IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.10.2023
COM(2023) 653 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport tal-2023 dwar il-Progress tal-Azzjoni Klimatika fl-UE
{SWD(2023) 338 final} - {SWD(2023) 339 final}
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023DC0653
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL EU Climate Action Progress Report 2023
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Rapport tal-2023 dwar il-Progress tal-Azzjoni Klimatika fl-UE
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Rapport tal-2023 dwar il-Progress tal-Azzjoni Klimatika fl-UE
COM/2023/653 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.10.2023
COM(2023) 653 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport tal-2023 dwar il-Progress tal-Azzjoni Klimatika fl-UE
{SWD(2023) 338 final} - {SWD(2023) 339 final}
1IX-XEJRIET TAL-EMISSJONIJIET U L-PROGRESS FL-AZZJONI KLIMATIKA
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-impenji internazzjonali tal-UE
F’Marzu 2023, il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) ikkonferma li t-tisħin globali, ikkawżat minn emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra (GHG) qed iżid il-frekwenza u s-severità tal-estremitajiet klimatiċi u tat-temp, u dan iwassal għal impatti mifruxa u negattivi fuq in-nies u n-natura madwar id-dinja. Kull żieda fit-tisħin se tintensifika l-impatti, u hija meħtieġa azzjoni urġenti globali dwar il-klima biex nillimitaw it-tisħin globali u biex nadattaw għall-impatti tiegħu. L-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra jeħtieġ li jonqsu bi 43 % sal-2030 u b’84 % sal-2050 taħt il-livelli tal-2019, filwaqt li fis-snin bikrija tal-2050 l-elfejn u ħamsinijiet iridu jinkisbu emissjonijiet globali żero netti ta’ CO2 jekk irridu nillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5oC mingħajr qbiż jew bi qbiż limitat. It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandu ħafna kobenefiċċji, inkluż għall-kwalità tal-arja, għas-saħħa, għall-bijodiversità u għas-sigurtà tal-enerġija. 1
L-Ewropa ilha mis-snin 80 tesperjenza tisħin id-doppju tal-medja globali, b’impatti estensivi fuq in-nisġa soċjoekonomika u l-ekosistemi tar-reġjun. 2 Fis-sena 2022 seħħew aktar impatti devastanti assoċjati ma’ klima li qed tisħon, u l-avvenimenti ta’ temp estrem qed isiru dejjem aktar komuni. Il-mewġiet tas-sħana tar-rebbiegħa u tas-sajf li waslu tard, b’temperaturi rekord f’ħafna postijiet, irriżultaw f’għadd rekord ta’ jiem bi stress termiku qawwi ħafna, li wassal għal aktar minn 61 000 mewta żejda madwar l-Ewropa. 3 Il-kundizzjonijiet sħan u xotti tar-rebbiegħa u tas-sajf, li wasslu għal nixfa fil-biċċa l-kbira tal-Ewropa, u intensifikaw bosta nirien kbar, ġew segwiti minn preċipitazzjoni qawwija u għargħar qawwi fil-ħarifa, li kkawżaw għexieren ta’ fatalitajiet 4 . B’mod kumplessiv, is-sajf 2022 kien l-aktar sajf sħun li qatt ġie rreġistrat fl-Ewropa 5 . Fl-2023, it-temperaturi komplew jilħqu livell rekord, u dan ikkonferma l-pass straordinarju tat-tibdil fil-klima. Lulju kien l-aktar xahar sħun irreġistrat u t-temperaturi globali kienu 1,5 oC aktar sħan mill-medja tal-perjodu preindustrijali. It-temperaturi dejjem jiżdiedu u l-frekwenza dejjem akbar ta’ avvenimenti estremi kkontribwew għal bosta nirien mhux ikkontrollati, u sal-aħħar ta’ Lulju 2023, dawn kienu affettwaw aktar minn 182 000 ettaru madwar l-UE, 40 % ogħla mill-medja bejn l-2003 u l-2022, 6 filwaqt li għargħar bla preċedent affettwa partijiet mill-Ewropa 7 .
Fl-2022, l-emissjonijiet globali reġgħu lura għax-xejra tagħhom ta’ żieda ta’ qabel il-pandemija, u laħqu 53,8 biljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (CO2-eq), ferm ogħla mill-emissjonijiet tal-2019. Id-data preliminari tal-JRC 8 turi li l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra żdiedu b’1,4 % fl-2022 meta mqabbla mal-livelli tal-2021, abbażi ta’ tkabbir ta’ 3,4 % tal-PDG globali matul l-istess perjodu, hekk kif l-ekonomija globali kompliet tirpilja mill-pandemija. It-trasport kien l-ixprunatur ewlieni taż-żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (+4,7 %, jew 361 MtCO2-eq), għalkemm għadhom taħt il-livell ta’ qabel il-pandemija, segwit mill-produzzjoni tal-fjuwil 9 (+2,6 %, jew 157 MtCO2-eq) u l-enerġija (+0,9 %, jew 136 MtCO2-eq). Fost l-akbar emittenti, l-aktar żidiet sinifikanti kienu fl-Indoneżja (+10 %, jew 113 MtCO2-eq) u fl-Indja (+5 %, jew 189 MtCO2-eq), filwaqt li ċ-Ċina wriet żieda limitata (+0,3 %, jew 52 MtCO2-eq).
Fl-UE, id-data proviżorja 10 għall-2022 turi li l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra (minbarra l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art, u l-forestrija, u l-avjazzjoni internazzjonali) naqsu bi 2,4 % meta mqabbla mal-2021, u komplew ix-xejra ta’ tnaqqis ta’ 30 sena, filwaqt li fis-sena 2022 il-PDG tal-UE żdied bi 3,5 % (Illustrazzjoni 1.a). L-emissjonijiet koperti mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) naqsu b’0,2 % u l-emissjonijiet mhux tal-ETS naqsu bi 2,9 %.
Illustrazzjoni 1: L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-UE (minbarra l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija) u skont is-settur 11
Illustrazzjoni 1.a |
Illustrazzjoni 1.b |
|
|
Avvenimenti eċċezzjonali bejn l-aħħar 3 u 4 snin għamlu l-valutazzjoni tax-xejriet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra aktar kumplessa u għad għandhom impatt fuq l-emissjonijiet tal-2022. Għal aktar ċarezza, dan ir-rapport jivvaluta għalhekk il-bidla minn sena għal sena fl-emissjonijiet u jqabbel mal-livell ta’ qabel il-pandemija. Il-lockdowns u r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 wasslu għal tnaqqis bla preċedent iżda temporanju fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ 8 % fl-2020. Fl-2021, l-irkupru ekonomiku affettwa r-reġjuni u s-setturi b’mod differenti. Xi setturi, bħas-settur tat-trasport u l-emissjonijiet relatati mal-ivvjaġġar, irkupraw għalkollox fl-2022. Il-kriżi tal-enerġija li bdiet fl-2021 kompliet fl-2022, aggravata mill-invażjoni mhux ipprovokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna mir-Russja, li wasslet biex il-prezzijiet tal-enerġija jirreġistraw l-ogħla livelli, b’mod partikolari l-prezzijiet tal-gass. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-livell tal-produzzjoni tal-enerġija nukleari 12 u idroelettrika baxxa 13 wassal għal żieda fl-użu tal-faħam u tal-linjite għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, ’il fuq mil-livell irreġistrat fl-2021. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija wasslu wkoll biex tittieħed azzjoni ħalli titnaqqas id-domanda kemm għall-enerġija mill-industrija kif ukoll għall-enerġija mill-unitajiet domestiċi.
L-emissjonijiet tal-UE skont is-settur juru dawn il-bidliet (Illustrazzjoni 1.b). L-emissjonijiet fl-enerġija u fit-trasport huma mistennija jiżdiedu fl-2022, għalkemm jibqgħu taħt il-livelli ta’ qabel il-pandemija tal-2019, filwaqt li huwa mistenni tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet fil-bini u fl-industrija, l-aktar minħabba ż-żieda kontinwa fil-prezzijiet tal-enerġija. Minkejja t-tnaqqis żgħir fl-2022, l-emissjonijiet fl-agrikoltura għadhom ġeneralment fl-istess livell bħal dawk ta’ għaxar snin ilu.
Id-data proviżorja tal-2022 għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra mis-settur tal-Użu tal-Art, tat-Tibdil fl-Użu tal-Art u tal-Forestrija (LULUCF) tidher li tissuġġerixxi waqfa fix-xejra ta’ tnaqqis reċenti tagħhom, b’żieda mistennija fil-bjar tal-karbonju ta’ 6 % meta mqabbla mal-2021, għalkemm l-emissjonijiet approssimati jibqgħu soġġetti għal reviżjonijiet kbar. Għaldaqstant, fl-2022 l-emissjonijiet netti totali ta’ gassijiet serra (inkluż il-LULUCF) naqsu bi 3,0 % fuq bażi annwali, tnaqqis ta’ 32,5 % meta mqabbel mal-livell tal-1990.
Fl-UE, l-emissjonijiet ivverifikati mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru żdiedu b’mod sinifikanti, b’75 % meta mqabbla mal-2021 hekk kif l-industrija qed tirkupra mil-livelli ta’ attività baxxi ħafna matul il-pandemija tal-COVID-19.
Lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika
Minbarra li jivvaluta l-progress li sar fil-politika dwar it-tibdil fil-klima skont ir-Regolament dwar il-Governanza, 14 għall-ewwel darba din is-sena dan ir-rapport jivvaluta l-progress skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, 15 inkluż il-progress kollettiv li sar mill-Istati Membri lejn l-għan tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050 16 . Dan iħares lejn il-progress fuq diversi aspetti u minn diversi sorsi u jqis il-kumplessità inerenti fil-ħafna perkorsi possibbli biex tinkiseb ekonomija b’emissjonijiet żero netti u reżiljenti.
B’mod kumplessiv, id-data proviżorja tal-2022 turi li l-emissjonijiet domestiċi tal-gassijiet serra tal-UE (jiġifieri inkluż l-LULUCF u eskluż it-trasport internazzjonali) qed jonqsu b’mod kostanti, f’konformità mal-perkors lineari biex tintlaħaq il-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għall-2030 (jiġifieri -55 %) u l-objettiv tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050 17 . Madankollu, il-pass tat-tnaqqis tal-emissjonijiet jeħtieġ li jerġa’ jaqbad ir-ritmu, biex it-tnaqqis annwali medju li nkiseb matul l-aħħar għaxar snin kważi jittrippla (ara l-Illustrazzjoni 2.a). Meta mqabbla mal-isforzi ta’ mitigazzjoni tal-passat, l-aktar tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet huwa meħtieġ fil-bini u fit-trasport, fejn il-pass tad-dekarbonizzazzjoni huwa kajman jew saħansitra miexi fid-direzzjoni opposta. Fl-istess ħin, l-azzjoni fis-settur tal-LULUCF hija essenzjali biex tinkiseb spinta sinifikanti fl-assorbimenti tal-karbonju. Għalkemm l-ilħuq tat-tnaqqis fl-emissjonijiet meħtieġ mill-agrikoltura jidher li jista’ jinkiseb meta wieħed iħares lejn il-progress li sar matul dawn l-aħħar tliet deċennji, in-nuqqas ta’ progress sostanzjali f’dawn l-aħħar snin huwa ta’ tħassib, u jitlob li jiġi adottat approċċ differenti (Illustrazzjoni 3.b).
Għalkemm huwa mdaqqas, dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet ma huwiex mingħajr preċedent. Fis-sentejn ta’ qabel il-pandemija, l-emissjonijiet naqsu b’medja annwali ta’ 120 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, minħabba l-progress fl-effiċjenza enerġetika u l-varar mgħaġġel ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fl-2022, l-atturi kollha fl-UE, inkluż l-industrija intensiva fl-enerġija, naqqsu d-domanda tagħhom għall-enerġija meta mqabbla mal-livelli ta’ qabel il-pandemija, b’iffrankar ta’ aktar minn 18 % tal-gass meta mqabbel mal-5 snin ta’ qabel 18 .
Illustrazzjoni 2: L-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra tal-UE, il-miri u l-projezzjonijiet aggregati tal-Istati Membri 19
Illustrazzjoni 2.a |
Illustrazzjoni 2.b |
|
|
Illustrazzjoni 3.a |
Illustrazzjoni 3.b |
||
|
|
Illustrazzjoni 4: L-għadd ta’ politiki u miżuri uniċi (dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni) mis-settur affettwat u l-iffrankar mistenni aggregat tal-emissjonijiet irrapportat u ż-żieda tal-assorbimenti netti 28
Illustrazzjoni 4.a |
Illustrazzjoni 4.b |
|
|
Is-setturi bl-akbar ammont ta’ miżuri huma t-trasport (23 %), il-konsum tal-enerġija (22 %), u l-provvista tal-enerġija (21 %), li parzjalment jirriflettu l-isfidi u l-prijoritajiet settorjali (Illustrazzjoni 4.a). L-informazzjoni dwar l-iffrankar (ex ante) tal-emissjonijiet mistenni minn dawn il-miżuri hija importanti biex jiġi vvalutat il-progress mistenni mill-miżuri ppjanati u implimentati. Sfortunatament, fl-2023, 18-il Stat Membru biss irrapportaw iffrankar kwantitattiv ex ante għal mill-inqas sena u miżura waħda. Dan huwa inqas minn dak fl-2021, u jagħmel il-valutazzjoni aggregata partikolarment diffiċli (Illustrazzjoni 4.b). Dan jerġa’ jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jżidu l-azzjoni biex jivvalutaw l-effetti tal-politiki implimentati b’mod aktar sistematiku, kemm ex ante kif ukoll ex post.
Bħala konklużjoni, għalkemm l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għadhom qed jonqsu, kif muri mill-aktar data reċenti, u hemm sinjali inkoraġġanti ta’ azzjoni fil-prattika, il-progress lejn l-objettivi klimatiċi tal-UE jidher li ma huwiex biżżejjed. L-azzjoni hija l-aktar meħtieġa f’oqsma fejn:
·il-ħtieġa ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet għadha sinifikanti (il-bini, it-trasport),
·il-progress reċenti li sar qed isir b’pass kajman wisq (agrikoltura),
·iċ-ċifri ma evolvewx fid-direzzjoni t-tajba (l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art, u l-forestrija).
Il-valutazzjoni turi li biex tinkiseb triq aktar sikura – aktar ċerta – lejn in-newtralità klimatika sal-2050, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jżidu l-pass tal-bidla b’mod sinifikanti. Il-pakkett leġiżlattiv Lesti għall-Mira ta’ 55 % irid jiġi adottat bis-sħiħ, u l-partijiet kollha għandhom jiġu implimentati malajr. Huwa meħtieġ monitoraġġ aktar dettaljat biex jiġi vvalutat il-progress dwar il-fatturi abilitanti li jixprunaw l-emissjonijiet fis-setturi differenti ħalli jiġu enfasizzati aħjar l-oqsma fejn hemm nuqqas ta’ progress jew hemm bżonn li tittieħed aktar azzjoni.
Progress dwar l-azzjoni klimatika fl-UE
Il-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” iqiegħed lill-UE fil-perkors biex tilħaq il-miri klimatiċi tagħha b’mod ġust, kosteffettiv u kompetittiv. Il-biċċa l-kbira tal-proposti ewlenin fil-pakkett ġew adottati mill-koleġiżlaturi 29 u l-politiki tal-UE issa huma allinjati mal-mira aġġornata tal-2030 stabbilita fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima. L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida fl-ambitu tal-pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 % 30 se tippermetti lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030 31 (ara l-Kapitolu 1 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”).
Id-Direttiva riveduta tal-EU ETS iżżid il-livell ta’ ambizzjoni fis-sistema eżistenti minn tnaqqis ta’ 43 % għal 62 % fl-emissjonijiet sal-2030, meta mqabbel mal-livelli tal-2005 u testendi s-sistema biex tapplika wkoll għat-trasport marittimu internazzjonali. Sistema separata tal-ipprezzar tal-karbonju se tapplika għall-kombustjoni tal-fjuwil fit-trasport bit-triq u fil-bini u fis-setturi b’emissjonijiet baxxi 32 (ETS2) b’mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ 42 % meta mqabbla mal-2005 fis-setturi koperti kollha. Ir-Regolament emendat dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) żied, għas-setturi li jkopri, il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-livell tal-UE minn 29 % għal 40 % sal-2030, meta mqabbla mal-2005, li jirriżulta f’miri aġġornati tal-2030 għal kull Stat Membru. Ir-Regolament il-ġdid dwar il-LULUCF jistabbilixxi objettiv kumplessiv fil-livell tal-UE ta’ 310 MT CO2 ekwivalenti ta’ assorbimenti netti fis-settur tal-LULUCF fl-2030.
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, l-UE ħolqot fond ġdid, il-Fond Soċjali għall-Klima, biex jakkumpanja l-ETS2 il-ġdida, li se jindirizza l-impatti tal-ipprezzar tal-karbonju f’setturi ġodda u jipprovdi appoġġ għal unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi u utenti tat-trasport. Flimkien mal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta li jappoġġa lit-territorji l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni (ara l-kapitolu 6), dawn se jiżguraw li ħadd ma jibqa’ lura. L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi tal-enerġija issaħħaħ ukoll bl-aħħar inizjattivi leġiżlattivi relatati mas-suq tal-elettriku. Skont l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (NZIA), il-Kummissjoni se tappoġġa l-istabbiliment ta’ akkademji speċjalizzati għat-titjib tal-ħiliet u għat-taħriġ mill-ġdid.
Fl-2022 u fl-2023, il-Kummissjoni għamlet proposti addizzjonali biex tħaffef it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Pereżempju, il-leġiżlaturi laħqu ftehim proviżorju dwar ir-Regolament rivedut dwar il-gassijiet serra fluworinati (gassijiet F) li se jkompli jnaqqas l-emissjonijiet minn dawk il-gassijiet serra b’saħħithom ħafna. Il-Kummissjoni pproponiet miri aktar ambizzjużi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-vetturi tqal. Il-Kummissjoni ressqet ukoll il-pjan REPowerEU b’miżuri speċifiċi biex titnaqqas id-dipendenza enerġetika tal-UE mill-fjuwils fossili Russi, u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew b’azzjonijiet ġodda, filwaqt li l-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” jintuża bħala l-bażi. Biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea b’emissjonijiet żero netti u biex tingħata spinta lill-innovazzjoni, b’mod partikolari fit-teknoloġiji ekoloġiċi, il-Kummissjoni ressqet Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku. Il-Kapitolu 2 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika” jippreżenta ħarsa ġenerali lejn il-politika adottata reċentement li tikkontribwixxi għall-allinjament tal-politiki fil-livell tal-UE mal-objettivi klimatiċi.
F’Novembru 2021, il-Kummissjoni aġġornat l-istrumenti tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar biex tiżgura li politiki ġodda tal-UE jkunu konsistenti mal-għanijiet klimatiċi. Il-miżuri proposti kollha tal-UE issa għandhom jiġu vvalutati għall-konsistenza tagħhom mal-objettivi klimatiċi- l-objettiv tan-newtralità klimatika u l-objettiv li jiġi żgurat il-progress fl-adattament - bħala parti mill-proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt, f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima (il-verifika tal-konsistenza klimatika). Sar progress sew fl-implimentazzjoni ta’ dan il-kontroll. Mill-bidu tal-2022, mis-27 valutazzjoni tal-impatt li tqiesu rilevanti għal din il-valutazzjoni (minn 57 valutazzjoni tal-impatt skrutinizzati mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju 33 ), instab li 20 kienu vvalutaw biżżejjed il-konsistenza tal-inizjattiva mal-objettivi klimatiċi, filwaqt li 7 valutazzjonijiet tal-impatt ma vvalutawx biżżejjed l-aspetti klimatiċi. Dan jirrappreżenta kważi 75 % tal-każijiet rilevanti u jirrifletti l-fatt li huwa rekwiżit ġdid. B’aktar esperjenza fl-implimentazzjoni tal-kontroll tal-konsistenza klimatika, il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit il-ġdid ta’ valutazzjoni tal-impatt tista’ tittejjeb aktar.
