EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0153

Kawża T-153/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – Hamcho u Hamcho International vs Il-Kunsill

ĠU C 190, 8.6.2015, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/22


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – Hamcho u Hamcho International vs Il-Kunsill

(Kawża T-153/15)

(2015/C 190/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mohamad Hamcho (Damasku, is-Sirja) u Hamcho International (Damasku) (rappreżentanti: A. Boesch, D. Amaudruz u M. Ponsard, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tordna li jiġi prodott il-proċess tal-Kawża T-43/12;

tirriżerva lir-rikorrenti d-dritt ta’ replika u, f’din l-okkażjoni, li jipproduċu dokumenti ġodda u jħarrku xhieda;

tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti:

ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108 tas-26 ta’ Jannar 2015;

id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117 tas-26 ta’ Jannar 2015;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, il-partijiet jinvokaw żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-653/11, Jaber vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2012, C 58, p. 12.


Top