsill Kostituzzjonali, billi tqis li jmorru kontra r-rieda espressa mill-poplu Ivorjan fil-vot tiegħu.


(1)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-4 ta’ Diċembru 2010 f’Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

(2)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 96.

(3)  ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 85

(4)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-4 ta’ Diċembru 2010 f'Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

(5)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 25

(6)  ĠU C 193, 16.07.2010, p. 20.

(7)  Ftehima ta’ Kopenħagen.

(8)  Qed jintuża biss 7 % tal-potenzjal idroloġiku u 1 % tal-potenzjal ġeotermali.

(9)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-4 ta’ Diċembru 2010 f'Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

(10)  ĠU C 271, 25.10. 2008, p. 32.

(11)  FAO, The State of Food Insecurity in the World: Addressing food security in protracted crises, 2010.

(12)  Rendikont tal-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp, UNDP, UNFPA, UNICEF (koordinatur) u WFP, Jannar 2010.

(13)  Progress għat-tfal – Niksbu l-MDGs b'mod ġust - UNICEF, Settembru 2010.

(14)  Progress għat-tfal – Niksbu l-MDGs b'mod ġust - UNICEF, Settembru 2010.

(15)  Id-Dokument tal-Politika tal-UNESCO dwar l-Inklużjoni ta’ Tfal b'Diżabilità minn Kmieni: L-Importanza tal-Inklużjoni minn Kmieni tat-Tfal Nru 46/April-Ġunju 2009.

(16)  UNICEF, Progress għat-tfal – Niksbu l-MDGs b'mod Ġust, Numru 9, Settembru 2010.

(17)  Rendikont tal-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp, UNDP, UNFPA, UNICEF (koordinatur) u WFP, Jannar 2010.

(18)  Dikjarazzjoni konġunta tal-5.10.2010 mid-Direttur Ġenerali Irina Bokova tal-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-NU (UNESCO), l-Amministratur Helen Clark tal-Programm tal-Iżvilupp tan-NU (UNDP), id-Direttur Eżekuttiv Anthony Lake tal-Fond għat-Tfal tan-NU (UNICEF) u tad-Direttur Ġenerali Juan Somavia tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO).

(19)  Progress għat-tfal – Niksbu l-MDGs b'mod ġust - UNICEF, Settembru 2010.

(20)  UNICEF, Progress għat-tfal – Niksbu l-MDGs b'mod ġust, Numru 9, Settembru 2010.

(21)  Naċċeleraw l-azzjoni kontra t-Tħaddim tat-Tfal, ILO, 2010

(22)  COM(2010)159.

(23)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-4 ta’ Diċembru 2010 f’Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

(24)  ĠU C 271, 25.10. 2008, p. 32.

(25)  ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 201.

(26)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 10.

(27)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 69.

(28)  Testi adottati f’dik id-data, P7_TA(2010)0174.

(29)  ĠU C 58, 1.3.2008, p. 44.

(30)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-4 ta' Diċembru 2010 f'Kinxasa (fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

(31)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(32)  http://www.potomacinstitute.org/attachments/525_Maghreb%20Terrorism%20report.pdf


Top