Filwaqt li sar progress sew biex jiġi żgurat li l-politiki tal-UE jqiegħdu lill-UE fil-perkors lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti, ix-xejriet reċenti tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport u l-pass kajman ħafna tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-agrikoltura, flimkien ma’ tnaqqis fil-bir tal-karbonju, iqajmu tħassib (ara l-Kapitoli 3 u 4). Minkejja l-progress dwar il-finanzjament ekoloġiku minn sorsi privati, hemm bżonn ta’ investiment addizzjonali sinifikanti biex tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni ekoloġika. Dan jeħtieġ azzjoni, b’mod partikolari biex il-finanzjament jiġi dirett mill-ġdid ħalli tkun tista’ ssir it-tranżizzjoni ta’ setturi “li jiddependu mill-fjuwils fossili” (ara l-Kapitolu 6).
Kif meħtieġ mil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, il-Kummissjoni se tippubblika komunikazzjoni dwar il-mira klimatika tal-UE għall-2040 fil-bidu tal-2024, filwaqt li tistabbilixxi perkors mill-mira intermedja tal-2030 diġà miftiehma għal emissjonijiet żero netti sal-2050. Dan se jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi żgurat li l-miżuri u l-investimenti ħalli jiġu implimentati l-miri tal-UE għall-2030 ikunu allinjati sew ukoll mal-perkorsi għan-newtralità klimatika sal-2050. Il-mira għall-2040 se tipprovdi prevedibbiltà u se żżomm il-progress fit-triq it-tajba lejn in-newtralità klimatika.
It-tibdil fil-klima diġà qed ikollu impatt fuq in-natura u fuq in-nies b’mod aktar intens, aktar ta’ spiss u fuq żona ġeografika usa’ milli kien maħsub qabel. 34 Qed isir progress fil-valutazzjoni tar-riskji klimatiċi. Fir-rebbiegħa tal-2024, il-Kummissjoni se tirrispondi għall-evidenza pprovduta f’rapport xjentifiku Ewropew ta’ Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku dwar l-evoluzzjoni tar-riskji klimatiċi u l-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni f’komunikazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji klimatiċi tal-UE. Fl-istess ħin, għaddejja azzjoni wiesgħa biex jiġu implimentati l-aspetti l-oħra tal-istrateġija ta’ adattament tal-UE għall-2021 (ara l-Kapitolu 5).
Progress dwar l-azzjoni klimatika fl-Istati Membri tal-UE
Il-kapitoli li jmiss tar-rapport se jivvalutaw il-progress li sar mill-Istati Membri f’oqsma ta’ politika speċifiċi. Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra biex jintlaħaq l-objettivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż l-objettiv tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050, u tibni fuq l-analiżi dettaljata pprovduta fil-Kapitolu 5 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”.
Matul l-aħħar tliet deċennji, l-UE naqqset sostanzjalment l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra, filwaqt li qabżet l-impenn tagħha għall-2020 skont il-UNFCCC 35 u l-mira tagħha skont it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto fl-2013-2020 (KP2) 36 . L-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra skont il-UNFCCC (minbarra l-LULUCF u inkluż l-avjazzjoni internazzjonali) naqsu b’34 % fl-EU-27 + fir-Renju Unit meta mqabbla mal-1990. Dan huwa tnaqqis ta’ 1,94 biljun tunnellata ta’ CO2-eq sal-2020. (Għal aktar dettalji ara l-Kapitolu 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”).
Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, il-progress li sar fost l-Istati Membri kien imħallat. Bejn l-2015 u l-2022, l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra kienu qed jiżdiedu fil-Latvja, fil-Finlandja, u fil-Litwanja, u, fuq livell inqas, f’Ċipru, fil-Polonja, f’Malta, fl-Estonja, u fl-Irlanda. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tnaqqsu iżda b’pass kajman fiċ-Ċekja, fl-Italja, fl-Ungerija, fil-Kroazja, fi Franza, u fid-Danimarka. Ir-raġunijiet ivarjaw skont il-pajjiż. Fil-Finlandja, fil-Latvja u fl-Estonja, ix-xejra ta’ żieda fl-emissjonijiet hija prinċipalment relatata mat-tnaqqis qawwi fil-kapaċità tas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija biex jaġixxi bħala bir tal-karbonju, filwaqt li għal-Litwanja, it-trasport u l-bini wkoll jikkontribwixxu għaż-żieda fl-emissjonijiet. L-emissjonijiet tat-trasport żdiedu fl-Ungerija, f’Malta u fil-Polonja, filwaqt li fl-Irlanda l-emissjonijiet fl-agrikoltura komplew jikbru.
Mill-2005, kien hemm xejra ċara ’l isfel fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra per capita u fl-intensità tal-gassijiet serra tal-PDG fl-Istati Membri kollha tal-UE minbarra fil-Latvja (Illustrazzjoni 5). Progress aktar mgħaġġel minn pajjiżi bi proporzjonijiet ogħla ta’ emissjonijiet wassal għal konverġenza sinifikanti lejn il-medja tal-UE. Madankollu, bejn l-2015 u l-2022, ix-xejra ta’ konverġenza ’l isfel tidher li waqfet għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE.
Illustrazzjoni 5: L-intensità tal-gassijiet serra tal-PDG u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra per capita mill-Istati Membri tal-UE
Tista’ tintuża l-informazzjoni dwar l-impatt mistenni tal-politiki kurrenti u addizzjonali dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ppreżentati mill-Istati Membri biex jinkiseb għarfien dwar il-progress li qed jagħmlu, jew li qed jistennew li jagħmlu, lejn l-objettivi klimatiċi tal-UE. Sal-2030, abbażi tal-projezzjonijiet tal-gassijiet serra ppreżentati mill-Istati Membri tal-UE f’Marzu 2023, sitt pajjiżi (il-Polonja, l-Irlanda, l-Estonja, iċ-Ċekja, il-Lussemburgu, u l-Latvja) jistennew li l-emissjonijiet per capita jkunu ogħla b’mod sinifikanti minn 5 tunnellati ta’ CO2-eq, li huwa l-medja tal-gassijiet serra per capita tal-UE ġeneralment konsistenti mal-mira tal-UE ta’ -55 % 37 . Fir-rigward tal-objettiv tan-newtralità klimatika, l-Istati Membri kollha minbarra l-Finlandja, il-Portugall, is-Slovenja u l-Iżvezja għadhom qed jipproġettaw emissjonijiet netti mdaqqsa ta’ gassijiet serra fl-2050 anke billi jqisu l-politiki kurrenti u addizzjonali (ara t-Tabella 6, fil-Kapitolu 5 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”), minkejja l-fatt li kważi kollha kemm huma ddikjaraw mira ta’ newtralità klimatika sal-2050, jew qabel.
It-trajettorji huma importanti wkoll. L-Illustrazzjoni 6 tqabbel l-emissjonijiet proġettati 38 bejn l-2022 u l-2050 għal kull Stat Membru bi trajettorja referenzjarja, imfassla bħala l-medjan tas-seba’ perkorsi għan-newtralità klimatika li jiffurmaw il-bażi tal-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima rigward l-ambizzjoni tal-2040. 39 L-emissjonijiet fil-livell tal-UE tal-perkors medjan imbagħad tqassmu madwar l-Istati Membri skont is-sehem tal-pajjiż tal-emissjonijiet tal-UE fix-xenarju ta’ politika ewlieni użat għall-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. 40
Illustrazzjoni 6: Qbiż tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra proġettati b’perkors indikattiv għan-newtralità klimatika sal-2050 (f’% tal-emissjonijiet ta’ referenza, l-emissjonijiet totali minbarra l-LULUCF)
L-Illustrazzjoni 6 turi differenzi kbar fil-progress lejn in-newtralità klimatika fost il-membri tal-UE. B’kunsiderazzjoni tal-miżuri eżistenti 41 (WEM, il-kolonni sofor), bejn l-2022 u l-2050, is-Slovakkja, il-Polonja u Malta jistennew li jemettu aktar mid-doppju tal-emissjonijiet tal-perkors ta’ referenza lejn in-newtralità klimatika. 15-il Stat Membru ieħor jipproġettaw li l-emissjonijiet kumulattivi tagħhom se jaqbżu l-parametru referenzjarju tan-newtralità klimatika b’aktar minn 50 % mingħajr politiki addizzjonali 42 . Meta jitqies l-impatt ta’ miżuri ta’ politika addizzjonali 43 (WAM, il-kolonni blu), il-qbiż jonqos, għalkemm id-differenzi jibqgħu sinifikanti (aktar minn 50 %) għas-Slovakkja, għall-Polonja, għall-Kroazja, għar-Rumanija u għall-Bulgarija 44 .
Riżultati simili jiġu prodotti meta tittieħed trajettorja lineari bħala l-parametru referenzjarju indikattiv. Hawnhekk, l-akbar qbiż huwa għal Malta, għall-Italja, għall-Greċja, għall-Awstrija u għall-Ungerija taħt ix-xenarju WEM, u għall-Polonja, għar-Rumanija, għall-Bulgarija, u għall-Kroazja kemm fix-xenarju WEM kif ukoll WAM (ara t-Tabella 6, il-Kapitolu 5 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”) 45 .
Dawn l-analiżijiet ibbażati fuq il-projezzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jirriflettu livelli differenti ta’ ambizzjoni u implimentazzjoni, iżda wkoll il-kompletezza u l-kwalità tad-data sottomessa. Sal-aħħar ta’ April 2023, aktar minn xahar wara l-iskadenza uffiċjali, 20 Stat Membru biss kienu ppreżentaw il-projezzjonijiet tagħhom permezz tal-pjattaforma elettronika. Is-sottomissjonijiet li jidħlu tard jimminaw il-kontroll tal-kwalità u l-proċess ta’ segwitu tas-sottomissjonijiet mill-ġdid. Barra minn hekk, għalkemm ma kinux obbligatorji, disa’ Stati Membri 46 ma ssottomettewx projezzjonijiet b’miżuri addizzjonali, li mbagħad ġew issostitwiti bi projezzjonijiet permezz tax-xenarju tal-“miżuri eżistenti”, u għall-projezzjonijiet tal-Belġju li ma kellhomx informazzjoni lil hinn mill-2030, intużaw il-projezzjonijiet tal-gassijiet serra tal-2021. Għalhekk, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-projezzjonijiet tagħhom tal-emissjonijiet u jappoġġaw il-kapaċità u l-għodod analitiċi. Il-projezzjonijiet huma gwida importanti għad-dekarbonizzazzjoni, biex jiġi vvalutat il-progress lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika u biex jiġu appoġġati t-tfassil u d-deċiżjonijiet ta’ politika sodi.
Fl-2023, l-Istati Membri kollha rrapportaw progress dwar il-politiki u l-miżuri. Għalkemm l-għadd ta’ miżuri żdied, għad hemm differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri fl-għadd ta’ miżuri rrapportati. Il-Belġju, Spanja, il-Lussemburgu u Franza rrapportaw l-aktar miżuri u l-Bulgarija, l-Awstrija, il-Greċja u Malta l-inqas (Illustrazzjoni 7) 47 .
Meta mqabbla mal-eżerċizzju ta’ rapportar preċedenti (2021), l-akbar żieda fil-miżuri rrapportati tinsab f’Ċipru u fil-Lussemburgu, segwita minn Spanja, mill-Portugall, mill-Finlandja, mill-Italja, u mill-Estonja. Il-Bulgarija, l-Awstrija u Malta rrapportaw tnaqqis sinifikanti. Fl-istess ħin, aktar minn terz tal-miżuri rrapportati mil-Litwanja, mill-Estonja, mill-Kroazja, mill-Irlanda u mill-Bulgarija jidhru li huma ġodda (ilhom stabbiliti mill-2022 jew aktar tard). F’termini tas-setturi affettwati (Illustrazzjoni 7.b), għandu jiġi nnotat is-sehem relattivament għoli ta’ politiki u miżuri li jaffettwaw is-setturi tal-agrikoltura u tal-LULUCF fil-Latvja u fil-Finlandja minħabba x-xejriet reċenti f’dawn is-setturi, għalkemm l-iffrankar mistenni rrapportat tal-emissjonijiet ma huwiex sinifikanti 48 .
Illustrazzjoni 7: Għadd ta’ politiki u miżuri uniċi rrapportati mill-Istati Membri: l-istatus tal-implimentazzjoni u s-setturi affettwati 49
Illustrazzjoni 7.a |
Illustrazzjoni 7.b |
|
|
2L-ISKEMA TAL-UE GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET
L-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS tal-UE) hija pedament tal-azzjoni klimatika tal-UE. Din tkopri madwar 36 % tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-UE, mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, l-industrija tal-manifattura u l-avjazzjoni fl-Ewropa 52 . Billi tistabbilixxi limitu massimu fuq l-emissjonijiet totali, is-sistema tiżgura li dawn l-emissjonijiet jonqsu maż-żmien. Fil-limitu massimu, il-kwoti jitqassmu primarjament permezz tal-irkant, li jżid id-dħul għall-baġits tal-Istati Membri biex jappoġġaw l-azzjoni klimatika u t-trasformazzjoni tal-enerġija. Bil-prezz tal-kwoti ddeterminat mis-suq, l-ETS tinċentiva tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet.
Sal-2022, l-EU ETS kienet għenet biex l-emissjonijiet mill-installazzjonijiet tal-enerġija u tal-industrija jitnaqqsu b’37,3 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005. Dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet kien fil-biċċa l-kbira xprunat mis-settur tal-enerġija - bidla mill-faħam għall-gass u żieda fl-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Madankollu, l-aħħar xejriet tal-emissjonijiet fl-EU ETS jirriflettu wkoll l-impatti tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija (ara x-Xejriet tal-Emissjonijiet).
Fl-istess ħin, l-EU ETS żiedet aktar minn EUR 152 biljun fi dħul mill-irkant li l-Istati Membri użaw l-aktar biex jappoġġaw proġetti fl-enerġija rinnovabbli, fl-effiċjenza enerġetika u fit-trasport b’emissjonijiet baxxi. Wara l-kriżi tal-enerġija, l-Istati Membri użaw ukoll id-dħul tagħhom mill-ETS biex jindirizzaw l-impatti negattivi fuq il-konsumaturi u l-industriji.
Ir-reviżjoni tal-EU ETS fl-ambitu tal-pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 % tgħin biex l-emissjonijiet jitnaqqsu aktar malajr u f’aktar setturi. Il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-Kunsill qablu li jillimitaw il-limitu massimu fuq l-emissjonijiet filwaqt li jestendu s-sistema għall-emissjonijiet mit-trasport marittimu (ara l-Azzjoni fl-avjazzjoni u t-trasport marittimu). Tnaqqis fl-allokazzjoni bla ħlas se jgħin biex jiżdied it-tnaqqis fl-emissjonijiet fl-industrija tal-manifattura u fl-avjazzjoni. Fl-istess ħin, aktar riżorsi huma ingranati biex jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni fis-setturi tal-ETS. Ir-reviżjoni timpenja lill-Istati Membri biex jużaw id-dħul kollu mill-ETS (jew ekwivalenti tiegħu) għall-azzjoni klimatika, it-trasformazzjoni tal-enerġija u biex jindirizzaw l-isfidi soċjali tal-ipprezzar tal-karbonju, u żżid ukoll id-daqsijiet tal-Fondi għall-Innovazzjoni u l-Modernizzazzjoni (ara l-Kapitolu. 2 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika” għal aktar dettalji).
Ir-reviżjoni tal-EU ETS daħlet fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2023, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-bidliet se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2024. Il-ħidma fuq il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni għadha għaddejja. Aktar informazzjoni dwar il-funzjonament tal-EU ETS fl-2022 hija disponibbli fir-Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju tal-2023.
Ix-xejriet tal-emissjonijiet
Fl-2022, l-emissjonijiet kumplessivi tal-EU ETS naqsu b’0,2 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel 53 . Dan jirrifletti tnaqqis żgħir fl-emissjonijiet mill-installazzjonijiet tal-enerġija u tal-industrija u rkupru kontinwu fl-emissjonijiet mill-avjazzjoni wara l-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, meta wieħed iħares lejn qabel il-COVID-19, l-emissjonijiet baqgħu jonqsu. Fl-2022, l-emissjonijiet kienu madwar 8 % aktar baxxi minn dawk fl-2019.
L-irkupru ekonomiku tal-UE kompla fl-2022, filwaqt li l-PDG kiber bi 3,5 %. Minkejja dan, l-emissjonijiet mis-settur tal-enerġija u mill-manifattura naqsu bi ftit b’1,8 % meta mqabbla mal-2021. Dan huwa parzjalment minħabba l-kriżi tal-enerġija u l-impatti tagħha. Minn naħa, il-provvista tal-gass naturali saret ristretta, u prezzijiet ogħla tal-gass naturali kkawżaw żieda fl-użu tal-faħam għall-ġenerazzjoni tal-enerġija. Min-naħa l-oħra, il-kriżi tal-enerġija kkontribwiet għal żieda fl-inflazzjoni u tnaqqis fid-domanda industrijali.
Il-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana – żieda żgħira fl-emissjonijiet
L-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana fl-2022 żdiedu bi 2,4 % meta mqabbla mal-2021. Għalkemm id-domanda għall-elettriku u għas-sħana naqset minħabba prezzijiet ogħla tal-enerġija u temp aktar moderat, l-emissjonijiet settorjali żdiedu minħabba bidla mill-gass għall-faħam għall-ġenerazzjoni tal-enerġija. Il-bidla kienet ikkawżata kemm minn prezzijiet għoljin tal-gass naturali, kif ukoll minn nixfiet f’ħafna partijiet tal-UE li naqqsu l-output tal-enerġija nukleari u idroelettrika.
L-industrija – tnaqqis nett fl-emissjonijiet
L-industrija tal-manifattura rat tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ 6,5 % fl-2022 meta mqabbla mal-2021. Bi prezzijiet ogħla tal-enerġija li wasslu għal produzzjoni mnaqqsa, fl-2022 setturi bħas-siment, il-ħadid u l-azzar u s-sustanzi kimiċi rrapportaw tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet. Fl-istess ħin, l-emissjonijiet fis-setturi tal-produzzjoni taż-żejt u tal-gass żdiedu, hekk kif ir-raffineriji żiedu l-produzzjoni biex jagħmlu profitt minn żieda fil-prezzijiet tal-fjuwils fossili.
L-avjazzjoni – l-emissjonijiet ikomplu jiżdiedu
Fl-UE, l-emissjonijiet ivverifikati mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru żdiedu b’mod sinifikanti, b’75 % meta mqabbla mal-2021. Dan jirrifletti l-irkupru kontinwu tat-traffiku tal-ajru mill-pandemija tal-COVID-19 iżda dan għadu kważi 27 % inqas minn dak fl-2019.
Illustrazzjoni 8: L-emissjonijiet ivverifikati tal-ETS bejn l-2005 u l-2022, il-projezzjonijiet tal-Istati Membri bil-miżuri eżistenti bejn l-2021 u l-2030, il-fażijiet 2, 3 u 4 tal-limitu massimu tal-ETS, u s-surplus akkumulat tal-kwoti tal-ETS bejn l-2008 u l-2021, inklużi r-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq), in-Norveġja u l-Iżlanda NB: aġġusta għall-fażi 4 tal-limitu massimu 54 .
Dħul iġġenerat mill-EU ETS
L-EU ETS tiġġenera dħul sostanzjali mill-bejgħ ta’ kwoti li jistgħu jintużaw għall-azzjoni klimatika (ara l-Kapitolu 6).
Hekk kif il-prezz tal-karbonju żdied matul l-2022, hekk ukoll żdied id-dħul mill-irkant tal-ETS, li jammonta għal total ta’ madwar EUR 38,8 biljun, 7,7 biljuni aktar milli fl-2021 (Illustrazzjoni 9) 55 . Minn dawn it-EUR 38,8 biljun, EUR 29,7 biljun marru direttament għas-27 Stat Membru. Huma rrapportaw li fl-2022, medja ta’ 76 % tad-dħul intnefaq għal skopijiet klimatiċi u enerġetiċi, 56 l-istess bħal fl-2021 u f’konformità ma’ medja ta’ 75 % matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2020. Madwar 25 % tad-dħul tal-Istati Membri huwa allokat għal azzjonijiet speċifiċi dwar il-klima u l-enerġija, 27 % marru f’fondi ambjentali ddedikati u 48 % marru għall-baġits nazzjonali. Aktar informazzjoni tista’ tinstab fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”.
Illustrazzjoni 9: Id-dħul mill-irkant riċevut mill-Istati Membri tal-UE u l-użu tar-rapporti (2013-2022)
Diversi Stati Membri ilhom mill-2021 jużaw parti mid-dħul mill-irkant tagħhom sabiex itaffu l-impatt soċjali tal-kriżi tal-prezzijiet tal-enerġija.
