EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DC0939

TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI “ĦARSA ĠENERALI LEJN “L-AWDITU UNIKU U D-DIPENDENZA TAL-KUMMISSJONI FUQ IX-XOGĦOL TAL-AWTORITAJIET NAZZJONALI TAL-AWDITJAR FIL-KOEŻJONI”

/* COM/2013/0939 final */

52013DC0939

TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI “ĦARSA ĠENERALI LEJN “L-AWDITU UNIKU U D-DIPENDENZA TAL-KUMMISSJONI FUQ IX-XOGĦOL TAL-AWTORITAJIET NAZZJONALI TAL-AWDITJAR FIL-KOEŻJONI” /* COM/2013/0939 final */


TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

“ĦARSA ĠENERALI LEJN “L-AWDITU UNIKU U D-DIPENDENZA TAL-KUMMISSJONI FUQ IX-XOGĦOL TAL-AWTORITAJIET NAZZJONALI TAL-AWDITJAR FIL-KOEŻJONI”

Sommarju Eżekuttiv

II. Il-Kummissjoni tikkondividi l-konklużjoni tal-Qorti u tikkunsidra wkoll li sistema aħjar għall-awditjar tal-infiq ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 tinsab fis-seħħ. Il-qafas regolatorju mtejjeb stabbilixxa awtorità tal-awditjar inkarigata mill-ittestjar tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa permezz ta' awditjar tas-sistemi u l-awditjar ta’ kampjuni rappreżentattivi tal-operazzjonijiet u milli tirraporta l-konklużjonijiet tagħha kull sena lill-Kummissjoni permezz ta' opinjoni tal-awditjar u rapport ta’ kontroll.

III. Il-Kummissjoni tissottolinja li permess tal-qafas regolatorju għall-2007-2013, il-livell ta' assiguranzzjoni li tista' tikseb żdied b'mod sinifikanti, partikolarment billi ppermetta l-valutazzjoni tal-assigurazzjoni għal kull programm operazzjonali kull sena mill-bidu tal-implimentazzjoni. Għalhekk il-kost tal-kontrolli għandu jkun ivvalutat minn perspettiva ta' kosteffiċjenza.

Il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet eliġibbli fl-assistenza teknika li huma disponibbli għall-Istati Membri (l-Artikolu 46 tar-Regolament 1083/2006) jinkludi awditi u kontrolli flimkien mal-kostijiet ta' maniġment, monitoraġġ u evalwazzjoni. Flejjes għall-assistenza teknika disponibbli huma fil-biċċa l-kbira tal-każijiet sa 4 % tal-finanzjament għal kull programm.

IV. Il-Kummissjoni tilqa’ r-rikonoxximent tal-ħidma u l-Isforzi sinifikanti tagħha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-awditjar, biex tkun żgurata konsistenza fl-approċi tagħhom u l-metodi ta’ ħidma permezz ta’ gwida, taħriġ immirat u ta' xogħol ta' prestazzjoni ripetuta li jikkontribwixxu fil-bini tal-kapaċità.

V. L-assigurazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq il-valutazzjoni ta’ elementi ewlenin tas-sistemi ta’ maniġment u kontroll ibbażata fuq ir-riżultati kollha disponibbli tal-awditu.

Il-Kummissjoni għandha fis-seħħ proċess robust u li jidħol fid-dettall biex tanalizza r-rati tal-iżbalji li ġew irrappurtati mill-Istati Membri. Fejn ma tistax tivvalida jew tikkalkola mill-ġdid ir-rati ta' żball, il-Kummissjoni tistima l-livell ta' riskju billi tuża ammonti fissi (5-10-25-100 %) minflok rati ta' żbalji rraportati li ma jkunux affidabbli għall-proċess tagħha ta' assigurazzjoni. L-użu ta’ għodod addizzjonali, bħar-riskju residwu kumulattiv, ippermetta lis-servizzi tal-Kummissjoni li jikkunsidraw riżervi addizzjonali fir-rapporti ta’ attività annwali meta mqabbla mas-snin ta’ qabel.

