EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0414

Kawża T-414/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Ottubru 2009 — Henkel vs UASI — JLO Holding (LIVE)

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2009 — Henkel vs UASI — JLO Holding (LIVE)

(Kawża T-414/09)

2009/C 312/59

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Milbradt, avukata),

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: JLO Holding Company LLC (Santa Monica, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Lulju 2009 (Każ R 609/2008-1), sa fejn it-trade mark Komunitarja Nru 984 245 (“LIVE”) ġiet iddikjarata bħala rrevokata għall-prodotti: spapen, fwejjaħ, kożmetiċi;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “LIVE” għal prodotti fil-klassi 3 (Trade mark Komunitarja Nru 984 245)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: JLO Holding Company, LLC

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment u t-trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), għaliex ġie stabbilit użu ġenwin tat-trade mark inkwistjoni f’din il-kawża anki għall-kategoriji ta’ prodotti: spapen, fwejjaħ, kożmetiċi


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top