Azzjoni fl-avjazzjoni u fit-trasport marittimu
Marittimu
It-trasport marittimu huwa emittent sostanzjali tas-CO2, li jiġġenera madwar 3 % sa 4 % tal-emissjonijiet totali tas-CO2 tal-UE. Fl-2022, l-emissjonijiet, kif miġbura skont ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ, ir-Rapportar u l-Verifika 57 , żdiedu b’7 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, hekk kif is-settur irkupra mir-reċessjoni tal-pandemija tal-COVID-19. F’Mejju 2023, bħala parti mid-Direttiva riveduta tal-EU ETS, ġie emendat ir-Regolament Marittimu tal-UE dwar il-Monitoraġġ, ir-Rapportar u l-Verifika biex jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu ħalli jkopri l-emissjonijiet mhux tas-CO2 (CH4 u N2O) kif ukoll tipi u daqsijiet ġodda ta’ bastimenti. Għalhekk, l-EU ETS se tkopri l-emissjonijiet tas-CO2 minn bastimenti kbar li jidħlu fil-portijiet tal-UE mill-2024 u l-emissjonijiet mhux tas-CO2 mill-2026. Fil-livell internazzjonali, l-UE appoġġat b’suċċess iż-żieda fl-ambizzjoni tal-istrateġija għat-tnaqqis tal-gassijiet serra tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali tal-2018. L-istrateġija riveduta, miftiehma f’Lulju 2023, tistabbilixxi għan ta’ emissjonijiet żero netti mill-bastimenti “minn jew madwar, jiġifieri qrib, l-2050” u punti ta’ kontroll indikattivi stabbiliti biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bastimenti b’mill-inqas 20 % - bi sforz li jilħqu 30 % - fl-2030 u mill-inqas 70 % - bi sforz li jilħqu 80 % - fl-2040, it-tnejn meta mqabbla mal-livelli tal-2008.
Avjazzjoni
L-impatt kumplessiv tal-avjazzjoni fuq il-klima bħalissa huwa darbtejn sa erba’ darbiet ogħla mill-effett tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-passat tagħha biss, filwaqt li dawk mhux tas-CO2 jammontaw għal 66 % tal-impatt tal-avjazzjoni fuq il-klima. Għad ma hemm l-ebda monitoraġġ mill-Istati Membri tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 mill-avjazzjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2025, id-Direttiva riveduta dwar l-ETS tagħti kompiti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jimmonitorjaw u jirrapportaw l-effetti mhux tas-CO2 għal kull titjira fuq bażi annwali. Sal-31 ta’ Diċembru 2027, abbażi tar-riżultati tal-applikazzjoni tal-qafas MRV tal-effetti tal-avjazzjoni mhux tas-CO2, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport u, meta xieraq, proposta leġiżlattiva biex jiġu mmitigati l-effetti mhux tas-CO2 billi jitwessa’ l-ambitu tal-ETS ħalli dawn jiġu inklużi.
Suq tal-karbonju bbilanċjat tal-UE
L-EU ETS ilha mill-2019 tiffunzjona mar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq, li tindirizza s-surplus storiku ta’ kwoti mibnija fis-sistema u ttejjeb ir-reżiljenza tas-suq tal-karbonju tal-UE għax-xokkijiet fid-domanda. Abbażi tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni kull sena, ir-Riżerva jew tirtira jew tirrilaxxa kwoti, u timmaniġġja l-provvista tagħhom għal irkantijiet futuri. Dan jgħin biex jinżamm sinjal robust tal-prezz fl-ETS, biex jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet u jiġi kkunsidrat fl-evalwazzjoni tal-investiment.
Fl-2022, is-surplus ta’ kwoti fl-EU ETS kien ftit aktar minn 1,1 biljun kwota. B’dan, ir-Riżerva tkompli tirtira l-kwoti mis-suq tal-karbonju tal-UE fl-2023. Mill-2023 ’il quddiem, il-kwoti miżmuma fir-Riżerva ’l fuq minn ċertu limitu se jitilfu l-validità tagħhom. Dan ifisser li ma jistgħux jibqgħu jiġu rilaxxati fis-suq. Fl-1 ta’ Jannar 2023, ftit aktar minn 2,5 biljun kwota saru invalidi. Dan huwa aktar mill-krediti internazzjonali kollha użati għall-konformità fl-EU ETS sal-lum. Bis-saħħa tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq u perspettiva ambizzjuża fit-tul tal-politika klimatika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, is-sinjal tal-prezz fl-EU ETS baqa’ robust fl-2022 b’perjodu qasir biss ta’ volatilità tas-suq f’Marzu, ikkawżat mill-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
3EMISSJONIJIET TA’ KONDIVIŻJONI TAL-ISFORZI
Il-leġiżlazzjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi tkopri l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport domestiku (esklużi l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni), mill-bini, mill-agrikoltura, mill-industrija żgħira u mill-iskart. Dawn jammontaw għal madwar 60 % tal-emissjonijiet domestiċi tal-UE. Il-leġiżlazzjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi tistabbilixxi miri nazzjonali vinkolanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet f’dawn is-setturi meta mqabbla mal-livelli tal-2005, skont id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 58 (ESD) għall-perjodu 2013-2020 u skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 59 (ESR) għall-perjodu 2021-2030.
Abbażi tad-data approssimata, l-emissjonijiet mis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi fl-2022 kienu 3 % ogħla minn dawk fl-2021. Dan segwa r-rikorrenza tal-emissjonijiet fl-2021, wara l-pandemija. It-tnaqqis fl-emissjonijiet irriżulta b’mod partikolari mis-settur tal-bini li wera tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ aktar minn 9 % meta mqabbel mal-2021. L-industrija ż-żgħira wriet it-tieni l-akbar tnaqqis fl-emissjonijiet bi tnaqqis ta’ kważi 6 % meta mqabbel mal-2021. Is-settur tat-trasport huwa l-akbar settur taħt l-ESR, li jammonta għal aktar minn terz tal-emissjonijiet totali tal-kondiviżjoni tal-isforzi, u l-uniku wieħed li ra ż-żieda fl-emissjonijiet tiegħu, b’aktar minn 2 % mill-2021 sal-2022.
Illustrazzjoni 10: L-emissjonijiet fis-setturi koperti mil-leġiżlazzjoni dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi 2005-2030 u l-allokazzjonijiet ta’ emissjonijiet annwali, EU-27 60
Ir-riżultati tad-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 2013-2020
Fil-perjodu mill-2013 sal-2020, l-Istati Membri kollha ssodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ kondiviżjoni tal-isforzi skont l-ESD f’kull sena. L-UE qabżet il-mira tagħha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 b’aktar minn sitt punti perċentwali. L-emissjonijiet tal-EU-27 koperti mill-ESD kienu 16,3 % inqas fl-2020 meta mqabbla ma’ dawk fl-2005. Meta mqabbla mal-2013, l-emissjonijiet tal-EU-27 kienu 7,2 % inqas fl-2020. L-2020 kienet l-aħħar sena koperta mill-ESD. L-Istati Membri ma setgħux jittrasferixxu (jiddepożitaw) l-AEAs biex jintużaw fis-snin futuri taħt l-ESR.
Madankollu, fl-2020, l-emissjonijiet minn erba’ Stati Membri qabżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEAs) tagħhom. 61 Ċipru uża s-surplus tal-AEAs mis-snin preċedenti (depożiti) biex ikopri l-emissjonijiet eċċessivi tiegħu. Malta u l-Ġermanja koprew l-emissjonijiet eċċessivi tagħhom billi xtraw l-AEAs. Malta xtrathom mill-Bulgarija u l-Ġermanja minn tliet pajjiżi differenti (il-Bulgarija, iċ-Ċekja u l-Ungerija). L-Irlanda użat krediti internazzjonali mill-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif 62 u xtrat l-AEAs mis-Slovakkja biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-ESD.
Illustrazzjoni 11: Bidla fl-emissjonijiet tal-ESD bejn l-2013 u l-2020, meta mqabbla mal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-2020 63
Il-progress skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 2021-2030
F’April 2023, l-ESR ġie emendat biex iwassal livell ogħla ta’ ambizzjoni għall-2030. Dan żied il-mira tal-ESR madwar l-UE biex l-emissjonijiet jitnaqqsu minn 29 % (għall-EU-27) għal 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2005. Il-mira kumplessiva tal-ESR irriżultat f’miri nazzjonali akbar għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 u f’limiti aktar ambizzjużi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2023 - 2030. L-emenda biddlet ukoll uħud mill-flessibbiltajiet li huma disponibbli għall-Istati Membri biex jikkonformaw mal-limiti u l-miri annwali tagħhom tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u saħħet dispożizzjonijiet oħra (għal aktar dettalji ara l-Kapitolu 2 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”). L-Iżlanda u n-Norveġja jimplimentaw ukoll ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, iżda x-xejra fl-emissjonijiet (proġettati) issir biss għall-Istati Membri tal-UE ta’ hawn taħt 64 .
Fl-2021, l-emissjonijiet madwar l-UE fis-setturi tal-ESR baqgħu 3,3 % taħt il-limitu aggregat tal-emissjonijiet, filwaqt li l-emissjonijiet qabżu l-AEAs f’ħames Stati Membri 65 . Abbażi ta’ data approssimata, l-emissjonijiet tal-ESR madwar l-UE fl-2022 huma stmati li huma 2 % taħt il-limitu aggregat tal-emissjonijiet. Fl-2022, disa’ Stati Membri huma mistennija jiġġeneraw emissjonijiet li jaqbżu l-AEAs tagħhom 66 . L-emissjonijiet finali tal-ESR għall-2021 u għall-2022 se jiġu ddeterminati biss wara rieżami komprensiv fl-2027, meta jseħħ iċ-ċiklu ta’ konformità għal kull waħda mis-snin 2021 sal-2025. L-Istati Membri mbagħad jistgħu jużaw il-flessibbiltajiet disponibbli skont l-ESR biex jikkonformaw mal-limiti annwali tal-emissjonijiet tagħhom. Madankollu, il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet li l-Istati Membri ppreżentaw f’Marzu 2023 jistgħu jintużaw f’dan l-istadju biex jinkiseb għarfien dwar il-progress lejn il-miri tal-ESR. Il-projezzjonijiet aggregati juru li l-emissjonijiet tal-ESR madwar l-UE huma mistennija jonqsu bi 32 % fl-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2005 inklużi l-miżuri ppjanati (ara l-Illustrazzjoni 12). Dan huwa inqas mill-mira tal-ESR madwar l-UE biex fl-2030 l-emissjonijiet jitnaqqsu b’40 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005.
Abbażi tal-aħħar projezzjonijiet tal-emissjonijiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-progress tal-Istati Membri lejn il-limiti annwali tal-emissjonijiet tagħhom matul il-perjodu 2021-2030, filwaqt li qieset il-flessibbiltajiet disponibbli skont l-ESR 67 . Abbażi tas-suppożizzjoni li l-Istati Membri jużaw l-AEAs iffrankati mis-snin preċedenti (depożiti) u/jew il-flessibbiltà eżistenti tal-ETS biex ikopru l-emissjonijiet eċċessivi tal-ESR, 19-il Stat Membru xorta jkollhom emissjonijiet eċċessivi f’mill-inqas sena matul il-perjodu bejn l-2021 u l-2030 68 . Tmien Stati Membri diġà għandhom emissjonijiet eċċessivi fl-ewwel perjodu ta’ konformità (mill-2021 sal-2025), li jippreżenta sfida akbar peress li hemm inqas żmien biex jiġu żviluppati politiki addizzjonali ħalli jitnaqqsu l-emissjonijiet 69 . B’mod partikolari Ċipru, l-Italja, u r-Rumanija diġà jkollhom emissjonijiet eċċessivi fil-perjodu bejn l-2021 u l-2023, kif ukoll fil-Kroazja iżda fuq livell inqas 70 .
Skont l-Artikolu 9(2) tal-ESR, kwalunkwe debitu (jiġifieri emissjonijiet eċċessivi) skont ir-Regolament dwar il-LULUCF fil-perjodu mill-2021 sal-2025 jitnaqqas awtomatikament mill-AEAs tal-Istati Membri skont l-ewwel perjodu ta’ konformità tal-ESR. Abbażi tad-data stmata disponibbli dwar l-emissjonijiet tal-LULUCF għall-2021 - 2025, ix-xejriet fiċ-Ċekja, fl-Estonja, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Portugall, u fis-Slovenja huma inkwetanti (ara l-Kapitolu 4). Jekk dawn ix-xejriet tal-LULUCF jiġu kkonfermati, jista’ jkun ta’ sfida għal dawk il-pajjiżi biex jilħqu l-miri tagħhom tal-LULUCF u dan iwassal ukoll għal sfidi biex jilħqu l-miri tal-ESR tagħhom kull sena fl-ewwel perjodu ta’ konformità 71 .
Sabiex jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet tal-ESR tagħhom, xi Stati Membri jistgħu jżidu l-ammonti tagħhom ta’ flessibbiltà tal-ETS 72 . L-Istati Membri li jaħdmu tajjeb skont ir-Regolament dwar il-LULUCF jistgħu jużaw tali kisba żejda, sa limitu, biex ikopru kwalunkwe emissjoni żejda fl-ESR. L-Istati Membri jistgħu wkoll jittrasferixxu l-AEAs bejniethom biex jaqblu mal-emissjonijiet mal-AEAs 73 . Madankollu, abbażi tal-projezzjonijiet kurrenti, jista’ jkun hemm biss ammont limitat ta’ AEAs disponibbli għax-xiri.
Bħala konklużjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju u meta jitqies id-distakk sostanzjali enfasizzat mill-analiżi ta’ hawn fuq, l-Istati Membri huma mħeġġa jirriflettu fuq miżuri addizzjonali biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom skont l-ESR, b’mod partikolari bħala parti mill-proċess ta’ aġġornament tal-NECP li għaddej bħalissa. Xi Stati Membri ppjanaw livell ogħla ta’ ambizzjoni għall-emissjonijiet koperti mill-ESR fl-abbozz tal-NECPs tagħhom. Għalhekk, se tkun disponibbli ħarsa ġenerali aktar kompluta fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-abbozzi tal-NECPs aġġornati li għandhom isiru sa tmiem din is-sena. Wara s-sottomissjoni tal-NECPs aġġornati finali mill-Istati Membri, il-Kummissjoni se terġa’ lura għall-valutazzjoni ta’ jekk l-Istati Membri humiex qed jagħmlu biżżejjed progress. Progress insuffiċjenti jista’ jwassal għall-ħtieġa ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva skont l-Artikolu 8 tal-ESR.
Illustrazzjoni 12: Distakk bejn il-miri tal-ESR 2030 u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra proġettati
Ix-xejriet tal-emissjonijiet skont it-tip ta’ gass skont il-leġiżlazzjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi
Madwar żewġ terzi tal-emissjonijiet totali mis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi huma emissjonijiet tas-CO2, it-terz li jifdal huma emissjonijiet mhux tas-CO2. Il-gassijiet serra mhux tas-CO2 jinkludu l-metan (CH4), l-ossidu nitruż (N2O), u l-gassijiet fluworinati (NF3, HFCs, PFCs, SF6, HFCs). Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-emissjonijiet fis-settur tal-enerġija huma koperti mill-EU ETS, l-emissjonijiet tal-metan f’dan is-settur jaqgħu taħt l-ESR. Dawn il-gassijiet mhux tas-CO2 jiġu emessi minn firxa ta’ setturi u proċessi, u kollha għandhom potenzjal ta’ tisħin globali ħafna akbar mis-CO2 bi gradi li jvarjaw minn għaxra sa għexieren ta’ eluf skont il-gass. B’riżultat ta’ dan, l-emissjonijiet mhux tas-CO2 għandhom impatt importanti fuq it-tibdil fil-klima u huma sorsi ewlenin ta’ tnaqqis potenzjali tal-emissjonijiet f’diversi setturi. Il-mitigazzjoni tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 tista’ tnaqqas malajr iż-żidiet fit-temperatura globali. It-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 huwa importanti wkoll biex nilħqu l-miri tagħna skont l-ESR. Madwar nofs l-emissjonijiet mhux tas-CO2 jiġu mis-settur agrikolu. Is-setturi kollha naqqsu l-emissjonijiet mhux tas-CO2 mill-2005 sal-2021 iżda l-aktar tnaqqis sinifikanti kien fl-enerġija mhux tal-ETS (“enerġija oħra”) u fis-settur tal-iskart. Matul l-istess perjodu, l-emissjonijiet mhux tas-CO2 mill-agrikoltura u mill-bini baqgħu relattivament stabbli. Il-biċċa l-kbira tat-tnaqqis fl-emissjonijiet seħħ fl-emissjonijiet tal-ossidu nitruż mill-industrija mhux tal-ETS u mis-settur tal-iskart, u l-metan fis-settur tal-iskart, filwaqt li l-livell tal-emissjonijiet tal-gassijiet F baqa’ relattivament stabbli. L-istrateġija tal-UE dwar il-metan għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tal-metan fis-setturi tal-enerġija, kif ukoll fis-setturi tal-agrikoltura u tal-iskart, u b’hekk tappoġġa wkoll l-ilħuq tal-miri tal-ESR.
Illustrazzjoni 13: L-emissjonijiet mhux tas-CO2 skont l-ESR fl-2005 u fl-2021, skont is-settur u skont it-tip ta’ gass.
Gassijiet F
Il-gassijiet fluworinati (“gassijiet F”) għandhom effett ta’ tisħin globali sa 25 000 darba akbar mis-CO2. L-emissjonijiet tal-gassijiet F fl-UE jammontaw għal 2,5 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. L-idrofluworokarburi (HFCs) huma l-aktar gassijiet F importanti. Ir-regolamentazzjoni tal-gassijiet F fil-livell tal-UE kienet pjuttost effettiva. Wara l-2014, xejra ta’ 10 snin ta’ żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet F ġiet imreġġgħa lura minħabba r-Regolament kurrenti dwar il-gassijiet F (ir-Regolament (UE) Nru 517/2014). L-emissjonijiet tal-EU-27 naqsu bi ftit aktar minn 20 % mill-2014 sal-2021 u l-provvista tal-gass tal-idrofluworokarbur (HFC) lejn is-suq naqset b’47 % f’CO2-eq bejn l-2015 u l-2019, b’mod partikolari minħabba t-trasferiment tar-refriġerazzjoni lejn alternattivi li jirrispettaw aktar il-klima. Ir-Regolament tal-UE kien ta’ suċċess ukoll f’termini tal-iffaċilitar tal-ftehim globali li ntlaħaq fl-2016 biex l-HFCs jiġu eliminati gradwalment skont il-Protokoll ta’ Montreal (“Emenda ta’ Kigali”) li huwa stmat li jipprevjeni madwar 0,3-0,5 gradi Celsius ta’ tisħin globali sal-2100. Intlaħaq ftehim politiku dwar il-proposta tal-Kummissjoni ta’ April 2022 għal Regolament ġdid dwar il-gassijiet F għall-iffrankar ta’ emissjonijiet addizzjonali sal-2050; l-adozzjoni formali hija mistennija sal-aħħar tal-2023. L-ammont ta’ HFCs irid jitnaqqas b’madwar 95 % fl-2030 u b’100 % fl-2050 meta mqabbel mal-2015 74 . Dawn l-emissjonijiet iffrankati tal-gassijiet F se jappoġġaw l-isforzi tal-Istati Membri biex jilħqu l-mira tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi.
Politiki u miżuri nazzjonali fis-setturi tal-ESR
Il-leġiżlazzjoni tal-UE tappoġġa lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom skont l-ESR. Xi politiki f’setturi ewlenin tal-ESR huma deskritti fit-taqsima li jmiss.
Fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima (NECPRs) tal-2023, l-Istati Membri rrapportaw politiki u miżuri (PaMs) li kienu implimentaw jew qed jippjanaw li jimplimentaw biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u biex jilħqu l-miri kurrenti tagħhom għall-2030 skont l-ESR. L-Istati Membri rrapportaw 1900 miżura unika relatata mal-ESR, 10 % aktar meta mqabbla maċ-ċiklu ta’ rapportar preċedenti 75 .