Il-Kummissjoni timmira li tiżgura li r-rapportar magħmul lill-Awtorità ta’ Kwittanza jagħti stampa ġusta u affidabbli tar-riskju stmat li jaffettwa l-baġit tal-UE għal kull Stat Membru, waqt li tikkundsidra wkoll il-kapaċità korrettiva pluriennali. Is-servizzi tal-Kummissjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha disponibbli bi trasparenza sħiħa fir-rapporti annwali ta’ attività tagħhom.

VI. Il-Kummissjoni tista' tinnotifika l-Artikolu 73 għal programm ladarba tinkiseb valutazzjoni pożittiva tal-elementi kollha tas-sistema ta' maniġment u kontroll. Din il-valutazzjoni ta’ ħidma tal-awtorità tal-awditjar tirrikjedi li jkun sar ammont suffċjenti ta' xogħol ta' awditjar fuq il-post ta' prestazzjoni repetuta skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar. Il-Kummissjoni tqis li hija ssegwi approċċ prudenti u robust biex tagħti l-istatus ta’ ‘awditu uniku’lil xi programmi sa issa.

VII.

L-ewwel inċiż:

Il-Kummissjoni għandha proċess ta’ awditjar dettaljat fis-seħħ, inklużi missjonijiet esplorattivi fuq il-post, sabiex tiġi żgurata l-akkurttezza u l-affidabbiltà tar-rati tal-iżbalji rrapportati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar. Hija alternattivament tuża rati fissi meta tikkunsidra li r-rati ta’ żbalji mhumiex affidabbli. Dan il-proċess huwa kkomplimentat minn inkjesta eżawrjenti tal-awditjar tal-Kummissjoni mill-2009 li biha 269 missjoni tal-awditjar ippermettew ir-rieżaminazzjoni tal-ħidma ta' awtoritajiet tal-awditjar, anki permezz ta' twettiq mill-ġdid, li tkopri iktar minn 90% tal-allokazzjonijiet tal-Fondi. Il-Kummissjoni twettaq ukoll awditjar skont ir-riskji biex tivverifika l-akkuratezza tal-korrezzjonijiet finanzjarji rraportati.

It-tieni inċiż:

Il-Kummissjoni tqis li l-istatus ta' awditu uniku ngħata abbażi ta' kriterji sodi, konsistenti u trasparenti. Barra minn hekk hija tikkunsidra li sa tmiem l-2013 ir-rekwiżiti kollha jkunu sodisfatti għal dawn il-programmi.

Il-Kummissjoni se tkompli tapplika approċċ sod, iċċarat aħjar bl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tagħha dwar l-Artikolu 73 aġġornat f'Settembru 2013. 

It-tielet inċiż:

Il-Kummissjoni tikkunsidra li din ir-rakkomandazzjoni hija implimentata permezz tal-pjan direzzjonali aġġornat u l-inkjesta ta' awditu dwar il-monitoraġġ tal-Artikolu 73 adottati f'Settembru 2013

Wara li ngħatat l-ewwel parti tad-deċiżjonijiet tal-Artikolu 73 fl-ewwel nofs tal-2012 u abbażi ta' missjonijiet pilota, is-servizzi tal-Kummissjoni żviluppaw metodoloġija għall-awditjar biex iwettqu missjonijiet ta' monitoraġġ, li jinkludi xogħol ta' twettiq mill-ġdid u analiżi ta' dokumenti ta' ħidma, f'konformità mal-Istandards Internazzjonali dwar l-Awditjar.

Ir-raba' inċiż:

Il-Kummissjoni introduċiet fil-proposta tagħha għal Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2014-2020 u l-leġiżlatur qabel dwar il-possibilità għall-korrezzjonijiet finanzjarji netti fil-każ ta' irregolaritajiet serji identifikati wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali u li ma kinux identifikati u/ jew irraportati preċedentament mill-awtorità tal-awditjar.

Il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi fil-leġiżlazzjoni sekondarja li korrezzjonijiet b’rata fissa jistgħu jiżdiedu għal ksur ripetut li jinvolvi l-istess nuqqasijiet, fejn l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu miżuri korrettivi adegwati dwar dik il-parti tas-sistema li kienet affettwata u soġġetta għal korrezzjoni preċedenti.

