EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0398

Kawża C-398/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tas- 6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Østre Landsret — Danimarka) — Lady & Kid A/S, Direct Nyt ApS, A/S Harald Nyborg Isenkram- og Sportsforretning, KID-Holding A/S vs Skatteministeriet (Nuqqas ta’ rimbors ta’ taxxa indebitament imħallsa — Arrikkiment indebitu minħabba r-rabta li teżisti bejn l-introduzzjoni ta’ din it-taxxa u t-tneħħija ta’ taxxi oħra)

OJ C 311, 22.10.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tas-6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Østre Landsret — Danimarka) — Lady & Kid A/S, Direct Nyt ApS, A/S Harald Nyborg Isenkram- og Sportsforretning, KID-Holding A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-398/09) (1)

(Nuqqas ta’ rimbors ta’ taxxa indebitament imħallsa - Arrikkiment indebitu minħabba r-rabta li teżisti bejn l-introduzzjoni ta’ din it-taxxa u t-tneħħija ta’ taxxi oħra)

2011/C 311/08

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:Lady & Kid A/S, Direct Nyt ApS, A/S Harald Nyborg Isenkram- og Sportsforretning, KID-Holding A/S

Konvenuta:Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Østre Landsret — Interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-192/95, Comateb et, u tal-prinċipji tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-irkupru ta’ pagament mhux dovut — Rifjut ta’ rimbors ta’ taxxa nazzjonali meqjusa inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, minħabba l-arrikkament indebitu dovut għar-rabta diretta bejn l-introduzzjoni tat-taxxa illegali u t-tneħħija ta’ taxxi oħra miġbura fuq bażi oħra — Nuqqas ta’ rimbors li għandu bħala effett li jiġu żvantaġġati l-operaturi importaturi ta’ prodotti meta mqabbla mal-operaturi xerrejja ta’ prodotti simili nazzjonali minħabba l-ħlas proporzjonalment ogħla tat-taxxa illegali min-naħa tal-ewwel meta mqabbla ma’ tal-aħħar.

Dispożittiv

Ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar l-irkupru ta’ pagament mhux dovut għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irkupru ta’ pagament mhux dovut jista’ jagħti lok għal arrikkiment indebitu biss fil-każ meta l-ammonti indebitament imħallsa minn individwu skont taxxa miġbura fi Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni ġew ittrasferiti direttament fuq ix-xerrej. Konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi lil Stat Membru milli jirrifjuta r-rimbors ta’ taxxa illegali minħabba li l-ammonti indebitament mħallsa mill-individwu ġew paċuti minn tfaddil li jirriżulta mit-tneħħija konkomitanti ta’ ġbir ieħor, peress li tali tpaċija ma tistax titqies, mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, bħala arrikkiment indebitu fir-rigward ta’ din it-taxxa.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


Top