Illustrazzjoni 14: L-għadd ta’ politiki u miżuri uniċi rrapportati mill-Istati Membri għas-settur tal-ESR 76
Ix-xejriet u l-politiki tal-emissjonijiet f’setturi ewlenin
Binjiet
Il-bini jirrappreżenta 40 % tal-enerġija kkonsmata u 36 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra relatati mal-enerġija fl-UE. It-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun jammontaw għal 80 % tal-enerġija li jikkunsmaw l-unitajiet domestiċi. Sabiex tilħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ 55 % sal-2030, l-UE għandha tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-binjiet b’60 %, il-konsum finali tal-enerġija tagħhom b’14 % u l-konsum tal-enerġija għat-tisħin u għat-tkessiħ bi 18 %. 77 Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 78 u l-Politika ta’ Koeżjoni jallokaw porzjon sinifikanti ta’ fondi għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-bini (ara l-Kapitolu 6).
Ir-Rapport dwar ir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali u dwar bini b’użu ta’ kważi żero enerġija jipprovdi l-ewwel valutazzjoni tal-implimentazzjoni u l-progress tal-Istrateġiji nazzjonali ta’ Rinnovazzjoni fit-Tul tal-2020 (LTSs), abbażi tar-rapporti ta’ progress integrati tal-NECP tal-2023. Dan juri li l-livell ta’ ambizzjoni tal-LTRSs mhux dejjem huwa konformi man-newtralità klimatika fl-2050, b’xi progress osservat fl-NECPRs, eż. lejn miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’ħafna pajjiżi, iżda mingħajr reviżjonijiet tal-ambizzjoni. Dan jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jittejjeb it-traċċar tal-evoluzzjoni tal-istokk tal-bini fl-Istati Membri u s-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-indikaturi u d-definizzjonijiet.
Ir-reviżjoni proposta tad- Direttiva dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandha l-għan li ttejjeb l-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul (mogħtija l-isem ġdid Pjanijiet Nazzjonali għar-Rinnovazzjoni tal-Bini) bi pjan direzzjonali ċar għal stokk tal-bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050 (ara l-Kapitolu 2 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”).
Agrikoltura
L-emissjonijiet agrikoli tal-UE jirrappreżentaw madwar għaxra fil-mija tal-emissjonijiet kumplessivi ta’ gassijiet serra, li madwar żewġ terzi minnhom jiġu mill-bhejjem. Mill-2005, id-data tal-inventarju staġnat turi tnaqqis annwali bil-mod ta’ 0,7 MtCO2-eq bejn l-2005 u l-2021. L-aħħar projezzjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri jindikaw li skont il-miżuri eżistenti, il-pass tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux se jinbidel sal-2030 (‑1 % meta mqabbel mal-2021, jew tnaqqis medju annwali ta’ 0,6 MtCO2-eq). Madankollu, b’miżuri addizzjonali, l-emissjonijiet aggregati proġettati mill-agrikoltura jindikaw tnaqqis viżibbli sal-2030 (5 %, jew tnaqqis medju annwali ta’ 2,2 MtCO2-eq). Huwa ċar li hemm bżonn ta’ aktar sforz biex jiġu implimentati miżuri ta’ mitigazzjoni fis-settur agrikolu (Illustrazzjoni 15.a).
Illustrazzjoni 15: L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur agrikolu (UE, 2005-2021) u politiki u miżuri rrapportati tal-2023 għas-settur agrikolu (skont l-objettivi)
Illustrazzjoni 15.a |
Illustrazzjoni 15.b |
Trasport
L-emissjonijiet mit-trasport jirrappreżentaw aktar minn għoxrin fil-mija tal-emissjonijiet domestiċi kumplessivi tal-gassijiet serra tal-UE, li minnhom il-maġġoranza l-kbira jiġu mit-trasport bit-triq (jiġifieri madwar 95 %, jew 75 % meta jiġu inklużi l-bunkers internazzjonali). Mill-2005 ’l hawn, l-emissjonijiet naqsu bi ftit biss. Id-data tal-inventarju turi tnaqqis annwali ta’ 4 MtCO2-eq bejn l-2005 u l-2021, pass li b’mod ċar ma huwiex biżżejjed biex tintlaħaq il-mira tal-UE għall-2030 kif deskritta fl-analiżi tal-Kummissjoni 79 .
Il-karozzi tal-passiġġieri u l-vannijiet jiġġeneraw aktar minn 70 % tal-emissjonijiet kollha tas-CO2 tat-trasport bit-triq fl-UE. L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għal karozzi u vannijiet ġodda u għal vetturi heavy-duty huma xprunaturi ewlenin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport bit-triq. Skont id-data ta’ monitoraġġ proviżorja għall-vetturi rreġistrati fl-UE, fl-Iżlanda u fin-Norveġja fl-2022, 80 l-emissjonijiet medji tas-CO2 tal-Proċedura ta’ Ttestjar armonizzata fuq Livell Dinji għall-vetturi Ħfief (WLTP) 81 minn karozzi ġodda u vannijiet ġodda komplew jonqsu, għal 108,2 CO2/km minn 114,1 g CO2 /km fl-2021 għall-karozzi u għal 185,3 g CO2/km minn 193,3 g CO2/km fl-2021 għall-vannijiet. Dan ikompli x-xejra ’l isfel qawwija fl-emissjonijiet tas-CO2 ikkawżata mill-miri aktar stretti li ilhom japplikaw mill-2020. Sal-2022, l-emissjonijiet minn karozzi u vannijiet ġodda naqsu b’27 % u 9 %, rispettivament, meta mqabbla mal-livelli tal-2019 (Illustrazzjoni 16). It-tnaqqis qawwi huwa dovut għaż-żieda fis-sehem ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vetturi b’emissjonijiet żero. Fl-2022, 13,4 % tal-karozzi l-ġodda u 5,9 % tal-vannijiet il-ġodda ma kellhom l-ebda emissjoni mit-tailpipe (żieda minn 2,2 % u 1,4 % fl-2019, rispettivament). L-istandards riveduti tas-CO2 adottati dan l-aħħar jirrikjedu tnaqqis ulterjuri fl-emissjonijiet. Mill-2030, u meta mqabbla mal-linja bażi tal-2021, l-emissjonijiet jeħtieġ li jitnaqqsu b’55 % għall-karozzi l-ġodda u b’50 % għall-vannijiet il-ġodda. Sal-2035, il-karozzi u l-vannijiet ġodda kollha għandhom ikunu b’emissjonijiet żero.
Illustrazzjoni 16: L-emissjonijiet medji tas-CO2 (tikek) u l-miri tal-UE għall-flotta kollha (linji) għal karozzi ġodda (xellug) u vannijiet (lemin)
Illustrazzjoni 16.a Karozzi ġodda
|
Illustrazzjoni 16.b Vannijiet ġodda |
Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil tikkontribwixxi wkoll biex tnaqqas l-emissjonijiet tat-trasport; din tirrikjedi li l-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils titnaqqas b’6 % sal-2020 meta mqabbla mal-livelli tal-2010. L-intensità medja tal-gassijiet serra tal-fjuwils fornuti fl-2021 kienet 5,5 % aktar baxxa milli fl-2010. Il-progress miksub mill-fornituri tal-fjuwil tal-UE jvarja ħafna bejn l-Istati Membri (Illustrazzjoni 17).
Illustrazzjoni 17: Tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra tal-fjuwils miksub mill-fornituri tal-fjuwil tal-UE fl-EU-27, 2010-2019 u 2010-2021 (Sors: EEA)
4L-UŻU TAL-ART, IT-TIBDIL FL-UŻU TAL-ART U L-FORESTRIJA
Is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art, u tal-forestrija (LULUCF) għandu rwol sinifikanti biex jintlaħaq l-għan tal-UE għan-newtralità klimatika. Fl-UE, is-settur tal-LULUCF jassorbi aktar gassijiet serra milli jemetti, filwaqt li jneħħi volumi sinifikanti ta’ karbonju mill-atmosfera. Is-settur jipprovdi wkoll bijomaterjali li jissostitwixxu materjali fossili jew dawk intensivi fil-karbonju, li huwa daqstant importanti fit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Madankollu, l-assorbimenti tal-karbonju naqsu b’veloċità inkwetanti f’dawn l-aħħar snin.
Din ix-xejra hija dovuta l-aktar għal tnaqqis fl-assorbimenti relatati mal-foresti, ikkawżat prinċipalment minn żieda fil-ħsad. Fuq livell inqas, dan huwa kkawżat ukoll minn sekwestru mnaqqas tal-karbonju f’foresti li qed jixjieħu f’ċerti Stati Membri, minħabba rati ta’ tkabbir aktar baxxi. It-tibdil fil-klima nnifsu wkoll qed ikollu impatt dejjem akbar. Il-frekwenza u s-severità dejjem akbar tad-disturbi bħat-tqaċċit bir-riħ, it-tifqigħat tal-insetti, u tal-fungus, in-nirien fil-foresti, u n-nixfiet qed jimminaw ir-rwol tal-foresti bħala bir tal-karbonju u f’xi każijiet biddilhom temporanjament f’sorsi tal-karbonju. Hemm ħafna indikazzjonijiet li, minħabba t-tibdil fil-klima, ir-robustezza futura tal-bjar tal-foresti tal-Ewropa għadha ’l bogħod milli tiġi garantita. It-tnaqqis fl-espansjoni taż-żona tal-foresti kkontribwixxa wkoll għat-tnaqqis fl-assorbimenti, iżda b’impatt iżgħar. Fil-livell tal-UE, ir-raba’, il-mergħat, l-artijiet mistagħdra, u l-insedjamenti huma prinċipalment sorsi ta’ emissjonijiet tal-LULUCF, b’ħamrija organika ġestita li tiġġenera emissjonijiet partikolarment għoljin.
rwol akbar għas-settur tal-LULUCF biex jappoġġa l-azzjoni klimatika
Ir-Regolament rivedut dwar il-LULUCF
82
jistabbilixxi kif is-sorsi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti fis-settur tal-użu tal-art jikkontribwixxu għall-għanijiet klimatiċi tal-UE, b’mira li jinkisbu assorbimenti netti tal-karbonju bbażati fuq l-art ta’ -310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2sal-2030.
83
Biex jintlaħaq dan, il-miri huma allokati lill-Istati Membri abbażi taż-żona totali tal-art ġestita fit-territorju tagħhom. Il-mira tal-2030 ta’ kull Stat Membru tirrikjedi li dawn iżidu l-ambizzjoni klimatika tagħhom għall-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art.
Ir-regolament rivedut jistabbilixxi żewġ perjodi ta’ konformità:
·Mill-2021 sal-2025: il-valutazzjoni tal-progress tal-Istati Membri hija bbażata fuq parametri referenzjarji għall-attivitajiet tal-użu tal-art, bħal-Livelli ta’ Referenza għall-Foresti 84 għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Fil-kategoriji kollha tal-art, Stat Membru għandu jissodisfa r-regola ta’ “ebda debitu”, jiġifieri l-krediti jew id-debiti ġġenerati f’kategoriji individwali tal-art iridu jammontaw għal mill-inqas żero. Jekk ir-regola ta’ “ebda debitu” ma tiġix issodisfata u Stat Membru jkollu debitu nett, huwa jkun jista’ juża għadd ta’ flessibbiltajiet biex jikkumpensa d-debitu nett (eż. billi jixtri krediti minn Stati Membri oħra). Jekk jibqa’ debitu nett mill-ewwel perjodu ta’ konformità, anke wara li jintużaw il-flessibbiltajiet kollha, dan id-debitu nett se jiġi ttrasferit fil-kont ESR tal-Istat Membru.
·Mill-2026 sal-2030: kull Stat Membru jeħtieġlu jissodisfa mira nazzjonali vinkolanti fl-2030 abbażi tas-somma tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti rrapportati fil-kategoriji kollha tal-art. Il-parametri referenzjarji ma għadhomx japplikaw għal kategoriji ta’ art individwali. Se jinħoloq “baġit għall-assorbimenti netti” għall-perjodu 2026-2029 biex tiġi vverifikata l-prestazzjoni ta’ kull Stat Membru. Kwalunkwe debitu f’dan il-perjodu se jiġi riportat għall-valutazzjoni tal-konformità finali għall-mira tal-2030.
Valutazzjoni tal-progress fis-settur tal-LULUCF
Fl-2021, il-bir tal-karbonju tal-UE kiseb assorbiment nett ta’ -230 Mt CO2-eq 85 . Ix-xejra li jiġi osservata f’dawn l-aħħar snin għadha tippersisti, u d-daqs tal-bir tal-karbonju qed ikompli jonqos, għalkemm, abbażi ta’ data approssimata, il-bir huwa stmat li żdied għal -244 Mt CO2-eq fl-2022.
Bir-regoli kurrenti dwar il-kontabbiltà tal-LULUCF – b’ambitu limitat – applikabbli għall-perjodu mill-2021 sal-2025, il-bilanċ “kontabilistiku” proviżorju għall-2021 permezz tas-sottomissjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-2023 ipproduċa kreditu kontabilizzati żgħir ta’ -14 MT CO2-eq. Bħala tali, l-UE kollha kemm hi tissodisfa r-regola ta’ konformità ta’ “ebda debitu” għall-ewwel sena tal-perjodu ta’ konformità 2021-2025. Abbażi ta’ stimi li jużaw data approssimata, l-2022 tipproduċi wkoll kreditu kontabilizzat żgħir.
Minkejja dan, abbażi ta’ sena waħda tal-perjodu ta’ konformità, u bl-esklużjoni tal-flessibbiltajiet l-oħra disponibbli għall-Istati Membri fi tmiem il-perjodu ta’ konformità, disa’ Stati Membri wrew debiti kontabilistiċi potenzjali, 86 filwaqt li Franza, il-Finlandja u ċ-Ċekja wrew l-akbar debitu. 18-il Stat Membru kellhom krediti kontabilistiċi potenzjali 87 filwaqt li Spanja, il-Ġermanja u r-Rumanija kellhom l-akbar kreditu nett fl-UE.
Abbażi tad-data approssimata għall-2022, 88 bir-regoli kontabilistiċi applikati, 16-il Stat Membru kellhom krediti potenzjali 89 u għaxar Stati Membri wrew debiti potenzjali 90 . Iċ-Ċekja u l-Finlandja juru tnaqqis fid-debitu filwaqt li l-Latvja tgħaddi minn kreditu għal debitu. L-Italja u r-Rumanija juru żieda fil-krediti. Ħames Stati Membri ppreżentaw data tal-inventarju tal-2021 bħala data approssimata għall-2022 91 . (Għal aktar dettalji ara l-Kapitolu 9 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”).
F’konformità mal-obbligi ta’ rapportar, l-Istati Membri rrapportaw il-kreditu jew id-debitu kontabilizzat totali proġettat tagħhom tal-LULUCF għall-perjodu mill-2021 sal-2025 92 . Minn dan, 16-il Stat Membru rrapportaw projezzjonijiet b’miżuri eżistenti 93 (WEM), u 10 Stati Membri rrapportaw projezzjonijiet b’miżuri addizzjonali 94 (WAM). Wara l-kalkoli 95 , xi Stati Membri juru emissjonijiet kontabilizzati tad-debitu fis-sena għal kull sena mill-2021 sal-2025 96 . Dan iqajjem raġuni għal tħassib peress li hemm żmien limitat biex jiġu żviluppati politiki u jiġu implimentati miżuri ħalli titreġġa’ lura t-tendenza.
Il-projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti rrapportati, li ngħataw mill-Istati Membri f’Marzu 2023, ġew ivvalutati għall-progress tal-LULUCF lejn il-miri tal-2030. Il-projezzjonijiet b’miżuri eżistenti juru l-assorbimenti netti totali tal-UE ta’ -239 MT CO2-eq għall-2030 u -260 MT CO2-eq b’miżuri addizzjonali, u dan iħalli distakk ta’ madwar 50-70 MT CO2-eq biex tintlaħaq il-mira għall-2030. Dan ifisser li, skont il-projezzjonijiet, l-UE ma hijiex fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tal-assorbimenti netti għall-2030 ta’ -310 Mt CO2-eq.
Illustrazzjoni 18: L-emissjonijiet u l-assorbimenti tas-settur tal-art fl-UE, skont il-kategorija ewlenija tal-użu tal-art
97
Bħala konklużjoni, abbażi tad-data u l-informazzjoni limitati disponibbli bħalissa, l-Istati Membri huma mħeġġa fil-kuntest tal-proċess ta’ aġġornament tal-NECP li għaddej biex jirriflettu aktar dwar kif iżidu l-ambizzjoni u l-azzjoni fit-territorju tagħhom. Wara s-sottomissjoni tal-NECPs aġġornati finali fl-2024, il-Kummissjoni se tirritorna għall-valutazzjoni ta’ jekk l-Istati Membri humiex qed jagħmlu biżżejjed progress. Progress insuffiċjenti jista’ jwassal għall-ħtieġa ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva skont l-Artikolu 13(d) tar-Regolament dwar il-LULUCF.
azzjoni biex jiżdied il-monitoraġġ tal-art
Il-proposta għal Direttiva dwar il-monitoraġġ u r-reżiljenza tal-ħamrija 98 u r-Regolament 99 rivedut dwar il-LULUCF se jsaħħu lil xulxin: ħamrija b’saħħitha tissekwestra aktar karbonju u l-objettivi tal-LULUCF jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija. Ir-regolament dwar il-LULUCF jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu sistemi biex jimmonitorjaw, fost l-oħrajn, il-ħażniet tal-karbonju fil-ħamrija 100 .
Monitoraġġ aħjar tal-art u tal-ħamrija se jgħin biex tiġi mmirata l-azzjoni dwar miżuri li jiftħu l-akbar benefiċċji klimatiċi. L-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri jirfdu l-azzjoni klimatika u qed jiżviluppaw kontinwament ukoll. Huma mistennija kalkoli mill-ġdid ibbażati fuq data u metodi aħjar b’reazzjoni għar-rekwiżiti l-ġodda dwar l-istatistika tal-kwalità fir-Regolament rivedut dwar il-LULUCF. It-titjib fl-inventarji tal-gassijiet serra, ibbażat fuq data dwar l-attività armonizzata u rfinata u fatturi ta’ assorbimenti/emissjonijiet se jkun kruċjali biex tiġi ffaċilitata l-azzjoni. Data aħjar, aktar f’waqtha u mmappjata se tgħin biex jiġi segwit il-progress nazzjonali u kollettiv tal-UE lejn l-objettivi klimatiċi, u tiggwida azzjoni infurmata u akkurata u aktar miżuri. Matul l-aħħar snin, l-Istati Membri għamlu progress fir-rapportar tal-inventarju tagħhom. Pereżempju, fil-kopertura tagħhom ta’ raggruppamenti tal-karbonju u fil-kwalità tad-data u tal-informazzjoni metodoloġika sottomessi. Teknoloġiji avvanzati, bħal dawk disponibbli fl-ambitu tal-programmi tal-UE jipprovdu mapep diġitali aġġornati b’osservazzjonijiet satellitari u tal-art rilevanti ħafna. Qed jittieħdu passi ġodda biex tiġi integrata data mis-servizzi satellitari u mis-settijiet ta’ data ta’ Copernicus bħal dawk użati għall-Politika Agrikola Komuni (PAK).
Inizjattivi relatati fl-agrikoltura u fil-forestrija
L-Istati Membri jeħtieġ li jirriflettu dwar ir-rwol tas-settur tal-użu tal-art meta jaġġornaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima (NECPs) għall-perjodu mill-2021 sal-2030. Dan l-aġġornament huwa kruċjali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jsegwu l-progress meta mqabbel mal-miri u biex l-UE tkun tista’ tiżgura ambizzjoni akbar. Sas-16 ta’ Novembru 2023, l-Istati Membri jeħtiġilhom jivvalutaw ukoll jekk il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom humiex konformi mal-miri l-ġodda skont ir-Regolament rivedut dwar il-LULUCF u l-ESR u jemendaw il-pjanijiet tagħhom kif meħtieġ.
Aċċess għall-finanzjament u għall-inċentivi
Huma disponibbli jew qed jiġu żviluppati ħafna mekkaniżmi u inċentivi ta’ finanzjament biex jinkoraġġixxu l-assorbimenti tal-karbonju, permezz ta’ sorsi mis-settur pubbliku jew privat. L-UE tipprovdi finanzjament fl-ambitu tal-PAK, programmi oħra tal-UE bħal LIFE, Orizzont Ewropa (b’mod partikolari l-Missjoni dwar il-Ħamrija), u l-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni. Fl-2023, il-Kummissjoni adottat gwida dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE għal ħamrija b’saħħitha 101 . L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw ukoll l-użu ta’ prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li ġew riveduti u jippermettu l-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema tal-foresti bħar-regolamentazzjoni tal-klima u r-restawr tal-bijodiversità. Il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ pagament għas-servizzi tal-ekosistema tal-foresti 102 tipprovdi aktar informazzjoni għall-atturi. Il-PAK u l-għajnuna mill-Istat ikopru l-finanzjament għall-investimenti u miżuri bħat-taħriġ, il-pariri jew il-kooperazzjoni, li jgħinu biex jiġu mmassimizzati l-effetti. Inizjattivi privati marbuta mas-swieq volontarji tal-karbonju jew ma’ taħlita ta’ għażliet differenti ta’ finanzjament jistgħu jissupplimentaw u jippromwovu aktar l-użu fuq skala kbira tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola.