Il-ħames inċiż:

Il-Kummissjoni qed tieħu miżuri biex tiżgura leġiżlazzjoni sekondarja mtejba u f’waqtha u gwida kompluta fi ħdan qafas metodoloġiku stabbli għall-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar, li tibni fuq l-esperjenza akkumulata tal-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007-2013.

Il-Kummissjoni se tkompli tiċċara xi aspetti tal-gwida eżistenti permezz ta’ kjarifika bil-miktub sal-aħħar tal-2013.

Barra minn hekk, skont ir-Regolament għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2014-2020, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u atti delegati, mudelli vinkolanti u/ jew rekwiżiti għax-xogħol ta' awditu tal-awtorità tal-awditjar li għandu jibni fuq l-esperjenza u l-prassi tajba tal-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007-2013.

Is-sitt inċiż:

Il-Kummissjoni tikkunsidra li din ir-rakkomandazzjoni hija diġà implimentata fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-2011 (ara n-nota 71 f'qiegħ il-paġna) Tinnota wkoll, li b'ġestjoni kondiviża u fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-deċiżjoni li tiġi allokata assistenza teknika għall-kategoriji differenti tal-kost ittieħdet mill-Istati Membri.

Barra minn hekk fir-Regolament tal-2014-2020, il-Kummissjoni ssaħħaħ l-approċċ tagħha għall-kosteffiċjenza għall-Koeżjoni. B'konsegwenza, l-arranġamenti ġodda mfassla għall-implimentazzjoni tal-fondi inkluż b’relazzjoni mal-kontrolli, “(...) jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell ta’ sostenn allokat u jqisu l-għan kumplessiv ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv għal korpi involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi”.

Introduzzjoni

7. Fl-2012, id-DĠ tal-Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (minn issa 'l quddiem "id-DĠ Impjiegi) irċevew rispettivament 680 u 522 rapport tal-awditjar tas-sistemi mill-awtoritajiet tal-awditjar Il-Kummissjoni tanalizza r-riżultati tar-rapporti kollha tal-awditur u tużahom fir-rwol superviżorju tagħha matul is-sena u tibda proċeduri ta' interruzzjoni/qabel is-sospensjoni meta meħtieġa u fil-proċess ta’ assigurazzjoni tagħha.

9. Sabiex ikunu jistgħu jistrieħu fuq ir-riżultati tal-awditjar u r-rati tal-iżbalji rrapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar, u b’konformità mal-istandards internazzjonali tal-Awditjar, id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ għall-Impjiegi s’issa wettqu analiżi estensiva u twettiq mill-ġdid tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar, li hija u tibqa’ l-inkjesta ewlenija għad-DĠ tal-Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ għall-Impjiegi.

Meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtoritajiet ta’ awditjar, skont is-serjetà tat-titjib meħtieġ jiġu stabbiliti pjani ta’ azzjoni estensivi akkumpanjati minn proċeduri ta' interruzzjoni/sospensjoni fejn meħtieġ, biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet u jġibu x-xogħol tal-awditjar fl-istandard meħtieġ. Dan it-twettiq mill-ġdid tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar ippermetta wkoll il-bini estensiv ta' kapaċità bil-kondiviżjoni ta' listi ta’ kontroll tal-awditjar, iż-żieda fil-konoxxenza dwar oqsma riskjużi u l-identifikazzjoni ta’ oqsma u soluzzjonijiet għat-titjib tax-xogħol ta’ awditjar nazzjonali.

Il-metodoloġija għall-proċess ta’ assigurazzjoni u għad-determinazzjoni tar-riżervi hija deskritta fl-Anness 4 tar-rapporti ta’ attività annwali tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u tad-DĠ għall-Impjiegi.

Kaxxa 2 — Użu tar-rati tal-iżbalji rrapportati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar fil-proċess ta’ assigurazzjoni tal-Kummissjoni

L-analiżi tar-rati tal-iżball irraportati sal-aħħar tas-sena mill-awtoritajiet tal-awditjar jeħtieġ li ssir għall-434 programm tal-FEŻR/FK u FSE fiż-żmien għar-rapport ta’ attività annwali, li l-ewwel verżjoni tiegħu tkun lesta sal-aħħar ta' Frar (u aġġustata sad-data tal-iffirmar fil-31 ta' Marzu). Il-Kummissjoni tenfasizza li l-objettiv huwa li jkunu indikati estimi ta’ rati ta’ żbalji b'firxa valida statistikament, jew fil-każ ta’ kampjun mhux statistiku kif previsti fir-Regolament indikaturi utli biex jiġi stmat ir-riskju għall-pagamenti għall-programmi fis-sena li qed tkun ivvalutata.

