EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 62010CN0158

Kawża C-158/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjizi l-Baxxi) fis- 6 ta’ April 2010 — Johan van Leendert Holding BV vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

ĠU C 161, 19.6.2010, S. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjizi l-Baxxi) fis-6 ta’ April 2010 — Johan van Leendert Holding BV vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

(Kawża C-158/10)

(2010/C 161/33)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Johan van Leendert Holding BV.

Konvenut: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid.

Domandi preliminari

L-Artikoli 56 u 57 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2 tal-Wet arbeid vreemdelingen moqri flimkien mal-ewwel parti tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(1)(ċ) tad-digriet li jeżegwixxi din il-liġi, li teżiġi l-ħruġ ta’ permess ta’ impjieg għall-kollokament ta’ ħaddiema fis-sens tal-ewwel parti tal-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 96/71/KE (1)?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431)


nach oben