Sabiex tiżgura assorbimenti tal-karbonju ċċertifikati fl-UE ta’ kwalità għolja, il-Kummissjoni pproponiet qafas regolatorju tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju 103 li jipprovdi lill-Istati Membri sett ta’ għodod biex iżidu l-assorbimenti tal-karbonju. Il-qafas ta’ ċertifikazzjoni se jgħin biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni trasparenti, permezz ta’ metodoloġiji standardizzati, tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u soluzzjonijiet industrijali li jneħħu s-CO2 mill-atmosfera u jaħżnuh fit-tul. Iċ-ċertifikati tal-assorbimenti tal-karbonju jistgħu jgħinu wkoll lill-organizzazzjonijiet jappoġġaw asserzjonijiet kredibbli dwar l-assorbimenti tal-karbonju u jissodisfaw l-aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati li l-assorbimenti tal-karbonju ma għandhomx jintużaw għall-greenwashing, f’konformità mad-direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà 104 u mad-direttiva proposta dwar l-asserzjonijiet ekoloġiċi 105 . Biex tiffaċilita l-ħidma futura taħt din l-inizjattiva, il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Esperti dwar l-assorbimenti tal-karbonju 106 .
5REŻILJENTI GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA
It-telf minn diżastri relatati mat-temp u mal-klima huwa sinifikanti. Il-mewġiet tas-sħana tas-sajf 2022 huma stmati li kkawżaw aktar minn 61 000 mewta żejda fl-Ewropa. 107 L-għargħar estrem għal għarrieda fis-sajf tal-2021 ikkawża EUR 46 biljun ta’ ħsara ekonomika. 108 Ir-riskji klimatiċi se jkomplu jintensifikaw, u l-IPCC jivvaluta li t-tieqa ta’ opportunità biex jiġu evitati l-agħar konsegwenzi hija “qasira u tagħlaq malajr”. 109
L-UE għandha obbligu skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima li tiżgura progress kontinwu fil-bini tal-kapaċità tagħha li tadatta għall-effetti tat-tibdil fil-klima, tagħti spinta lir-reżiljenza tagħha u tnaqqas il-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima. It-taqsima li jmiss tipprovdi valutazzjoni ta’ livell għoli ta’ dak il-progress fil-livell ta’ politika tal-UE. Din hija segwita minn valutazzjoni tal-progress kollettiv mill-Istati Membri kollha. Aktar informazzjoni tinsab fil-Kapitoli 7 u 10 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima” li jakkumpanja dan ir-rapport. Hemm ukoll rapport separat dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ adattament tal-UE.
L-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE
L-UE aġġornat l-istrateġija ta’ adattament tagħha fl-2021. L-istrateġija fiha 49 azzjoni li l-Kummissjoni impenjat ruħha għalihom, mifruxa fuq erba’ objettivi: adattament aktar intelliġenti, aktar sistemiku, aktar mgħaġġel u internazzjonali għat-tibdil fil-klima. L-azzjonijiet tfasslu biex ikopru oqsma kbar f’termini ta’ politiki u spiss jirrikjedu sekwenzjar bir-reqqa tal-miżuri.
Biex ittejjeb l-għarfien u timmaniġġja l-inċertezza, il-Kummissjoni, flimkien mal-EEA, espandiet il-kontenut u s-sħab tal-Osservatorju Ewropew tal-Klima u s-Saħħa 110 biex tgħin fil-bini tar-reżiljenza għall-impatti tat-tibdil fil-klima fuq saħħet il-bniedem. Hija ppubblikat sejħiet ġodda għal proġetti fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa biex jiġu eliminati d-diskrepanzi fl-għarfien dwar l-impatti klimatiċi u r-reżiljenza u qed tiżviluppa ċ-Ċentru tad-Data dwar ir-Riskji. 111 Il-Kummissjoni qed taħdem biex tespandi l-kontenut u l-impatt tal-pjattaforma għall-iskambju tal-għarfien dwar l-adattament għat-tibdil fil-Klima.
L-ewwel Valutazzjoni Ewropea tar-Riskju Klimatiku li qatt saret għandha tiġi ppubblikata fir-rebbiegħa tal-2024. Id-Djalogi dwar ir-Reżiljenza għall-Klima 112 laqqgħu flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, lill-assiguraturi, lill-maniġers tar-riskji, lill-konsumaturi, lill-assoċjazzjonijiet tal-bliet u lil partijiet ikkonċernati oħra biex jiddiskutu u jidentifikaw azzjonijiet possibbli, dwar l-assigurazzjoni u l-investiment fl-adattament biex jgħinu jillimitaw id-diskrepanza fil-protezzjoni tal-klima.
L-Osservatorju Ewropew tan-Nixfiet jippromwovi l-użu sostenibbli tal-ilma ħelu billi jipprovdi għarfien. Sabiex tiġi indirizzata l-iskarsezza tal-ilma, jista’ jerġa’ jintuża sitt darbiet aktar ilma mil-livelli kurrenti, iffaċilitat mir-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma li daħal fis-seħħ fl-2023. 113
Il-Kummissjoni żiedet l-integrazzjoni sistematika tal-azzjoni ta’ adattament fl-istrateġiji u fil-pjanijiet settorjali, b’linji gwida aġġornati dwar l-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ adattament tal-Istati Membri u appoġġ komplementari mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku tal-Kummissjoni, inkluż fl-ambitu tal-proġett ewlieni tagħha tal-2023 dwar l-adattament. Fl-2021, il-Kummissjoni ppubblikat gwida teknika dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika ta’ proġetti ta’ infrastruttura u, fl-2023, dwar it-titjib tar-reżiljenza tal-bini għat-tibdil fil-klima. Il-verifika tar-reżistenza klimatika tapplika għall-infrastruttura u għall-bini ffinanzjati mill-baġit tal-UE. Il-Patt Klimatiku Ewropew, 114 pjattaforma tal-partijiet ikkonċernati mnedija mill-Kummissjoni biex tagħti s-setgħa li ċ-ċittadin jaġixxi u jippromwovi kwistjonijiet klimatiċi, ikompli jmexxi attivitajiet ta’ adattament u mitigazzjoni. Il-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politika skont il-Patt tas-Sindki tal-UE involviet aktar minn elf persuna matul l-aħħar sena u nofs, inkluż 350 muniċipalità, f’workshops nazzjonali, filwaqt li tmien bliet żviluppaw skambji bejn il-pari dwar l-azzjoni klimatika u 37 miżura ta’ adattament li qed jiġu implimentati.
Sar progress sew fl-implimentazzjoni tal-Missjoni tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, 115 imfassla biex tħaffef l-azzjoni innovattiva ta’ adattament fil-livelli lokali u reġjonali. Aktar minn 300 reġjun u komunità, li jkopru madwar 40 % tal-UE, iffirmaw il-Karta tal-Missjoni u impenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien biex jaċċelleraw it-trasformazzjoni tagħhom għar-reżiljenza klimatika; il-Komunità ta’ Prattika ta’ Adattament hija attiva, u l-faċilità ta’ appoġġ tekniku tal-Missjoni hija operattiva.
Ir-reżiljenza għall-klima bħala kwistjoni issa hija ferm aktar viżibbli fil-politiki tal-UE minn ftit snin ilu. Kien hemm sforzi biex jiġu appoġġati l-objettivi ta’ adattament fi proposti leġiżlattivi fejn ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima (jew ir-riskji li jinteraġixxu mal-impatti klimatiċi) ma kinitx l-objettiv primarju. Pereżempju, il-proposta biex tiġi emendata d-Direttiva dwar l-Oqfsa Baġitarji, fil-kuntest tar-rieżami tal-governanza ekonomika, tinkludi rekwiżiti ta’ rapportar għall-Istati Membri dwar ir-riskji makrofiskali mit-tibdil fil-klima u dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mad-diżastri u mal-klima.
Bl-istess mod, ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi kienet tinkludi miżuri biex jiġi indirizzat il-fluss eċċessiv tas-sistemi tad-drenaġġ ikkawżat minn għargħar għal għarrieda, li x’aktarx isir aktar intens u frekwenti madwar l-Ewropa minħabba l-klima li qed tinbidel. L-implimentazzjoni se jkollha tkompli, filwaqt li tibni fuq il-miżuri mibdija skont l-istrateġija ta’ adattament. Il-Kummissjoni issa tirrikjedi wkoll verifika tal-konsistenza mal-objettivi ta’ adattament fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha stess (ara l-Kapitolu 1 għal valutazzjoni tal-verifika tal-konsistenza), li għandha ssir b’mod sistematiku, filwaqt li tkopri kemm l-objettivi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet kif ukoll tal-adattament.
Valutazzjoni tal-progress kollettiv tal-Istati Membri dwar l-adattament
L-Artikolu 6.1b tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima jirrikjedi li l-Kummissjoni tivvaluta l-progress kollettiv li sar mill-Istati Membri kollha dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima. Għall-ewwel darba, din it-taqsima tivvaluta l-progress li rrapportaw u li għamlu biex itejbu l-kapaċità adattiva, isaħħu r-reżiljenza, u jnaqqsu l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima.
L-Istati Membri jirrapportaw li bħalissa l-aktar perikli klimatiċi akuti osservati fl-Ewropa huma l-mewġ tas-sħana, in-nixfiet, l-għargħar, ix-xita qawwija, u n-nirien. Dawn jikkwotaw it-temperatura li qed tinbidel, ix-xejriet tax-xita li qed jinbidlu, iż-żieda fil-livell tal-baħar u l-varjabbiltà idroloġika bħala l-aktar perikli klimatiċi kroniċi frekwenti. Huma jantiċipaw li l-perikli futuri se jkunu l-istess bħal dawk li qed jiġu osservati bħalissa, għajr l-iskarsezza tal-ilma, li seba’ pajjiżi jantiċipaw li se jkun periklu ewlieni futur addizzjonali.
Is-saħħa, l-agrikoltura, il-forestrija, il-bijodiversità, l-enerġija, u l-ġestjoni tal-ilma huma l-oqsma rrapportati bħala l-aktar affettwati mit-theddid klimatiku fl-Ewropa.
Kważi l-Istati Membri kollha wettqu valutazzjonijiet tar-riskju klimatiku, 14 minn dawn il-valutazzjonijiet ġew aġġornati dan l-aħħar, u l-bqija huma dalwaqt skedati għal aġġornamenti.
L-Istati Membri kollha għandhom stabbiliti strateġiji nazzjonali ta’ adattament u/jew pjanijiet nazzjonali ta’ adattament. Parti konsiderevoli minn dawn l-istrateġiji u l-pjanijiet dan l-aħħar ġew imġedda jew qed jiġu riveduti u se jiġġeddu matul is-snin li ġejjin. Ġew adottati aktar pjanijiet nazzjonali ta’ adattament settorjali. Ix-xenarju tal-politika huwa varjat. Minn naħa waħda hemm kontinwità fil-prijoritajiet fit-tul, żieda fl-allinjament mal-oqfsa Ewropej, strumenti leġiżlattivi li qed jevolvu, u tibdil inkrementali fl-enfasi tal-politika. Min-naħa l-oħra, hemm sfidi, lakuni, u ostakli għall-governanza tal-azzjoni ta’ adattament.
Ġew żviluppati strutturi u mekkaniżmi ta’ governanza nazzjonali u subnazzjonali għall-integrazzjoni tal-politika orizzontali u l-koordinazzjoni f’diversi livelli (vertikali) u issa huma prinċipalment stabbiliti. Il-mandati u l-karatteristiċi operazzjonali ta’ dawn l-istrutturi jvarjaw ħafna. Tmien Stati Membri jirrapportaw li għandhom elementi inkorporati tas-sistemi ta’ politika ta’ adattament tagħhom f’oqfsa legali vinkolanti. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jużaw forom ta’ governanza vertikali u orizzontali flessibbli u bbażati fuq il-kollaborazzjoni.
Sar progress fil-kooperazzjoni internazzjonali u tranżnazzjonali dwar l-adattament f’żewġ terzi tal-Istati Membri. Il-kunsiderazzjoni tal-ġustizzja soċjali u l-ekwità fil-miżuri ta’ adattament għadha fi stadju bikri f’ħafna pajjiżi, u dan jenfasizza qasam ewlieni għal enfasi futura, biex jiġu indirizzati l-impatti sproporzjonati tat-tibdil fil-klima fuq il-gruppi vulnerabbli. Żewġ terzi tal-Istati Membri għamlu progress fl-involviment tal-partijiet ikkonċernati relatati mal-politika ta’ adattament.
L-Istati Membri qed jagħmlu wkoll progress fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ adattament, inkluża l-integrazzjoni tal-adattament fil-politiki u fil-pjanijiet settorjali. Huma għamlu progress sinifikanti biex jintegraw l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-oqfsa nazzjonali ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u fl-ippjanar settorjali. Il-valutazzjoni tal-kostijiet tal-adattament tibqa’ sfida għal ħafna Stati Membri u spiss issir biss parzjalment. Il-pjanijiet u l-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament spiss ma jkollhomx baġits jew flussi ta’ finanzjament iddedikati għall-implimentazzjoni tagħhom, u l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ma għandhomx il-baġit meħtieġ biex jiffinanzjaw l-azzjoni ta’ adattament.
Nofs l-Istati Membri ilhom jirrapportaw żieda fl-attivitajiet ta’ monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni mill-2021, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.
6L-ALLINJAMENT TAL-INVESTIMENTI MAN-NEWTRALITÀ KLIMATIKA
Il-ħtiġijiet u x-xejriet tal-investiment fl-UE
It-tnaqqis tad-distakk fl-investiment għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika sal-2050 se jirrikjedi ammonti sostanzjali ta’ finanzjament. L-analiżijiet tal-Kummissjoni 116 jistmaw li l-ħtiġijiet addizzjonali ta’ investiment privat u pubbliku għat-tranżizzjoni ekoloġika huma ta’ EUR 477 biljun fis-sena bejn l-2021 u l-2030 117 , u l-implimentazzjoni tal-objettivi tar-REPowerEU tirrikjedi investiment addizzjonali stmat sa EUR 35 biljun fis-sena bejn l-2022 u l-2027 118 . Sadanittant, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-manifattura tal-UE għal teknoloġiji strateġiċi b’emissjonijiet żero netti, kif stabbilit fl-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (NZIA), se jirrikjedi investiment li jammonta għal madwar EUR 92 biljun, akkumulat matul il-perjodu bejn l-2023 u l-2030, meta mqabbel ma’ EUR 52 biljun taħt xenarju ta’ status quo. L-eliminazzjoni tad-diskrepanzi fl-investiment għal objettivi ambjentali oħra (l-ekonomija ċirkolari, it-tniġġis, l-ilma, il-bijodiversità) għat-tranżizzjoni ekoloġika se tirrikjedi madwar EUR 110 biljun fis-sena bejn l-2021 u l-2030,106 b’kobenefiċċji tal-azzjoni klimatika (eż. l-assorbiment u l-ħżin tal-karbonju). Filwaqt li dawn iċ-ċifri ma għandhomx jingħaddu flimkien minħabba l-ambitu, il-perjodu ta’ żmien u l-metodu ta’ stima differenti tagħhom, dawn iwasslu l-kobor tal-isfida.
Id-data turi li f’dawn l-aħħar snin, is-swieq finanzjarji bdew jippermettu t-tranżizzjoni wkoll, żvilupp importanti minħabba l-limiti għall-finanzi pubbliċi. Dan huwa xprunat minn sensibilizzazzjoni dejjem akbar dwar l-impatti finanzjarji tar-riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima 119 u minn qafas ta’ politika dwar il-finanzi sostenibbli li qed jevolvi malajr b’żieda fid-domanda tal-investituri għal investimenti ġenwinament sostenibbli.
Il-monitoraġġ tal-allinjament tal-finanzjament mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika
Il-monitoraġġ tax-xejriet tal-investiment fil-klima u f’finanzjament ekoloġiku ieħor għadu ta’ sfida, speċjalment minħabba lakuni fid-data u standardizzazzjoni limitata tal-kategoriji tad-data. Id-divulgazzjonijiet meħtieġa skont il-qafas regolatorju dwar il-finanzi sostenibbli tal-UE huma mistennija jiffaċilitaw il-monitoraġġ ladarba jiġu implimentati. Diġà jistgħu jintużaw serje ta’ indikaturi biex jitkejlu l-istokkijiet u l-flussi ta’ finanzjament li jwasslu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-UE.
Hemm disponibbli data robusta biżżejjed dwar is-swieq tal-bonds ekoloġiċi, li żdiedu f’dawn l-aħħar snin. Il-ħruġ kumulattiv ta’ bonds allinjati mal-Prinċipji tal-Bonds Ekoloġiċi tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Suq Kapitali (ICMA) 120 x’aktarx li jaqbeż il-livell ta’ EUR 1 triljun fl-2023 (ara l-Illustrazzjoni 19).
Illustrazzjoni 19: Ħruġ ta’ Bonds Ekoloġiċi fl-UE allinjati mal-prinċipji ekoloġiċi tal-ICMA (volumi) 121
Din iż-żieda fil-ħruġ assolut ta’ bonds ekoloġiċi hija riflessa fis-sehem tal-bonds ekoloġiċi tas-suq tal-bonds korrispondenti (ara l-Illustrazzjoni 20). Għall-emittenti tal-UE u dawk mhux tal-UE, is-sehem fl-EU27 baqa’ inqas minn 1 % sal-2013, iżda żdied b’mod sinifikanti minn dak iż-żmien, saħansitra aktar b’mod konsiderevoli mill-2016, bis-saħħa ta’ tkabbir qawwi tas-segment ekoloġiku. Fl-2022, il-bonds ekoloġiċi kienu jirrappreżentaw 16 % tal-bonds maħruġa ġodda kollha fl-EU27, iżda 2 % biss tal-ħruġ kumplessiv fi swieq mhux tal-UE, li jikkonferma r-rwol ewlieni tal-Ewropa fis-suq kapitali tad-dejn sostenibbli.
Illustrazzjoni 20: Sehem tal-Bonds Ekoloġiċi fil-Ħruġ Ġdid Totali għall-UE u Mhux għall-UE (sat-30 ta’ Ġunju 2023) 122
Fl-2019, il-bonds marbuta mas-sostenibbiltà rriżultaw bħala strument finanzjarju ġdid, li jinċentiva t-tranżizzjoni b’miri kuntrattwali ta’ sostenibbiltà. L-użu tagħhom għadu limitat meta mqabbel ma’ bonds ekoloġiċi, u laħqu l-ogħla livell tagħhom fl-2021 b’EUR 51,8 biljun, minħabba l-iżvilupp aktar reċenti ta’ dan it-tip ġdid ta’ assi.
Madankollu, in-“natura ekoloġika” tal-bonds ekoloġiċi u tal-bonds marbuta mas-sostenibbiltà tibqa’ kawża ta’ tħassib minħabba r-riskju ta’ greenwashing minkejja l-ħolqien ta’ standards u prinċipji li jirrikjedu ċertifikazzjoni minn partijiet terzi u rapportar adegwat. Fil-bidu tal-2023 intlaħaq ftehim politiku dwar l-Istandard volontarju tal-Bonds Ekoloġiċi tal-UE, li se jibbaża fuq it-Tassonomija tal-UE u r-reviżuri indipendenti biex jipprovdu garanziji bi grad għoli ta’ fiduċja li l-finanzjament miġbur f’konformità ma’ dan l-istandard huwa ġenwinament “ekoloġiku” 123 .
Filwaqt li l-bonds jiġu nnegozjati pubblikament, fis-suq tas-self, is-self normalment iseħħ abbażi ta’ informazzjoni privata. Is-suq tas-self reċentement ra l-introduzzjoni ta’ prinċipji kodifikati biex tiġi ffaċilitata u appoġġata attività ekonomika ambjentalment sostenibbli. Is-self kollu li jsegwi l-prinċipji tas-Self Ekoloġiku tal-ICMA huwa ttikkettat bħala ekoloġiku. 124 Il-volumi tas-self ekoloġiku ilhom jiżdiedu b’mod kostanti fl-UE mill-2016, u laħqu kważi EUR 60 biljun fl-2022 (ara l-Illustrazzjoni 21, hawn taħt).