Il-Kummissjoni tuża wkoll rati fissi biex tistma dak ir-riskju meta tqis li r-rati ta’ żbalji rrappurtati ma humiex affidabbli.

Fir-rapporti ta’ attività annwali tagħha, il-Kummissjoni tirreferi għar-rata medja tar-riskju għall-programmi kollha ta’ kull Stat Membru, ibbażata fuq rati ta’ żball ivvalidati, sabiex tikkwantifika l-ammonti inklużi fil-pagamenti interim li saru fis-sena vvalutata u f’riskju. Minħabba d-diskrepanza prevista fir-Regolament biex tagħti żmien biex l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu l-awditi, dan l-estimu tar-riskju fil-pagamenti magħmula fis-sena N huwa bbażat fuq ir-rata ta’ żbalji vvalidata rrappurtata għan-nefqa ddikjarata fis-sena N-1, minħabba li huwa l-aħjar estimu disponibbli meta jkun iffirmat ir-rapport ta’ attività annwali. Mill-2012 id-DĠ Politika reġjonali u urbana u d-DĠ għall-Impjiegi fir-rapport ta’ attività annwali tagħhom jippreżentaw ukoll ir-riskju residwu (pluriennali) kumulattiv għal kull Stat Membru, waqt li jqisu l-korrezzjonijiet irrapportati mill-Istati Membri bħala mnaqqsa mit-talbiet għall-pagamenti kollha sa tmiem is-sena N.

10. Skont il-metodoloġija tal-proċess ta’ assigurazzjoni tal-Kummissjoni, programm b’rata ta' żbalji vvalidata ta' aktar minn 5 % jitqiegħed taħt riżerva diġà f’pass 1, sakemm il-korrezzjoni finanzjarja meħtieġa u l-pjan ta’ azzjoni ma jiġux implimentati qabel il-firma tar-rapport ta’ attività annwali (ara wkoll il-paragrafu 40)

11. Il-Kummissjoni taqbel li l-proċessi għall-istabbiliment ta’ rata ta’ żbalji ġenerali mill-Qorti u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-riskju tal-pagamenti tagħha fis-sena jvarjaw għar-raġunijiet kkwotati mill-Qorti u minħabba n-natura tar-rwoli istituzzjonali differenti. Madankollu l-objettiv ta’ dan il-proċess huwa essenzjalment l-istess, jiġifieri valutazzjoni tar-riskju għall-baġit tal-UE f’sena partikolari. Il-Kummissjoni tqis dawn id-differenzi kollha fil-valutazzjoni tagħha, b’mod partikolari differenzi fiż-żmien fil-kwantifikazzjoni tal-iżbalji relatati mal-akkwist pubbliku. Dan huwa ppruvat mill-fatt li, kif muri f’dawn l-aħħar tliet snin konsekuttivi għad-DĠ għall-Impjiegi u sentejn konsekuttivi għad-DĠ tal-Politika Reġjonali u Urbana, ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni huwa skont ir-rati ta’ żbalji kkalkolati mill-Qorti.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tikkunsidra wkoll il-karattru pluriennali tal-politika ta’ koeżjoni u dwar il-kapaċità korrettiva għal kull programm, permezz tal-kalkolu ta’ riskju residwu kumulattiv.

Xi differenzi kkwotati mill-Qoorti se jitneħħew fil-qafas regolatorju għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2014-2020 biex b'hekk jippermettu ulterjorment l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju tal-awditu waħdieni.

12. Il-Kummissjoni laqgħat il-prinċipji stabbiliti fl-Opinjoni tal-Qorti 2/2004, li kienu element importanti fl-iżvilupp tar-regolamenti tal-2007-2013 dwar it-twaqqif ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll.

