EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0171
Case C-171/11: Reference for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 11 April 2011 — Fra.bo S.p.A. v Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches e.V. (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein
Kawża C-171/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil- 11 ta’ April 2011 — FRA.BO SpA vs Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches e.V. (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein
Kawża C-171/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil- 11 ta’ April 2011 — FRA.BO SpA vs Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches e.V. (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein
OJ C 226, 30.7.2011, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-11 ta’ April 2011 — FRA.BO SpA vs Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches e.V. (DVGW) — Technisch-Wissenschaft licher Verein
(Kawża C-171/11)
2011/C 226/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fra.bo S.p.A
Konvenuta: Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches e.V. (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein
Parti oħra: DVGW-Cert GmbH
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 28 KE (li sar l-Artikolu 34 TFUE), jekk meħtieġ, flimkien mal-Artikolu 86(2) KE (Artikolu 106(2) TFUE), għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jiġu stabbiliti regoli tekniċi, kif ukoll matul il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni, korpi rregolati mid-dritt privat maħluqa sabiex jistabbilixxu regoli tekniċi f’qasam speċifiku, kif ukoll sabiex jiċċertifikaw prodotti skont dawn ir-regoli, huma mistennija jirrispettaw dawn id-dispożizzjonijiet jekk il-leġiżlatur nazzjonali espressament jikkunsidra l-prodotti ċċertifikati bħala konformi mal-liġi, li għall-inqas, għandu l-effett li jostakola kunsiderevolment il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li ma humiex ċċertifikati? |
(2) |
Jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 81 KE (Artikolu 101 TFUE) għandu jiġi interpretat fis-sens li n-negozju ta’ korp rregolat mid-dritt privat fil-qasam tal-istabbiliment ta’ regoli tekniċi u taċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti skont dawn ir-regoli tekniċi, deskritt f’iktar dettall fil-paragrafu 1, għandu jiġi kkunsidrat bħala “ekonomiku” meta l-korp huwa kkontrollat minn impriżi? Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel parti ta’ din id-domanda: L-Artikolu 81 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istabbiliment ta’ regoli tekniċi u ċ-ċertifikazzjoni skont dawn ir-regoli minn assoċjazzjoni ta’ impriżi hija ta’ natura li tostakola l-iskambji bejn l-Istati Membri meta prodott iffabbrikat skont il-liġi u kkumerċjalizzat fi Stat Membru ieħor ma jistax jiġi kkummerċjalizzat jew li l-kummerċjalizzazzjoni tiegħu hija ostakolata kunsiderevolment fl-Istat Membru ta’ importazzjoni minħabba li ma jissodisfax ir-rekwiżit tar-regola teknika u billi huwa prattikament impossibbli li jiġi kkummerċjalizzat mingħajr tali ċertifikat fid-dawl tal-predominanza tar-regola teknika fis-suq u ta’ dispożizzjoni tal-leġiżlatur nazzjonali li tipprovdi li ċertifikat tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi għandha tindika osservanza tar-rekwiżiti legali u meta r-regola teknika, jekk din tkun ġiet stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali, tkun inapplikabbli minħabba ksur tal-prinċipji tal-moviment liberu tal-merkanzija? |