Illustrazzjoni 21: Ħruġ Annwali ta’ Self Ekoloġiku fl-UE (sat-30 ta’ Ġunju 2023) 125
Għall-fondi ta’ investiment, id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar id-Divulgazzjoni ta’ Finanzi Sostenibbli (SFDR) jitfa’ dawl fuq l-asserzjonijiet ta’ sostenibbiltà tal-finanzjaturi. Mill-2022, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni dwar il-prodotti finanzjarji tagħhom b’benefiċċji Ambjentali, Soċjali, ta’ Governanza (ESG) maħsuba. L-Illustrazzjoni 22 hawn taħt turi li l-assi totali mmaniġġjati għal prodotti b’karatteristiċi tal-ESG u prodotti b’objettiv ta’ sostenibbiltà għal żmien irrappreżentaw aktar minn nofs is-suq qabel ma stabbilizza għal madwar 50 % tal-assi kollha mmaniġġjati.
Illustrazzjoni 22: Assi mmaniġġjati permezz tal-Klassifikazzjoni SFDR 126
Madankollu, il-klassifikazzjonijiet ibbażati fuq l-SFDR mhux dejjem kienu kejl affidabbli tas-sostenibbiltà tal-fondi, peress li r-Regolament jagħti lill-parteċipanti fis-suq flessibbiltà konsiderevoli biex jiddefinixxu s-sostenibbiltà. Pereżempju, filwaqt li l-fondi li jsegwu l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati ma’ Pariġi jew tat-Tranżizzjoni Klimatika, 127 jistgħu jitqiesu sostenibbli, prodotti oħra għad għandhom skoperturi konsiderevoli għas-settur tal-fjuwils fossili 128 .
Illustrazzjoni 23: Il-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-UE skont in-natura ekoloġika, 2021 129
Il-finanzjament ekoloġiku jista’ jitkejjel ukoll permezz ta’ kapitalizzazzjoni tas-suq ekoloġiku (investimenti ta’ ekwità) ta’ kumpaniji b’domiċilju fl-UE, li tiddefinixxi d-ditti ekoloġiċi bħala dawk fl-inqas għaxar perċentil kemm għal-livelli tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra (l-ambitu 1 kif ukoll għall-ambitu 2) kif ukoll għall-intensitajiet tagħhom. Il-kumpaniji ekoloġiċi jirrappreżentaw sehem żgħir ħafna mill-kapitalizzazzjonijiet kumplessivi tas-suq (ara l-Illustrazzjoni 23, għall-2021).
L-istandard għad-definizzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi ekoloġiċi hija t-Tassonomija tal-UE, li hija l-pedament tal-qafas tal-Finanzi Sostenibbli tal-UE. Id-divulgazzjonijiet obbligatorji dwar l-allinjament tat-Tassonomija fuq il-Capex, l-OpEx u d-dħul għall-kumpaniji taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD) se jippermettu kwantifikazzjoni affidabbli tal-finanzi allinjati ma’ trajettorja b’emissjonijiet żero netti sal-2050 (u objettivi ambjentali oħra). Bl-ewwel rapportar dwar l-allinjament tat-tassonomija meħtieġ għall-2023, se jkun possibbli li din id-data tibda tinġabar mill-2024 ’il quddiem.
L-integrazzjoni tal-klima fil-politika tas-suq finanzjarju
Il-finanzi ekoloġiċi qed jiżdiedu u l-qafas regolatorju tal-finanzi sostenibbli li l-UE ilha li stabbiliet mill-2018 kien strumentali biex titmexxa r-riorjentazzjoni tal-flussi tal-kapital privati, iżda l-finanzjament ekoloġiku għadu ’l bogħod mil-livelli meħtieġa biex tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u reżiljenti għall-klima. Il-politika jeħtieġ li tiffoka mill-ġdid il-finanzjament għat-tranżizzjoni ta’ setturi “li jiddependu mill-fjuwils fossili” lejn dawk “ekoloġiċi”, filwaqt li tevita l-intrappolamenti li jimminaw l-għanijiet fit-tul. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2023 dwar il-Finanzi ta’ Tranżizzjoni tiddeskrivi kif diġà jista’ jintuża s-sett ta’ għodod eżistenti tal-UE 130 u tipprovdi punt tat-tluq għar-reviżjonijiet li ġejjin tal-politiki eżistenti tas-suq finanzjarju, inkluża l-identifikazzjoni ta’ politiki ġodda biex jiġi żgurat qafas komprensiv li jippermetti lill-UE tilħaq il-miri klimatiċi tagħha. L-impenn tal-Kummissjoni fl-Istrateġija Mġedda dwar il-Finanzi Sostenibbli tal-2021 biex tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tagħha sa tmiem l-2023 se jkun opportunità biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati ’l quddiem.
Finanzjament mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet
Il-Fond għall-Innovazzjoni huwa wieħed mill-istrumenti ewlenin fil-livell tal-UE biex iġib soluzzjonijiet għas-suq ħalli tiġi ddekarbonizzata l-ekonomija Ewropea, filwaqt li jappoġġa t-tranżizzjoni tagħha lejn in-newtralità klimatika waqt li jrawwem il-kompetittività tagħha. Dan huwa l-istrument ewlieni tal-Ewropa biex tintensifika l-istrateġija industrijali ekoloġika tagħha filwaqt li tippreżerva l-objettivi ta’ koeżjoni. Wara r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS, il-Fond għall-Innovazzjoni 131 se:
1)jikber minn 450 miljun għal madwar 530 miljun kwota tal-ETS;
2)Ikollu ambitu akbar f’termini ta’ setturi (marittimu, tal-avjazzjoni, tal-bini, tat-trasport bit-triq), id-daqs tal-għotja (l-introduzzjoni ta’ kategorija ta’ proġetti fuq skala medja, b’kostijiet totali ta’ investiment ta’ EUR 20 miljun sa EUR 100 miljun) u f’termini ta’ livell ta’ innovazzjoni, li jippermettu appoġġ biex jiżdiedu t-teknoloġiji innovattivi;
3)ikun jista’ jintroduċi mekkaniżmi ġodda ta’ finanzjament, bi proġetti magħżula permezz ta’ rkantijiet (offerti kompetittivi) u appoġġati permezz ta’ kuntratti ta’ primjum fissi, kuntratti għal differenza jew kuntratti għad-differenza għall-karbonju.
Il-portafoll tal-Fond għall-Innovazzjoni kompla jiżdied. Qed jiġu implimentati total ta’ 23 proġett fuq skala kbira (kostijiet totali tal-investiment ta’ aktar minn EUR 7,5 miljun) u 46 proġett fuq skala żgħira (kostijiet totali tal-investimenti ta’ inqas minn EUR 7,5 miljun), b’kontribuzzjoni totali tal-UE li tammonta għal EUR 3,1 biljun. L-investiment mobilizzat minn dawn il-kontribuzzjonijiet ta’ għotjiet jammonta għal aktar minn EUR 13-il biljun (kostijiet kapitali aggregati stmati għad-69 proġett). Wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati mit-tielet sejħa għal proġetti fuq skala kbira, 41 proġett ieħor b’għotjiet totali li jammontaw għal EUR 3,6 biljun bħalissa qed iħejju l-ftehimiet ta’ għotja tagħhom mas-CINEA. Fl-istess ħin, total ta’ 43 proġett ingħataw assistenza għall-iżvilupp tal-proġett sa nofs l-2023. It-tielet sejħa għal proġetti fuq skala żgħira għalqet f’Settembru 2023; Waslu 72 applikazzjoni, li talbu EUR 289 miljun, 2,9 darbiet aktar mill-baġit tas-sejħa ta’ EUR 100 miljun. It-tnedija ta’ sejħa ġdida għall-proposti hija ppjanata sa tmiem l-2023, b’baġit totali ta’ EUR 4 biljun, li jkopri proġetti żgħar, medji u fuq skala kbira.
Barra minn hekk, wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu kompetittiv ta’ offerti fid-Direttiva riveduta dwar l-ETS, l-ewwel irkant organizzat fil-livell tal-UE fl-ambitu tal-Fond għall-Innovazzjoni, dwar l-idroġenu rinnovabbli, huwa ppjanat li jitnieda sa tmiem is-sena, b’baġit ta’ EUR 800 miljun, biex jindirizza l-prijoritajiet imressqa fil-Komunikazzjoni dwar il- Bank tal-Idroġenu , 132 fil- Pjan industrijali tal-Patt Ekoloġiku 133 u fl- Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti 134 .
Il-Fond għall-Modernizzazzjoni jappoġġa lill-Istati Membri b’introjtu aktar baxx b’assistenza finanzjarja, iġġenerata permezz tal-ETS, biex jimmodernizzaw is-sistemi tal-enerġija tagħhom u jtejbu l-effiċjenza enerġetika. Sal-2030, aktar minn 750 miljun kwota se jiġu rkantati biex jappoġġaw lil dawn l-Istati Membri, żieda ta’ 110 miljun kwota (li jirrappreżentaw madwar EUR 60 biljun), bis-saħħa tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS. Fl-aħħar ċiklu ta’ żborż, l-UE allokat EUR 2,4 biljun għal 31 proġett f’seba’ pajjiżi benefiċjarji. Saru investimenti addizzjonali fir-Rumanija (EUR 1,1 biljun), fiċ-Ċekja (EUR 1 biljun), fil-Bulgarija (EUR 197 miljun), fil-Polonja (EUR 47 miljun), fil-Kroazja (EUR 88 miljun), fil-Latvja (EUR 5 miljun), u fil-Litwanja (EUR 1 miljun). Il-Fond għall-Modernizzazzjoni issa ddistribwixxa total ta’ madwar EUR 7,5 biljun minn Jannar 2021, li minnhom jibbenefikaw għaxar Stati Membri eliġibbli. Skont l-EU ETS riveduta, il-Greċja, il-Portugall u s-Slovenja se jsiru wkoll benefiċjarji tal-Fond għall-Modernizzazzjoni.
L-integrazzjoni tal-politiki dwar il-klima fil-baġit tal-UE
Il-baġit tal-UE għall-2021-2027 – kemm il-“qafas finanzjarju pluriennali” kif ukoll l-istrument Next Generation EU – huwa faċilitatur importanti tat-tranżizzjoni ekoloġika. Bħalissa huwa previst li fil-perjodu sal-2027, dan se jikkontribwixxi EUR 578 biljun għall-azzjoni klimatika. Dan jirrappreżenta 32,6 % tal-baġit totali tal-UE 135 u jaqbeż il-mira tiegħu ta’ nfiq fuq it-tibdil fil-klima ta’ 30 %. Din il-mira hija sostnuta minn miri ta’ nfiq speċifiċi għall-programm, pereżempju fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (30 %), fl-Istrument ta’ Viċinat, Żvilupp u Kooperazzjoni Internazzjonali (30 %), f’Orizzont Ewropa (35 %), fil-Fond ta’ Koeżjoni (37 %), fil-Politika Agrikola Komuni (40 %), fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (60 %), u fil-programm LIFE (61 %).
Il-Faċilità tal-UE għall-Irkupru u r-Reżiljenza – il-parti ċentrali ta’ Next Generation EU, l-istrument tal-UE għall-irkupru – għandha valur sa EUR 723,8 biljun u tippermetti lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-investimenti klimatiċi. Sabiex jikkwalifikaw għall-għotjiet tal-Faċilità (EUR 338 biljun) u għas-self (EUR 385,8 biljun), l-Istati Membri ħejjew pjanijiet għal-irkupru u r-reżiljenza li jistabbilixxu investimenti u riformi ta’ politika li jikkontribwixxu għas-sitt objettivi ta’ politika tal-Faċilità, inkluża t-tranżizzjoni ekoloġika. Kull pjan nazzjonali jrid jonfoq minimu ta’ 37 % tal-allokazzjoni totali tiegħu fuq miżuri li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi (bħal inizjattivi li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika, il-mobilità sostenibbli u l-enerġija rinnovabbli). Kull miżura trid tikkonforma wkoll mal-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Is-27 pjan tal-Istati Membri kollha jaqbżu l-valur referenzjarju ta’ 37 %, filwaqt li xi Stati Membri jonfqu ferm aktar minn nofs l-allokazzjoni tagħhom biex jiffinanzjaw il-politika dwar it-tibdil fil-klima. Kollettivament, l-Istati Membri jiddedikaw 40 % tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-objettivi klimatiċi (EUR 203 biljun) 136 .
Barra minn hekk, matul l-2023, l-Istati Membri kienu (jew għadhom) jikkomplementaw il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza b’kapitoli ġodda dwar ir-REPowerEU , rispons konġunt għall-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Ir-riformi u l-investimenti ġodda jew estiżi fl-Istati Membri biex jgħinu jeliminaw gradwalment d-dipendenza tal-UE mill-fjuwils fossili Russi u jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa se jiġu appoġġati minn kapaċità finanzjarja addizzjonali (EUR 20 biljun ta’ għotjiet ġodda, trasferimenti minn fondi oħra u l-użu ta’ self min-Next Generation EU li jifdal).
Fl-istess ħin, il-baġit tal-UE qed isaħħaħ l-enfasi tiegħu fuq ir-riżultati tal-miżuri li huwa jiffinanzja. Bħala eżempju, sal-2022:
·459 362 unità domestika kienu tejbu l-klassifikazzjoni tal-enerġija tagħhom permezz tal-fondi reġjonali;
·Il-konsum annwali tal-enerġija tnaqqas bi kważi 14,2-il terawatt bis-saħħa tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
·3 640 gigawatt ta’ enerġija rinnovabbli addizzjonali kienu ffinanzjati mill-fondi reġjonali.
InvestEU
Mill-inqas 30 % tal-mira tal-programm InvestEU ta’ EUR 372 biljun biex jiġi mmobilizzat l-investiment addizzjonali matul il-perjodu bejn l-2021 u l-2027 għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi. Fl-ambitu tat-Tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli, 60 % tal-finanzjament irid jintefaq fuq il-klima u l-ambjent. L-investimenti ta’ aktar minn EUR 10 miljun huma soġġetti għal verifika tas-sostenibbiltà (l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji klimatiċi, ambjentali jew soċjali). L-investiment kollu appoġġat mill-InvestEU se jiġi traċċat mil-lat klimatiku u ambjentali abbażi tal-metodoloġija maħruġa mill-Kummissjoni. Minbarra l-BEI, intgħażlu 18-il istituzzjoni biex jibdew jinnegozjaw Ftehimiet ta’ Garanzija għalihom biex isiru Sħab ta’ Implimentazzjoni, filwaqt li ġew iffirmati Ftehimiet ta’ Garanzija mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa (CEB), il-Bank Nordiku tal-Investiment (NIB), l-Ekwità ta’ CDP (CDPE), Caisse des Dépôts (CDC) fl-2022. Il-prodotti finanzjarji previsti se jgħinu biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq biex jiġi pprovdut aċċess għall-finanzjament ta’ proġetti f’qasam wiesa’ ta’ prijoritajiet ta’ politika mit-trasport, il-mobilità intelliġenti, l-enerġija nadifa, il-konnettività diġitali, kif ukoll l-effiċjenza enerġetika, id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija, l-enerġija rinnovabbli, l-ekonomija ċirkolari u oqsma oħra.
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni
L-allokazzjonijiet ippjanati tal-Istati Membri fl-ambitu tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027 jaqbżu l-miri tan-nefqa klimatika kemm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (30,0 %) kif ukoll tal-Fond ta’ Koeżjoni (FK) (37,0 %). EUR 92 biljun (36,3 %) mill-fondi tal-FEŻR u l-FK ta’ EUR 253,3 biljun iffinanzjati mill-UE fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti huma mistennija li jiffinanzjaw il-miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Barra minn hekk, madwar 24,9 % mill-EUR 10,2 biljun ta’ fondi tal-Interreg iffinanzjati mill-UE huma mistennija li jiffinanzjaw miżuri rilevanti għall-klima. L-Illustrazzjoni 24 turi l-finanzjament allokat għall-oqsma ta’ politika rilevanti dwar it-tibdil fil-klima bħala sehem min-nefqa totali tal-FEŻR, il-FK, u Interreg fuq il-klima.
Illustrazzjoni 24: L-ammonti klimatiċi tal-FEŻR, tal-FK u ta’ Interreg tal-UE skont il-qasam ta’ politika 137
Programmi Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont Ewropa u Orizzont 2020)
L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni huma essenzjali biex jiġu ġġenerati l-għarfien u s-soluzzjonijiet għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u r-reżiljenza. B’mod kumplessiv, Orizzont Ewropa se jikkontribwixxi mill-inqas 35 % tal-baġit tiegħu ta’ EUR 95,5 biljun għall-objettivi klimatiċi. Sa tmiem l-2022, diġà ġew allokati aktar minn EUR 8,5 biljun għar-riċerka u l-innovazzjoni li jappoġġaw l-azzjoni klimatika 138 . Portafoll wiesa’ ta’ sħubijiet privati-pubbliċi Ewropej ambizzjużi huwa l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet meħtieġa biex titwettaq l-aġenda klimatika tal-UE f’setturi ekonomiċi ewlenin bħall-azzar, l-industriji tal-ipproċessar, l-idroġenu, il-batteriji, il-bijoekonomija, l-avjazzjoni, it-trasport bit-triq u fuq l-ilma, il-bini, l-ilma u aktar.
Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
Il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni relatati mal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) adottati jagħmlu EUR 18,5-il biljun ta’ investimenti tal-UE disponibbli biex jgħinu lin-nies u lill-postijiet li jbatu l-aktar mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Minbarra l-JTF, iż-żewġ pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jimmobilizzaw EUR 28 biljun minn investimenti pubbliċi u privati biex jindirizzaw l-effetti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni. Il-Kummissjoni approvat 67 Pjan Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta, li jkopru total ta’ 93 territorju, inklużi r-reġjuni tal-faħam u r-reġjuni b’użu intensiv tal-karbonju. Kważi nofs l-investimenti tal-JTF se jappoġġaw id-diversifikazzjoni tal-ekonomija lokali, sabiex ma jiddependux minn settur li jniġġes wieħed, u jgħinu lin-nies jiksbu ħiliet ġodda. L-ewwel proġetti tal-JTF qed jintgħażlu fl-Estonja u fin-Netherlands.
Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)
Għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027, l-Istati Membri pprogrammaw kważi 6 biljun jew 6 % tal-allokazzjonijiet totali tal-FSE+ 139 għall-ħiliet ekoloġiċi u l-impjiegi ekoloġiċi, konsiderevolment aktar milli fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti. Il-Finlandja, l-Italja, il-Belġju, il-Lussemburgu u d-Danimarka allokaw l-ogħla ishma għall-impjiegi u għall-ħiliet ekoloġiċi (bejn 12 % u 31 %) filwaqt li f’diversi programmi individwali mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Italja, minn Franza, mill-Ġermanja, mill-Portugall u fil-programmi Spanjoli dan is-sehem huwa ta’ 20 % u ogħla. F’termini ta’ investimenti reali, tliet programmi individwali mill-Italja, mill-Portugall u mill-Greċja waħedhom jikkontribwixxu għal madwar 30 % tan-nefqa klimatika totali tal-UE għall-impjiegi u għall-ħiliet ekoloġiċi. B’mod kumplessiv, terz tan-nefqa klimatika ġiet allokata biex jiġu aċċessati l-miżuri ta’ impjieg u attivazzjoni.
Strument ta’ Appoġġ Tekniku
Din is-sena, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku qed jiffinanzja diversi proġetti dwar l-adattament, la tagħmilx ħsara sinifikanti, il-ħruġ ta’ permessi aktar malajr, l-ekosistemi industrijali u l-ħiliet, ir-rinnovazzjoni tal-bini iżda wkoll il-bini tal-kapaċitajiet. Ġiet żviluppata Inizjattiva Ewlenija dwar it-tħejjija tal-Fond Soċjali għall-Klima u l-ETS il-ġdida biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw il-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”.