15. Il-Kummissjoni tilqa' l-konklużjoni tal-Qorti. Ġeneralment il-Kummissjoni fasslet is-sistema tagħha konformi mal-prinċipji ta' “Awditjar Waħdieni” stabbiliti mill-Qorti (ara wkoll il-paragrafu 80)

Il-vantaġġ prinċipali li jkun applikat l-Artikolu 73 tal-Kummissjoni jinsab fil-possibilità li jiffoka r-riżorsi llimitati għall-awditjar għall-programmi u awtoritajiet b'riskji ogħla minflokk tnaqqas il-kontroll kumplessiv tagħha. Barra minn hekk, awditjar waħdieni xorta jeħtieġ il-monitoraġġ tax-xogħol tal-awtorità tal-awditjar u għalhekk jibqa’ kwistjoni kruċjali. 

16. Il-kundizzjonijiet biex jingħata l-Artikolu 73 huma relatati kemm għall-affidabilità tax-xogħol tal-awtorità tal-awditjar u mal-fatt li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw sew. Għaldaqstant il-Kummissjoni trid twettaq xogħol ta' awditjar iddettaljat konsiderevoli skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar, qabel ma tista' tagħti l-istatus tal-Artikolu 73. Dan jispjega wkoll għaliex l-istatus tal-Artikolu 73 jista' jingħata biss wara xi snin ta' implimentazzjoni tal-programm.

Dan ifisser ukoll li fejn is-sistema ta' ġestjoni u kontroll ta' programm, indipendentament mill-awtorità tal-awditjar, għadha mhux robusta biżżejjed, l-ebda status tal-Artikolu 73 ma jista' jingħata lill-programm anki jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta bix-xogħol tal-awditjar tiegħu u bil-funzjonament tal-awtorità tal-awditjar.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 17, 18 u 19.

Kull deċiżjoni biex jingħata l-istatus tal-Artikolu 73 hija speċifika għal programm fir-responsabbiltà tad-direttorat ġenerali rispettiv tal-Kummissjoni.

Il-kundizzjonijiet biex jingħata l-istatus tal-Artikolu 73 lil programm ġew stabbiliti fi "pjan direzzjonali lejn l-implimentazzjoni tal-Artikolu 73" diskuss mal-Awtoritajiet tal-Awditjar fl-2009 u l-2010 u ffinalizzat fit-13 ta' Ottubru 2010 Għaldaqstant l-awtoritajiet tal-awditjar ġew kompletament assoċjati u informati dwar il-kriterji u l-benefiċċji li jkollhom l-istatus tal-Artikolu 73 għal programm partikolari.

Il-pjan direzzjonali inizjali ġie formalment aġġornat f'Settembru tal-2013, wara l-ewwel deċiżjonijiet dwar l-ogħti tal-istatus tal-Artikolu 73 kmieni fl-2012. L-aġġornament jitratta l-kjarifika tal-kundizzjonijiet biex jingħata l-Artikolu 73 kif ukoll il-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu jekk kundizzjoni waħda jew iżjed ma jkunux sodisfatti iktar (temporanjament). Flimkien ma' inkjesta awditarja speċifika li tistipula l-metodoloġija u l-passi li għandhom jittieħdu biex tkun immonitorjata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 73 ġiet imfassla b'mod konġunt u qed tkun implimentata mis-servizzi tal-Kummissjoni kollha kkonċernati skont il-ftehim fil-livell ta' bejn is-servizzi.

Kif stabbilit fil-pjan direzzjonali aġġornat u f’din l-inkjesta awditarja, il-Kummissjoni se tieħu d-deċiżjoni li terġa’ tibda tagħmel l-awditi tagħha fuq il-post meta ma jkunx għadu ġustifikat li toqgħod fuq il-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar. Dan jista’ jirriżulta mill-fatt li nuqqasijiet materjali ma jkunux ġew irrapportati u tqiesu fl-opinjoni tal-awditjar annwali għal sena partikolari u talba mill-Kummissjoni biex jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni/miżuri korrettivi ma kinux segwiti b'mod adegwat mill-awtorità tal-awditjar.

