EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0537

Kawża T-537/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Roeckl Sporthandschuhe vs EUIPO – Roeckl Handschuhe & Accessoires (Rappreżentazzjoni ta’ id) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

OJ C 427, 26.11.2018, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/65


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Roeckl Sporthandschuhe vs EUIPO – Roeckl Handschuhe & Accessoires (Rappreżentazzjoni ta’ id)

(Kawża T-537/13) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2018/C 427/86)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Baumann, C. Straßberger u F. Römisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, J. Springer, A. Wagner u S. Brandstätter, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1866/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roeckl Sporthandschuhe u Roeckl Handschuhe & Accessoires.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG u Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG huma kkundannati ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


Top