Il-programm LIFE
Il-programm LIFE huwa l-istrument ta’ finanzjament tal-UE għall-ambjent u għall-azzjoni klimatika. Fl-2022, ingħataw aktar minn EUR 600 miljun għal 200 proġett li jappoġġaw il-Patt Ekoloġiku, inklużi proġetti li jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi u jaqsmu l-aħjar prattika biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, iżidu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Fl-2023, se jingħataw aktar minn EUR 600 miljun għal proġetti li jappoġġaw l-ambjent, l-azzjoni klimatika u t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, inkluż il-kontribut għall-objettivi tar-REPowerEU u l-Pjan Industrijali Ekoloġiku. Fl-aħħar sena l-Moldova u l-Maċedonja ta’ Fuq issieħbu mal-Iżlanda u l-Ukrajna fil-lista ta’ pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-programm LIFE.
7AZZJONI INTERNAZZJONALI DWAR IL-KLIMA
Ħarsa ġenerali u żviluppi
Is-sena li għaddiet rat skambji internazzjonali produttivi inkluż il-Forum Ministerjali dwar l-Azzjoni Klimatika, il-Forum tal-Ekonomiji Ewlenin, id-Djalogu dwar il-Klima ta’ Petersberg, is-Summit dwar il-Klima tal-Afrika, id-Djalogu ta’ Kartaġena u s-27 Konferenza tal-Partijiet f’Sharm el Sheik, l-Eġittu.
L-UE qed tinsisti għal Programm ta’ Ħidma ta’ Mitigazzjoni ambizzjuż, u qed tagħmel enfasi fuq li tagħti soluzzjonijiet konkreti biex telimina d-diskrepanza fl-ambizzjoni u fl-implimentazzjoni u biex toħloq inċentivi ħalli jiġi stabbilit livell għoli ta’ ambizzjoni.
L-UE qed tfittex eżitu ambizzjuż dwar l-ewwel Rendikont Globali biex tistabbilixxi l-perkors ħalli nilħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u biex inkunu fit-triq it-tajba ħalli nillimitaw it-tisħin għal 1,5 gradi Celsius, u rakkomandazzjonijiet konkreti għal azzjoni ta’ mitigazzjoni mtejba, immedjata u ambizzjuża qabel u wara l-2030. L-UE trid ukoll li tittieħed azzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mezzi ta’ implimentazzjoni u appoġġ, inkluż l-allinjament tal-flussi finanzjarji globali ma’ dawn l-għanijiet.
Fir-rigward tat-Telf u tad-Dannu diskussi fil-COP27 li saret f’Sharm el-Sheikh, se jiġi stabbilit fond biex jgħin lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima, u l-UE qed timpenja ruħha fil-ħidma tal-Kumitat Tranżitorju biex tiżviluppa rakkomandazzjonijiet għall-operazzjonalizzazzjoni tal-arranġamenti l-ġodda ta’ finanzjament.
L-UE kienet attiva fiż-żieda tal-finanzjament internazzjonali għall-adattament. L-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar donaturi ta’ finanzjament għall-adattament, li jikkontribwixxu aktar minn EUR 12-il biljun fis-sena għall-adattament għat-tibdil fil-klima jew azzjonijiet li jikkombinaw l-adattament u l-mitigazzjoni. Fil-COP27, u fil-Konferenza intersessjonali ta’ segwitu 58 f’Bonn, il-Partijiet qablu dwar l-aspetti strutturali possibbli ta’ Għan Globali dwar il-Qafas ta’ Adattament għall-kunsiderazzjoni u għall-adozzjoni fil-COP28.
L-UE ssieħbet ukoll u/jew żviluppat ulterjorment inizjattivi bħall-Adattament Mingħajr Fruntieri, l-Inizjattiva tal-Afrika għall-Adattament u l-Innovazzjoni, l-Inizjattiva Internazzjonali ta’ Skoll tal-Qroll, u l-Alleanza tar-Riċerka dwar l-Oċean Atlantiku kollu.
L-UE qed tgħin biex isir progress f’inizjattivi plurilaterali, inkluża t-tħabbira ta’ wegħda globali biex sal-2030 l-effiċjenza enerġetika tiżdied bid-doppju u biex l-enerġija rinnovabbli tiżdied bit-tripplu. Il-Wegħda Globali tal-2021 b’rabta mal-Metan, immexxija b’mod konġunt mal-Istati Uniti tal-Amerka, issa għandha aktar minn 150 parteċipant u segretarjat iddedikat. L-UE pprovdiet EUR 10 miljun biex tappoġġa l-ħidma u qed tħejji finanzjament għall-iżvilupp għal proġetti ta’ implimentazzjoni. L-UE qed tniedi wkoll l-inizjattiva MARS (Sistema ta’ Twissija u Rispons b’rabta mal-Metan) biex tappoġġa l-ħidma li għaddejja bħalissa f’dan il-qasam.
Involviment Multilaterali u Bilaterali
Sar progress sinifikanti mas-sħab multilaterali u bilaterali biex pajjiżi oħra, b’mod partikolari l-emittenti ewlenin, jiġu konvinti u appoġġati jżidu l-ambizzjoni klimatika tagħhom. L-UE saħħet l-isforzi tagħha ta’ diplomazija tal-Patt Ekoloġiku billi żiedet l-involviment ma’ pajjiżi u reġjuni terzi.
Wara l-adozzjoni tal-Alleanza Ekoloġika mal-Ġappun fl-2021, l-UE nediet aktar alleanzi ekoloġiċi u sħubijiet mal-Marokk (Ottubru 2022), man-Norveġja (April 2023) u mar-Repubblika tal-Korea (Mejju 2023), oqfsa bilaterali għal djalogu u kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar l-azzjoni klimatika, il-protezzjoni tal-ambjent u t-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa.
Saru skambji regolari mal-Istati Uniti, inkluż fl-ambitu tal-Grupp ta’ Azzjoni dwar il-Klima ta’ Livell Għoli stabbilit mis-Summit UE-Stati Uniti tal-2021. L-UE impenjat ruħha wkoll fi djalogi ta’ livell għoli maċ-Ċina u mal-Kanada li jenfasizzaw li l-kooperazzjoni dwar il-klima għal emittenti kbar hija ċentrali biex jinbena kunsens globali ħalli tiżdied l-ambizzjoni klimatika allinjata mal-limitu tat-temperatura ta’ 1,5 °C, u biex jiġi żgurat li jiġu implimentati l-impenji eżistenti.
L-UE flimkien ma’ membri oħra tal-Grupp tas-Sħab Internazzjonali stabbiliet Sħubija ta’ Investiment għat-Tranżizzjoni lejn Enerġija Ġusta li tiswa aktar minn USD 8,5 biljun mal-Afrika t’Isfel fl-2021 u ffirmat tlieta oħra mal-Indoneżja (2022), mal-Vjetnam (2022) u mas-Senegal (2023) li jipprovdu USD 20 biljun, USD 15,5-il biljun u EUR 2,5 biljun rispettivament f’finanzjament pubbliku u privat ġdid. Is-sħubijiet huma mudell ta’ kif il-komunità internazzjonali tista’ taħdem mal-pajjiżi sħab biex timpenja ruħha għal żvilupp sostenibbli u timplimenta b’mod konġunt tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta.
Id-Dikjarazzjoni Politika ffirmata mal-Indoneżja tinkludi perkors aċċellerat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-settur tal-enerġija għal żero nett sal-2050 u strateġija bbażata fuq l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli sabiex l-enerġija rinnovabbli tkun tinkludi mill-inqas 34 % tal-ġenerazzjoni kollha tal-enerġija sal-2030, l-eliminazzjoni gradwali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-faħam fil-grilja u lil hinn minnha, u impenji ulterjuri għal riformi regolatorji u effiċjenza enerġetika.
Is-Sħubija mal-Vjetnam, immexxija mill-UE u mir-Renju Unit bħala komexxejja tal-Grupp tas-Sħab Internazzjonali, tistabbilixxi wkoll miri ambizzjużi ġodda bħal li d-data proġettata biex l-emissjonijiet kollha ta’ gassijiet serra jilħqu l-livell massimu tagħhom titmexxa mill-2035 għall-2030, li tiġi limitata l-kapaċità massima tal-faħam tal-Vjetnam għal 30,2 GWT (tnaqqis mis-37 GWT kurrenti) u li tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli biex sal-2030 tintlaħaq mill-inqas 47 % tal-ġenerazzjoni tal-elettriku.
Is-Sħubija mas-Senegal tfittex li ssaħħaħ l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u tal-infrastruttura u tat-teknoloġiji biex jiġu aċċellerati l-varar u l-użu. Is-Senegal għandu l-għan li jilħaq sehem ta’ 40 % ta’ enerġija rinnovabbli fil-kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata tiegħu sal-2030.
Permezz tal-Istrateġija Global Gateway, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-UE impenjaw ruħhom li jagħtu spinta lir-rabtiet intelliġenti, nodfa u siguri fis-setturi diġitali, tal-enerġija u tat-trasport u li jsaħħu s-sistemi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tar-riċerka madwar id-dinja. Bejn l-2021 u l-2027, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tal-UE se jimmobilizzaw flimkien sa EUR 300 biljun ta’ investiment għal proġetti sostenibbli u ta’ kwalità għolja, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-pajjiżi sħab u jiżguraw benefiċċji dejjiema għall-komunitajiet lokali.
L-UE ħadmet ukoll mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija123 biex tadotta l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030 biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija primarja u finali, jitħaffef l-użu tal-enerġija rinnovabbli u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. Huma qablu wkoll li jadottaw il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-atti legali assoċjati.
Finanzjament Klimatiku u Kooperazzjoni Internazzjonali
Il-finanzjament pubbliku internazzjonali għall-klima għandu rwol importanti biex jgħin lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jimplimentaw il-Ftehim ta’ Pariġi, flimkien mal-finanzjament għall-klima minn sorsi privati.
Il-Kummissjoni tkompli tappoġġa lill-pajjiżi sħab permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha. Fl-ambitu tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali, b’mill-inqas 30 % li għandhom jiġu ddedikati għall-azzjoni klimatika.
L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) jistabbilixxi wkoll mira ta’ nfiq fuq it-tibdil fil-klima ta’ 18 %, li tiżdied għal 20 % sal-2027. Il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” huwa minqux fiż-żewġ regolamenti. Il-Kummissjoni impenjat EUR 4 biljun addizzjonali għall-finanzjament għall-klima sal-2027 minbarra dawn il-miri ta’ nfiq fuq it-tibdil fil-klima, li jammontaw għal mira ta’ finanzjament għall-klima ta’ 35 %. Dan huwa investiment mingħajr preċedent mill-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet u tgħin lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jibnu reżiljenza għall-effetti tat-tibdil fil-klima.
L-UE, l-Istati Membri tagħha u l-istituzzjonijiet finanzjarji, kollettivament magħrufa bħala Tim Ewropa, huma l-kontributuri ewlenin ta’ assistenza għall-iżvilupp u l-akbar kontributuri ta’ finanzjament għall-klima fid-dinja, u jipprovdu mill-inqas terz tal-finanzjament pubbliku dinji għall-klima. Fl-2021, l-Unjoni Ewropea u s-27 Stat Membru tagħha impenjaw aktar minn EUR 23 biljun f’finanzjament għall-klima minn fondi pubbliċi biex jappoġġaw lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom u jadattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima.
Aktar minn 54 % tal-finanzjament kumplessiv ta’ Tim Ewropa ġie allokat għall-adattament għat-tibdil fil-klima jew għal azzjonijiet li jinvolvu kemm il-mitigazzjoni kif ukoll l-adattament. Kważi nofs il-finanzjament totali kien impenjat fil-forma ta’ għotjiet.
Qed isiru sforzi biex fl-azzjoni klimatika jiġi promoss l-involviment tas-settur privat permezz tal-garanziji u t-taħlit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+).
IPCC (2023). It-Tibdil fil-Klima 2023: Rapport ta’ Sinteżi. A Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change. Contribution of Working Groups I, II and III to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change [Core Writing Team, H. Lee and J. Romero (eds.)]. IPCC, Ġinevra, l-Iżvizzera, 36 paġna. (fl-istamperija).
Heat-related mortality in Europe during the summer of 2022 | Nature Medicine
European State of the Climate 2022 by Copernicus: ESOTCsummary2022_final.pdf (copernicus.eu)
Għal fatti ewlenin dwar avvenimenti estremi tat-temp, ara EEA Extreme weather: floods, droughts and heatwaves (europa.eu) .
OBSERVER: Global Wildfire Watch: Copernicus EMS and CAMS Monitor Wildfires in 2023 | Copernicus
EDGAR (Bażi tad-Data dwar l-Emissjonijiet għar-Riċerka Atmosferika Globali) Bażi tad-Data Komunitarja dwar il-gassijiet serra li tinkludi IEA-EDGAR CO2, EDGAR CH4, EDGAR N2O, EDGAR F-GASES, verżjoni 8.0, https://edgar.jrc.ec.europa.eu/report_2023 .
Il-produzzjoni, l-ipproċessar u r-raffinar tal-fjuwil
Ir-Regolament dwar il-Governanza ((UE) 2018/1999) jirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw l-inventarji approssimati tal-gassijiet serra kull sena sal-31 ta’ Lulju. Abbażi ta’ din id-data rrapportata, l-EEA tikkompila inventarju approssimat tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra jew, jekk Stat Membru ma jkunx ikkomunika l-emissjonijiet approssimati tiegħu ta’ gassijiet serra sa dik id-data, abbażi tal-istimi proprji tal-EEA. Dan jipprovdi stima bikrija tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra qabel l-inventarju sħiħ tal-gassijiet serra.
Abbażi tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-2023 u tal-inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-UE għall-2022, ibbażat fuq is-sottomissjonijiet tal-Istati Membri, minbarra l-bunkers internazzjonali. Noti: (1) Is-settur tal-enerġija jirreferi għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana u għar-raffinar taż-żejt. (2)
L-industrija tinkludi l-kombustjoni tal-fjuwil fil-manifattura u fil-kostruzzjoni u l-emissjonijiet fil-proċessi industrijali u fl-użu tal-prodott. (3) Il-bini jinkludi emissjonijiet mill-użu tal-enerġija f’bini residenzjali u terzjarju, u l-użu tal-enerġija fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd (1.A.4 kodiċi tal-inventarju dwar il-gassijiet serra).
Prinċipalment minħabba l-għeluq temporanju ta’ diversi retturi nukleari fi Franza għall-manutenzjoni teknika u/jew spezzjonijiet addizzjonali.
Parzjalment minħabba n-nixfa u t-temperaturi għoljin tal-ilma f’ħafna partijiet tal-UE.
L-Artikoli 29 u 35 tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika (Reg. (UE) 2018/1999).
L-Artikoli 6 sa 8 tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima (EUR-Lex - 32021R1119 - MT - EUR-Lex (europa.eu)).
L-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE, stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, jintlaħaq meta l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra madwar l-UE regolati fid-dritt tal-Unjoni jkunu bbilanċjati fl-UE sa mhux aktar tard mill-2050, u b’hekk l-emissjonijiet jitnaqqsu għal żero netti. L-UE għandu jkollha l-għan li tikseb emissjonijiet negattivi minn hemm ’il quddiem.
Il-mira tal-UE għall-2030 kif irrappreżentata fiċ-ċart u l-valutazzjonijiet tal-progress relatati ma jallinjawx bis-sħiħ mal-ambitu legali preċiż tal-mira għall-2030, li tinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha regolati fl-ambitu tad-dritt tal-Unjoni. Filwaqt li l-EU ETS tkopri l-emissjonijiet mit-titjiriet kollha fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u t-tluq lejn l-Iżvizzera u lejn ir-Renju Unit, dawn l-emissjonijiet (inqas minn 2 % tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra) ma jitqisux f’din il-valutazzjoni. Aktar informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-avjazzjoni tal-ETS tinsab fil-Kapitolu 2.
Medja ta’ 5 snin meta mqabbla mal-konsum tal-gass bejn Awwissu 2022 u Ġunju 2023 (Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2023).
Abbażi tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-2023 u tal-inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-UE għall-2022, abbażi fuq is-sottomissjonijiet tal-Istati Membri, minbarra l-bunkers internazzjonali. It-trajettorji lineari għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti tal-gassijiet serra huma bbażati fuq il-miri leġiżlati tal-UE għall-2030. Il-mira ta’ -55 % għall-2030 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) tqis kontribut ta’ assorbimenti limitat għal -225 MtCO2eq. Il-miri nazzjonali tal-gassijiet serra huma mis-sottomissjonijiet tal-Istati Membri tar-rapport ta’ progress tal-NECP (Anness I, Tabella 1). Kwalunkwe data nieqsa tiġi ssostitwita b’miri jew stadji importanti oħrajn li l-Istati Membri jkunu ppreżentaw lill-Kummissjoni skont eżerċizzju ta’ rapportar ieħor (jiġifieri strateġiji nazzjonali fit-tul, pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima, jew il-projezzjonijiet tal-gassijiet serra tal-2021). It-tnaqqis medju annwali tal-emissjonijiet wara l-2030 huwa bbażat fuq trajettorja lineari għan-newtralità klimatika tal-UE. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-pass meħtieġ mill-mira l-ġdida għall-2040 li l-Kummissjoni se tipproponi f’konformità mal-Liġi dwar il-Klima.
It-tkabbir annwali tal-enerġija solari tal-UE żdied b’47 % minn 28,1 GW fl-2021. Il-kapaċità miżjuda l-ġdida ta’ 41,4 GW ta’ enerġija solari fl-2022 hija ekwivalenti għall-ħtiġijiet tal-enerġija ta’ 12,4-il miljun dar Ewropea. New report reveals EU solar power soars by almost 50% in 2022 - SolarPower Europe . Il-kapaċità l-ġdida tal-enerġija mir-riħ fl-2022 kienet tammonta għal madwar 16-il GW, żieda ta’ 40 % fl-2021. The EU built only 16 GW new wind in 2022: must restore investor confidence and ramp up supply chain | WindEurope .
L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Pompi tas-Sħana, abbażi ta’ 21 suq, l-għadd ta’ pompi tas-sħana mibjugħa fl-2022 issostitwixxa madwar 4 bcm ta’ gass naturali, u evita madwar 8 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2. Market data – European Heat Pump Association (ehpa.org)
Global EV Outlook 2023 (AIE).
Abbażi tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-2023 u tal-eżiti bbażati fuq mudelli tax-xenarju ta’ politika ewlieni li jappoġġaw l-inizjattivi li jimplimentaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-valuri negattivi għas-settur tal-LULUCF jindikaw żieda fl-assorbimenti ta’ gassijiet serra. Noti: (1) Is-settur tal-enerġija jirreferi għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana u għar-raffinar taż-żejt. (2) L-industrija tinkludi l-kombustjoni tal-fjuwil fil-manifattura u fil-kostruzzjoni u l-emissjonijiet fil-proċessi industrijali u fl-użu tal-prodott. (3) Il-bini jinkludi emissjonijiet mill-użu tal-enerġija f’bini residenzjali u terzjarju. (4) L-agrikoltura tinkludi kemm emissjonijiet mhux tas-CO2 kif ukoll emissjonijiet mill-użu tal-enerġija fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd.
Kif irrapportat fl-Anness I, it-Tabella 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2299 tal-15 ta’ Novembru 2022. Ara SWD dwar il-Valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika li takkumpanja l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2023.
Il-valuri nieqsa tal-NECPR ġew sostitwiti bil-miri nazzjonali tal-gassijiet serra li l-Istati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni fil-passat (eż. għall-NECP tal-2021 jew għall-istrateġiji fit-tul), meta disponibbli. Peress li l-miri jistgħu jiġu espressi f’potenzjal differenti ta’ tisħin globali (jiġifieri AR4 jew AR5), dawn il-valuri huma biss indikattivi.
L-emissjonijiet marittimi u tal-avjazzjoni internazzjonali jistgħu jwessgħu dawn il-lakuni ladarba jiġu inklużi fl-ambitu tal-miri klimatiċi tal-UE.
L-NECPs aġġornati għandhom jirriflettu l-ambizzjoni akbar meħtieġa mill-pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 %, l-inizjattiva REPowerEU u l-miżuri għall-kriżi tal-enerġija adottati mill-UE fl-aħħar sena, il-gwida mogħtija maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2022 dwar l-aġġornament tal-NECPs, u r-rieżami fil-fond li għad irid isir tar-Regolament dwar il-Governanza.
Valuri bbażati fuq l-Anness IX tar-rapporti ta’ progress tal-NECP sottomessi mill-Istati Membri, mill-31 ta’ Awwissu 2023. L-Istati Membri jistgħu jindikaw aktar minn settur wieħed. Dan jispjega għaliex is-somma tal-miżuri fis-setturi kollha affettwati hija ogħla mill-għadd totali kurrenti ta’ miżuri individwali.