OSSERVAZZJONIJIET

27. Kif indikat fis-sommarju eżekuttiv tar-rapport ta’ attività annwali tad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana, it-tnaqqis fl-għadd ta' riżervi huwa prinċipalment dovut għall-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Istati Membri u l-implimentazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni (ara r-rapport tal-attività annwali tad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana, il-paġni 46 sa 49). Il-politika stretta segwita mid-DĠ tal-Politika Reġjonali u Urbana fuq twissijiet, interruzzjonijiet, suspensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji ħadmet bħala inċentiv biex l-Istati Membri kkonċernati jtejbu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll dgħajfa.

29. Barra miż-żewġ indikaturi msemmija mill-Qorti, il-Kummissjoni tibbaża l-assigurazzjoni tagħha fuq proċess dettaljat u passi varji, filwaqt li tqis ħafna riżultati u oħra tal-awditjar nazzjonali u tal-Unjoni u informazzjoni lil hinn mis-sempliċement żewġ indikaturi kkwotati mill-Qorti.

Ir-riżultat ta' dan il-proċess u l-analiżi huwa deskritt fid-dettall fir-rapporti ta’ attività annwali rispettivi għall-2012 tad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana u dak tad-DĠ għall-Impjiegi (ara l-paġna 35 u l-Anness 9 u l-paġna 37 u l-Anness 8 rispettivament tar-rapporti ta’ attività annwali għall-2012 tad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana u dak tad-DĠ għall-Impjiegi).

Tweġiba komuni għall-paragrafu 30 u l-Kaxxa 4

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol fundamentali moqdi mill-awtoritajiet tal-awditjar u l-importanza tagħhom biex jiżguraw il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni rrapportata fir-Rapporti Annwali ta’ Kontroll.

Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni wettqet xogħol estensiv tal-awditjar permezz ta' 269 missjoni ta' awditjar matul is-snin biex tivvaluta l-effikaċja tal-awtoritajiet tal-awditjar li jkopru 96 % u 99 % tal-allokazzjonijiet rispettivi tal-FEŻR/ FK u l-FSE.

Bejn l-2009 u l-2013, ix-xogħol ta' twettiq mill-ġdid ta' xogħol tal-awditu tal-Kummissjoni fuq awtoritajiet tal-awditjar wera li:

- Minn 47 awtorità tal-awditjar awditjati, id-DĠ għall-Politika reġjonali u urbana kkonkluda li, f'dan l-istadju, 38 awtorità tal-awditjar kienu affidabbli.

- Minn 84 awtorità tal-awditjar awditjati, id-DĠ għall-Impjiegi kkonkluda li 78 awtorità tal-awditjar kienu affidabbli.

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkunsidra li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-awtoritajiet tal-awditjar li jkopru madwar 90 % tal-allokazzjonijiet tal-fondi jikkonformaw mal-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) u jipprovdu bażi affidabbli għall-assigurazzjoni tal-Kummissjoni u biex ikun applikat il-kunċett ta' awditu waħdieni.

Dawn ir-riżultati huma kkumplimentati mill-eżaminazzjoni tal-Qorti ta’ awtoritajiet tal-awditjar matul l-aħħar tliet snin.

B’mod partikolari, meta l-Kummissjoni għandha dubji dwar l-akkuratezza u l-affidabbiltà tar-rati tal-iżbalji rrapportati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar, hija tiżvela fir-rapport ta’ attività annwali tagħha r-rati ta’ żball irrappurtati li huma kkalkulati mill-ġdid meta informazzjoni suffiċjenti hija disponibbli, jew li jinbidlu b’rati fissi meta dawn jitqiesu mhux affidabbli.

L-ewwel inċiż:

F’żewġ każijiet, il-Kummissjoni tinnota li kien hemm xi dgħufijiet fl-approċċ għall-kampjunar, iżda tqis li ma kienx hemm impatt sinifikanti.

Fi tliet każijiet, il-Kummissjoni kienet sabet dgħufijiet simili bħal dawk rapportati mill-Qorti u ħadet azzjonijiet xierqa. F'każ wieħed irraportat mill-Qorti fl-2013, is-segwitu għadu għaddej.

