EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0063

Kawża T-63/13: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Frar 2013 — Three-N-Products Private vs UASI — Munindra Holding (AYUR)

ĠU C 101, 6.4.2013, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/24


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2013 — Three-N-Products Private vs UASI — Munindra Holding (AYUR)

(Kawża T-63/13)

2013/C 101/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentanti: M. Thewes u T. Chevrier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Munindra Holding BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni R 2296/2011-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Novembru 2012;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata għal dak li jirrigwarda s-“servizzi ta’ pariri fil-qasam tar-rimedji abbażi ta’ ħxejjex, tan-nutrizzjoni, tas-saħħa u ta’ kura estetika”, fil-klassi 44;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u għal dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “AYUR”, għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 16 u 44 — Trade mark Komunitarja Nru 5 429 469

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Munindra Holding BV

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali rreġistrata fil-Benelux “AYUS” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 29, 30 u 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top