Dan jinkludi d-Direttiva riveduta tal-EU ETS, ETS ġdida għall-bini, it-trasport bit-triq u l-fjuwils, ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq, ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, l-istandards tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet, ir-Regolament dwar l-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija, il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri, l-istabbiliment tal-Fond Soċjali għall-Klima, FuelEU Maritime, ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi (AFIR), Avjazzjoni ReFuelEU, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Id-Direttiva riveduta dwar it-tassazzjoni tal-enerġija proposta biss għad irid jintlaħaq qbil dwarha.
Ara Il-Kapitolu 2 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”.
Il-leġiżlazzjoni kif adottata hija stmata li tirriżulta fi tnaqqis domestiku nett tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ 57 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990. Ħarsa ġenerali lejn il-miri hija ppreżentata fil-Kapitolu 1 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”.
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil fl-industrija ma humiex koperti mill-EU ETS eżistenti.
Il-valutazzjoni tal-impatt sottomessa għall-ewwel darba lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju bejn Jannar 2022 u April 2023 u li għaliha tnediet konsultazzjoni bejn is-servizzi sat-23 ta’ Mejju 2023.
IPCC Sixth Assessment Report, Impacts, Adaptation and Vulnerability, Frar 2022.
Skont il-UNFCCC, l-UE u l-Istati Membri tagħha (inkluż ir-Renju Unit) impenjaw ruħhom għal mira konġunta u mifruxa mal-ekonomija kollha sabiex inaqqsu l-gassijiet serra b’20 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2020 (“il-wegħda ta’ Cancun”).
Fil-qafas tat-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto fl-2013-2020, l-UE, l-Istati Membri tagħha, ir-Renju Unit u l-Iżlanda impenjaw ruħhom b’mod konġunt li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’medja ta’ 20 % meta mqabbla mal-1990.
L-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra konsistenti mal-mira tal-UE għall-2030 (madwar 2100 MtCO2eq), diviżi bl-aħħar projezzjonijiet tal-popolazzjoni tal-Eurostat għall-EU-27 sal-2030 (madwar 550 miljun resident tal-UE), huma ugwali għal 4,7 tunnellati ta’ CO2eq per capita.
Għajr l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-LULUCF.
Policy scenarios for delivering the European Green Deal (europa.eu) . After 2030, the distribution key has been kept constant.
Il-projezzjonijiet “b’miżuri eżistenti” (jiġifieri WEM) jinkludu l-effetti, fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, tal-politiki u tal-miżuri adottati u implimentati.
ES, SL, HR, RO, IT, BG, LU, IE, EL, AT, HU, BE, FR, PT u CY.
Il-projezzjonijiet “b’miżuri addizzjonali” (jiġifieri WAM) jinkludu l-effetti, fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, tal-politiki u tal-miżuri adottati u implimentati, kif ukoll il-politiki u l-miżuri li huma ppjanati (eż. miżuri li qed jiġu diskussi li għandhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data tas-sottomissjoni tal-pjan nazzjonali).
18-il Stat Membru biss ippreżentaw il-projezzjonijiet tagħhom tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt ix-xenarju “b’miżura addizzjonali”.
Il-metrika tqabbel l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra proġettati kumulattivi (inkluż il-LULUCF) mal-emissjonijiet kumulattivi li jirfdu trajettorja lineari mil-livelli tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra netti tal-2021 ta’ kull Stat Membru lejn in-newtralità klimatika sal-2050.
CY, DK, FR, EL, IT, MT, AT, HU, u SE.
L-għadd ta’ PaMs irrapportati jista’ jirrifletti l-granularità tal-politiki u tal-miżuri rrapportati. Pereżempju, kemm il-Belġju kif ukoll Franza jirrapportaw il-PaMs tagħhom f’livell diżaggregat ħafna (eż. jiġu rrapportati ħafna politiki u miżuri reġjonali), filwaqt li Stati Membri oħra jirrapportaw il-PaMs tagħhom f’livell aktar aggregat. Il-valuri huma dawk disponibbli fil-31 ta’ Awwissu 2023.
L-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2299 tal-15 ta’ Novembru 2022. Għal aktar, ara l-SWD dwar il-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-enerġija u l-azzjoni klimatika li jakkumpanja l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2023.
Valuri bbażati fuq l-Anness IX tar-rapporti ta’ progress tal-NECP sottomessi mill-Istati Membri, sal- 15 ta’ Awwissu 2023. L-Istati Membri jistgħu jindikaw aktar minn settur affettwat wieħed, u għalhekk is-somma tal-PaMs fis-setturi affettwati kollha tista’ tkun ogħla mill-għadd totali ta’ PaMs uniċi b’dimensjoni ta’ dekarbonizzazzjoni.
Ir-Rapport tal-2023 dwar is-Sussidji tal-Enerġija fl-UE, anness mar-Rapport tal-2023 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija.
Sas-6 ta’ Ottubru 2023, 16-il Stat Membru kienu ppreżentaw abbozzi ta’ NECPs aġġornati. Sitt Stati Membri jipprevedu livell ogħla ta’ ambizzjoni fl-abbozzi tal-NECPs tagħhom meta mqabbla mal-projezzjonijiet irrapportati tagħhom f’Marzu 2023.
Inklużi titjiriet li jitilqu lejn l-Iżvizzera u r-Renju Unit.
Abbażi ta’ data mir-Reġistru tal-UE tat-30 ta’ Ġunju 2023.
Il-limitu massimu tal-emissjonijiet fl-EU ETS (meta titqies ir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS, jiġifieri l-bażi mill-ġdid fl-2024 u fl-2026, l-inklużjoni tas-settur tat-trasport marittimu fl-2024, u l-fattur ta’ tnaqqis lineari ta’ 4,3 % fl-2024-2027 u ta’ 4,4 % mill-2028), meta mqabbla mal-emissjonijiet ivverifikati. L-avjazzjoni ma hijiex inkluża. Minħabba l-bidliet fl-ambitu, iċ-ċifri tal-2005-2007 ma humiex direttament komparabbli ma’ dawk tal-aħħar. Didaskalija: kolonni (limitu), kolonni ċari fl-2014-2016 (kwoti kkonċentrati fl-aħħar tal-perjodu fil-fażi 3), kolonni ċari mill-2019 (għotjiet tal-kwoti għar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq), linja miksura (emissjonijiet ivverifikati).
EU-27 + pajjiżi taż-ŻEE + l-Irlanda ta’ Fuq + il-Fond għall-Innovazzjoni + il-Fond għall-Modernizzazzjoni.
L-24 % li jifdal mhux neċessarjament jintnefqu għal skopijiet oħrajn. Parti se tintnefaq fi snin aktar tard jew se tmur għal baġit ġenerali li jintuża għal skopijiet multipli, inklużi t-tibdil fil-klima u l-enerġija.
Ir-Regolament (UE) 2015/757.
Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tat-23 ta’ April 2009.
Ir-Regolament (UE) 2018/842 tat-30 ta’ Mejju 2018, kif emendat bir-Regolament (UE) 2023/857 tad-19 ta’ April 2023.
Mid-data tal-inventarju għas-snin 2005-2022, u mill-projezzjonijiet għas-snin 2023-2030 kif irrapportata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, ikkumpilata u vverifikata mill-EEA. L-AEAs tal-ESD huma espressi f’AR4 GWP, in-numri l-oħra kollha huma f’AR5 GWP. L-Illustrazzjonijiet jinkludu l-EU-27 biss.
L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet huma limiti annwali tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi għal kull Stat Membru.
Il-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM), iddefinit fl-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto, jippermetti lil pajjiż b’impenn ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet jew ta’ limitazzjoni tal-emissjonijiet (il-Parti B tal-Anness) jimplimenta proġett ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.
Il-graff turi l-emissjonijiet tal-ESD tal-Istati Membri fl-2013 (kolonna safra) u fl-2020 (kolonna oranġjo), meta mqabbla mal-AEAs tagħha għall-2020 (linja ħadra) qabel l-użu ta’ kwalunkwe flessibbiltà skont l-ESD.
L-iżviluppi fl-Iżlanda u fin-Norveġja huma riflessi fir-Rapport annwali dwar il-Progress fil-Klima mħejji mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA.
L-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka, l-Irlanda u l-Italja. Id-Danimarka diġà indikat l-intenzjoni li tuża l-flessibbiltà bir- Regolament dwar il-LULUCF biex tkopri l-emissjonijiet eċċessivi fl-2021, jekk jiġu kkonfermati fl-2027 wara r-rieżami komprensiv tal-emissjonijiet tal-ESR.
L-emissjonijiet tal-ESR tal-2021 huma bbażati fuq data finali tal-inventarju u l-emissjonijiet tal-ESR tal-2022 huma bbażati fuq data approssimata tal-inventarju, it-tnejn irrapportati fl-2023.
L-Artikolu 8 tal-ESR jipprevedi li f’każ li l-Kummissjoni ssib li ma jkunx hemm biżżejjed progress, l-Istati Membri jeħtiġilhom iħejju pjan ta’ azzjoni korrettiva.
AT, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LV, MT, NL, PL, RO, SK.
CY, HR, HU, IE, IT, LT, MT, RO.
Id-data storika u approssimata disponibbli tintuża għall-emissjonijiet tal-ESR tal-Istati Membri fl-2021 u fl-2022 u għall-projezzjonijiet għal snin oħra; L-emissjonijiet finali tal-ESR se jiġu stabbiliti biss wara rieżami komprensiv fl-2027 (għall-2021-2025) u fl-2032 (għall-2026-2030). L-AEAs għall-2026-2030 huma stimi peress li se jiġu stabbiliti biss wara rieżami komprensiv fl-2025. Għal aktar dettalji, ara l-Kapitolu 2 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal – “Informazzjoni teknika”.
Għall-finijiet ta’ din il-valutazzjoni, l-emissjonijiet żejda skont il-LULUCF fil-perjodu 2021 – 2025 jitqassmu ugwalment matul is-snin 2021 sa 2025 biex jiġi kkalkolat it-tnaqqis fl-AEAs taħt l-ESR. Il-flessibbiltajiet skont ir-Regolament dwar il-LULUCF ma jitqisux.
Il-Belġju, in-Netherlands, l-Iżvezja u Malta. Il-flessibbiltà tal-ETS tippermetti li Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni ammont ta’ kwoti tal-EU ETS li għandhom ikunu disponibbli għall-konformità mal-ESR. Il-kwoti tal-EU ETS jitnaqqsu mill-ammonti li normalment jiġu rkantati skont l-EU ETS.
L-Iżlanda u n-Norveġja jistgħu wkoll jixtru l-AEAs mingħand l-Istati Membri u jbigħu l-AEAs lill-Istati Membri.
Għas-sistema tal-kwoti meta mkejla f’termini tal-impatt fuq il-klima (CO2eq).
Meta mqabbla mal-bażi tad-data tal-EEA dwar il-politiki u l-miżuri dwar il-gassijiet serra fl-Ewropa. Dan jinkludi l-PaMs kollha, skaduti, adottati, implimentati u ppjanati.
L-għadd ta’ PaMs ġie stabbilit abbażi tal-PaMs kif irrapportat mill-Istati Membri b’referenza espliċita għall-ESR bħala objettiv. Dan x’aktarx jissottovaluta l-għadd ta’ PaMs tal-ESR, peress li mhux il-PaMs kollha b’objettiv ta’ politika settorjali li huwa marbut mill-qrib mat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ESR (eż. id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-użu tal-Enerġija) huma kkwalifikati mill-Istati Membri bħala PaMs tal-ESR.
Meta mqabbla mal-livelli tal-2015, Ara SWD(2020) 176 final.
Abbażi tal-eżiti tal-immudellar tax-xenarju ta’ politika ewlieni li jappoġġa l-inizjattivi li jimplimentaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew, bejn l-2022 u l-2030, it-tnaqqis medju annwali tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport għandu jkun ta’ madwar 22 MtCO2/eq. https://energy.ec.europa.eu/data-and-analysis/energy-modelling/policy-scenarios-delivering-european-green-deal_en .
Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vannijiet – ir-Regolament (UE) 2019/631; ippubblikat mill-EEA.
Iddeterminat matul l-approvazzjoni tat-tip bl-użu tal-Proċedura ta’ Ttestjar armonizzata fuq Livell dinji għall-vetturi ħfief.
Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2023/839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar ir-rapportar u l-konformità, u l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030, u r-Regolament (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami (ĠU L 107, 21.4.2023, p. 1).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/268 tat-28 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli ta’ referenza għall-foresti li jeħtieġ jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu 2021-2025.
Sottomissjoni tal-2023 dwar il-GHGI, data rrapportata dwar il-LULUCF, kif irrapportata għall-ambitu kollu tas-settur.
F’ordni li tonqos ta’ kobor: Franza, il-Finlandja, iċ-Ċekja, il-Portugall, l-Estonja, il-Polonja, is-Slovenja, il-Belġju u Ċipru juru debiti netti tal-LULUCF.
F’ordni li tiżdied ta’ kobor: Malta, il-Lussemburgu, il-Latvja, in-Netherlands, il-Kroazja, is-Slovakkja, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Irlanda, l-Awstrija, il-Litwanja, id-Danimarka, l-Ungerija, l-Italja, l-Iżvezja, Spanja, il-Ġermanja, u r-Rumanija juru krediti netti tal-LULUCF.
Data approssimata rrapportata mill-Istati Membri għall-2022, dwar il-LULUCF iġġib inċertezzi u għalhekk huwa importanti li l-konklużjonijiet minn din id-data jinsiltu b’kawtela. Seba’ Stati Membri jirrapportaw id-data tal-2021 bħala data approssimata għall-2022.
L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja.
Il-Belġju, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Latvja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja.
L-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja ppreżentaw l-istess data kif irrapportata taħt is-sottomissjoni tal-2023 dwar il-GHGI bħala data approssimata tal-2022 għal-LULUCF.
L-emissjonijiet/l-assorbimenti kumulattivi totali (kt CO2-eq) għal-LULUCF skont il-kategorija tal-art fil-perjodu mill-2021 sal-2025, irrapportati mill-Istati Membri skont it-Tabella 5b: Projezzjonijiet tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kontabilizzati mis-settur tal-LULUCF f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/841
L-Awstrija, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Iżvezja.
Il-Belġju, il-Kroazja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.
L-emissjonijiet u l-assorbimenti kumulattivi totali (kt CO2 -eq) ikkalkolati bħala medja fis-sena matul il-perjodu ta’ ħames snin permezz tal-WAM għal kull kategorija ta’ art, jekk ma jkunux disponibbli, jintużaw id-WEM. Artijiet forestali ġestiti tal-LULUCF, li jinkludu Prodotti tal-Injam Maħsud li jassumu ossidazzjoni istantanja fejn disponibbli
Il-Belġju, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, Malta, il-Portugall u s-Slovenja.
Iċ-ċifra turi l-assorbimenti netti rrapportati skont il-kategorija tal-użu tal-art għal kull Stat Membru fl-2021. L-assorbimenti netti huma espressi f’ċifri negattivi u l-emissjonijiet netti f’ċifri pożittivi.
Ir-Regolament (UE) 2023/839
Proposta għal Direttiva dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (europa.eu)
Permezz ta’ emenda għall-Anness V, il-Parti 3(e) tar-Regolament (UE) 2018/1999,
SWD(2023) 423 final
Guidance on the Development of Public and Private Payment Schemes for Forest Ecosystem Services (SWD(2023)285 final).
Corporate Social Responsibility Directive and the related Sustainability Reporting Standards
Heat-related mortality in Europe during the summer of 2022 | Nature Medicine
Economic losses from climate-related extremes in Europe (8th EAP) (europa.eu)
Osservatorju Ewropew tal-Klima u s-Saħħa (europa.eu)
DRMKC Ċentru tad-Data dwar ir-Riskji (europa.eu)
EU Mission: Adaptation to Climate Change (europa.eu)
SWD(2023) 68 final. Valuri f’EUR 2022.
L-investimenti fis-settur tat-trasport huma inklużi f’din iċ-ċifra, għalkemm ma humiex investimenti fl-infrastruttura tat-toroq jew dik ferrovjarja.
COM(2022) 230 final, p. 12.
Ir-riskji ta’ tranżizzjoni huma definiti bħala riskji finanzjarjament materjali relatati mal-bidliet fl-ambjent regolatorju, fl-iżvilupp teknoloġiku jew fl-imġiba tal-konsumatur. Ir-riskji fiżiċi huma riskji finanzjarjament materjali relatati mal-impatti tat-tibdil fil-klima fuq impriża.
https://www.icmagroup.org/sustainable-finance/the-principles-guidelines-and-handbooks/green-bond-principles-gbp/
Sors: Dealogic DCM u kalkoli tal-JRC. Data mit-30 ta’ Ġunju 2023.
Sorsi: Dealogic DCM, kalkolu tal-JRC.
Iċ-ċart tinkludi tliet tipi ta’ self: akkwiżizzjonijiet ta’ ekwità privata, tranżazzjonijiet ta’ sindakazzjoni, tranżazzjonijiet bilaterali. Sors: Refinitiv, kalkoli tal-JRC.
L-Artikolu 6 = fondi mingħajr ambitu ta’ sostenibbiltà; L-Artikolu 8 = fondi li jippromwovu karatteristiċi ambjentali jew soċjali; L-Artikolu 9 = fondi li għandhom investiment sostenibbli bħala l-objettiv tagħhom. Sors: MorningStar, Kalkolu tal-JRC
Commission Staff Working Document on Enhancing the Usability of the EU Taxonomy and the overall EU Sustainable Finance Framework https://impact-investor.com/article-9-funds-underreporting-exposure-to-fossil-fuels-research/
Ekoloġiċi = l-aqwa 10 % tal-kumpaniji, jiġifieri taħt il-limitu tal-għaxar perċentil kemm fil-klassifikazzjonijiet assoluti tal-emissjonijiet kif ukoll fil-klassifikazzjonijiet tal-intensità tal-emissjonijiet; Jiddependu mill-fjuwils fossili = kumpaniji li jikklassifikaw ’il fuq mil-limitu speċifikat kemm għall-klassifikazzjonijiet assoluti tal-emissjonijiet kif ukoll għall-klassifikazzjonijiet tal-intensità tal-emissjonijiet; Intensità griża = kumpaniji bħal dawk ekoloġiċi fir-rigward tal-emissjonijiet assoluti, iżda bħal dawk li jiddependu mill-fjuwils fossili għall-intensità tal-emissjonijiet; Griżi assoluti = kumpaniji bħal dawk ekoloġiċi fir-rigward tal-intensità tal-emissjonijiet, iżda bħal dawk li jiddependu mill-fjuwils fossili għall-emissjonijiet assoluti. Sors: Kalkolu tal-JRC ibbażat fuq id-data dwar l-emissjonijiet tal-MSCI (klassifikazzjoni bbażata fuq is-sett ta’ data globali tal-MSCI; ċifri totalizzati skont il-kategorija li jirreferu għas-subsett ta’ kumpaniji b’domiċilju fl-UE)
Ara r-regolament delegat dwar il-Fond għall-Innovazzjoni (ir-Regolament (UE) 2019/856)
COM/2023/156
COM/2023/62
COM/2023/161
Id-“dikjarazzjoni tal-estimi” tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikata bi tħejjija għall-abbozz tal-Baġit 2024. L-ammont ipproġettat jirrifletti s-selfiet attwalment mitluba fl-RRF u jeskludu l-Fondi għall-Innovazzjoni u l-Modernizzazzjoni.
Jista’ jkun li t-totali ma jaqblux minħabba t-tqarrib għall-eqreb euro. Id-data murija ttieħdet fil-25 ta’ Settembru 2023 mill- Portal tad-Data Miftuħa għall-Fondi Strutturali Ewropej tal-Investiment - il-Kummissjoni Ewropea | Data | Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (europa.eu) , li fihom informazzjoni aktar dettaljata inkluż l-infiq fuq it-tibdil fil-klima skont il-programm. Id-data murija hija mill-aħħar verżjonijiet tal-programmi adottati. Dawn iċ-ċifri huma soġġetti għal tibdil peress li l-Istati Membri jistgħu jemendaw il-programmi tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Il- metodoloġija għat-trekkjar klimatiku fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) intużat bħala bażi għall-kategorizzazzjoni tan-nefqa klimatika skont il-kategorija ta’ politika.
Ċifri preliminari
L-għodda ewlenija tal-UE għall-investiment fil-ħiliet u għall-appoġġ tat-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol b’baġit totali ta’ kważi EUR 99,3 biljun għall-perjodu 2021-2027.