EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/247/48

Kawża T-60/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Settembru 2007 — UFEX et vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Abbuż ta' pożizzjoni dominanti — Suq tal-posta bil- Courier internazzjonali rapida — Deċiżjoni ta' ċaħda ta' lment — Annullament tad-Deċiżjoni ta' ċaħda mill-qorti Komunitajra — Eżami u ċaħda mill-ġdid ta' l-ilment — Impriża pubblika )

ĠU C 247, 20.10.2007, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — UFEX et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-60/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Abbuż ta' pożizzjoni dominanti - Suq tal-posta bil-Courier internazzjonali rapida - Deċiżjoni ta' ċaħda ta' lment - Annullament tad-Deċiżjoni ta' ċaħda mill-qorti Komunitajra - Eżami u ċaħda mill-ġdid ta' l-ilment - Impriża pubblika’)

(2007/C 247/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union française de l'express (UFEX) (Roissy-en-France, Franza); DHL Express (Franza) SAS, li qabel kienet DHL International SA (Roissy-en-France); Federal express international (Franza) SNC (Gennevilliers, Franza); u CRIE SA (Asnières, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u J. Derenne, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet u O. Beynet, u wara A. Bouquet u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe (2004) D/205294 tad-19 ta' Novembru 2004, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-posta Franċiża u l-Gvern Franċiż, dwar is-suq Franċiż tal-posta bil-Courier internazzjonali rapida.

Dispożittiv

1)

CRIE SA hija mħassra mil-lista ta' rikorrenti.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

L-Union française de l'express (UFEX), DHL Express (Franza) SAS, u Federal express international (Franza) SNC għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom stess, tliet kwarti ta' l-ispejjeż ta' Chronopost SA u ta' La Poste. Chronopost u La Poste għandhom ibatu kwart ta' l-ispejjeż tagħhom stess. CRIE għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, kwart ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti ta' l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 93 tas-16.4.2005.


Top