EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0155

Kawża T-155/16: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2016 – CFA Institute vs EUIPO – Bloss u Oħrajn (CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE)

ĠU C 211, 13.6.2016, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/59


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2016 – CFA Institute vs EUIPO – Bloss u Oħrajn (CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE)

(Kawża T-155/16)

(2016/C 211/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Rohlfing u G. Engels, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Michael Bloss (Nürtingen, il-Ġermanja), Dietmar Ernst (Nürtingen), Joachim Häcker (Nürtingen)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 569 765

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21/1/2016 fil-Każ R 454/2015-2

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni ppreżentata mir-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nruo9 569 765 mitluba mill-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, jew;

fil-każ li l-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jintervjenu fil-kawża, tikkundannhom għall-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti kemm fil-proċeduri tal-appell quddiem l-EUIPO kif ukoll fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top