EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0352

Kawża C-352/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo fit- 13 ta’ Lulju 2010 — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo fit-13 ta’ Lulju 2010 — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E

(Kawża C-352/10)

()

(2010/C 288/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Angel Lorenzo González Alonso

Konvenuti: Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E.

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju (1) għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv fis-sens li ma japplikax għal kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju u li joffri assigurazzjoni fuq il-ħajja inkambju għal ħlas ta’ kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 372, Vol. 1, p. 262


Top