EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0227

Kawża C-227/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 16 ta’ Mejju 2011 — DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat

ĠU C 226, 30.7.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Mejju 2011 — DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat

(Kawża C-227/11)

2011/C 226/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat

Domandi preliminari

(1)

L-analizzaturi ta’ netwerk attivi [tat-tip J6801B] għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 9030 40 jew taħt l-intestatura 9031 80?

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 129/2005 (1), tal-20 ta’ Jannar 2005, huwa invalidu, sa fejn f’dan ir-regolament il-Kummissjoni, żbaljatament, ikklassifikat l-analizzaturi ta’ netwerk imsemmija fil-punti 3 u 4 taħt l-intestatura 9031 80 39 minflok ma kklasifikathom taħt l-intestatura 9030 40?


(1)  Dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 955/98 (ĠU 2008 L 348M, p. 49).


Top