EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0561

Kawżi magħquda C-561/08 P u C-4/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 23 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Gerasimos Potamianos (C-561/08 P), Gerasimos Potamianos vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (C-4/09 P) (Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal perijodu determinat — Att li jikkawża preġudizzju)

ĠU C 51, 27.2.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Gerasimos Potamianos (C-561/08 P), Gerasimos Potamianos vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (C-4/09 P)

(Kawżi magħquda C-561/08 P u C-4/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal perijodu determinat - Att li jikkawża preġudizzju)

2010/C 51/23

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Curral u D. Martin, aġenti) (C-561/08 P), Gerasimos Potamianos (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat) (C-4/09 P)

Appellati: Gerasimos Potamianos (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat) (C-4/09 P), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Curral u D. Martin, aġenti) (C-561/08 P)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008, Potamianos vs Il-Kummissjoni (T-160/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat bħala ammissibbli r-rikors ippreżentat minn G. Potamianos kontra n-notifika, min-naħa tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Riċerka”, tal-informazzjoni li skontha l-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju ma kienx ser jiġi mġedded lil hinn mid-data ta’ skadenza tiegħu — Kunċett ta’ “att li jikkawża preġudizzju” — Differenza bejn l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, u tal-Qorti tal-Prim’Istanza u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009

ĠU C 82, 04.04.2009


Top