EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0048

Kawża T-48/12: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Frar 2012 — Euroscript — Polska vs Il-Parlament

ĠU C 109, 14.4.2012, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/19


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2012 — Euroscript — Polska vs Il-Parlament

(Kawża T-48/12)

2012/C 109/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euroscript — Polska Sp. z o.o. (Kraków, Polonja) (rappreżentant: J. F. Steichen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

primarjament tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Settembru 2011;

sussidjarjament tannulla s-sejħa għal offerti Nru PL/2011/EP;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tar-rikors;

tirriżerva favur ir-rikorrenti dawk id-drittijiet, il-motivi u l-azzjonijiet l-oħra kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter billi l-Parlament Ewropew naqas milli jikkomunika jew, rispettivament, ikkomunika tard l-informazzjoni mitluba mir-rikorrenti wara l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (1)

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli u tal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea, fosthom ir-Regolament Finanzjarju (2) u r-regolament ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (3), billi fil-mument li l-offerent magħżul talab rievalwazzjoni tal-offerta tiegħu, iż-żmien kien diġa skada u peress li l-Parlament Ewropew ma setax imur lura mid-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kuntratt lir-rikorrenti sakemm ma jissospendix jew jannulla s-sejħa għal offerti.


(1)  ĠU 2011/S 56-090361.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).


Top