EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/078/07

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5091 — Tech Data/Scribona) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ C 78, 29.3.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 78/12


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5091 — Tech Data/Scribona)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 78/07)

1.

Fid-19 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Tech Data AB (L-Isveżja), Tech Data Norge (In-Norveġja) u Tech Data Finland Oy (Il-Finlandja), sussidjarji li huma proprjetà ta' Tech Data Corporation (L-Istati Uniti ta' l-Amerika, kollettivament “Tech Data”) akkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' partijiet mill-impriża Scribona AB (publ) (“Scribona”, l-Isvezja), permezz ta' xiri ta' assi.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal Tech Data: id-distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-IT u servizzi relatati fl-Ameriki u fl-Ewropa, li jinkludu l-pajjiżi Nordiċi,

għal Scribona: id-distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-IT fl-Iżvezja, fin-Norveġja u fil-Finlandja,

3.

Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5091 — Tech Data/Scribona, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top