It-tieni inċiż:

F’sitt każijiet, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet tal-awditjar huma effettivi fir-rigward ta’ awditi fuq operazzjonijiet. Għas-sitt każijiet li jifdal, il-Kummissjoni segwiet id-dgħufijiet identifikati mill-Qorti.

It-tielet inċiż:

F’żewġ każijiet, il-Kummissjoni taqbel li kien hemm xi dgħufijiet fil-proċeduri tal-awtorità tal-awditjar u l-Kummissjoni żgurat is-segwitu. Madankollu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ żball irrapportati u r-rapporti annwali ta’ kontroll wasslu għal konklużjonijiet xierqa, meta jitqies ukoll ix-xogħol addizzjonali ta’ awditjar imwettaq mill-awtorità tal-awditjar fuq talba tal-Kummissjoni fejn meħtieġ.

Fit-tliet każijiet l-oħra, il-Kummissjoni kienet sabet dgħufijiet simili bħal dawk irrapportati mill-Qorti u ħadet azzjonijiet xierqa, inkluż l-interruzzjoni tal-pagamenti sakemm l-azzjonijiet ta’ rimedju kienu implimentati mill-awtorità tal-awditjar ikkonċernata.

Bħala riżultat tal-azzjonijiet li ttieħdu biex jirrimedjaw id-dgħufijiet identifikati, mil-lum il-Kummissjoni għandha assigurazzjoni raġonevoli li l-awtoritajiet tal-awditjar kollha tal-FEŻR/ FK u FES, minbarra waħda, eżaminati mill-Qorti huma effettivi. Għall-awtorità tal-awditjar li jifdal identifikata mill-Kummissjoni u mill-Qorti bħala mhux effettiva, azzjonijiet ta’ rimedju għadhom għaddejjin għal xi programmi FEŻR/ FK u FES.

Għall-ħames awtoritajiet tal-awditjar li rraportaw rati tal-iżball inqas għall-programmi tal-FEŻR/ FK matul l-2010, l-2011 jew l-2012, is-sitwazzjoni hi s-segwenti:

- f'każ wieħed, ir-rapporta inqas ma kellu l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għax l-opinjoni tal-awtorità tal-awditjar kienet ikkwalifikata u saret riżerva fir-rapport annwali ta' attività tal-2010

- ir-riskju residwu kumulattiv kien inqas minn 2 % f’każ ieħor,

- il-Kummissjoni tikkunsidra r-rati ta' żball irraportati bħala inaffidabbli u użat rati fissi għall-iskop tal-proċess ta' assigurazzjoni tagħha fi tliet każi; hija esprimiet riżervi fir-rapporti annwali ta' attività rispettivi u interrompiet il-pagamenti għall-programmi korrispondenti.

Barra minn hekk il-Kummissjoni qed taħdem b’mod proattiv ma’ dawn l-awtoritajiet ta’ verifika sabiex ittejjeb l-affidabilità tar-rati ta’ żball rrapportati tagħhom.

31. Il-Kummissjoni tinterrompi pagamenti malli jkollha evidenza li tissuġġerixxi problemi inkluż fil-funzjonament tal-awtorità tal-awditjar. Barra minn hekk, evidenza sostanzjata ta’ nuqqasijiet fil-funzjonament tal-awtorità tal-awditjar, wara awditu mill-Kummissjoni dejjem twassal għat-tnedija ta’ proċedura ta’ sospensjoni sakemm il-miżuri korrettivi meħtieġa jkunu ġew implimentati mill-Istat Membru.

Il-miżuri korrettivi huma msaħħa iktar fl-abbozz tar-regolamenti għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2014-2020, li jipprevedi korrezzjonijiet finanzjarji netti fil-każ ta' irregolaritiajiet serji identifikati wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali u mhux detetti/ irraportati preċedentament mill-awtorità tal-awditjar tal-programm.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 32 u 33:

Il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija b’saħħitha biex tivverifika u tivvalida r-rati ta' żball irrapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni tar-reviżjoni dokumentarja fir-rigward tal-akkuratezza u l-affidabbiltà tar-rati ta’ żball rapportati fir-rapporti annwali ta’ kontroll huma bbażati wkoll fuq l-assigurazzjoni miksuba minn inkjesta ta’ awditjar estensiva dwar ir-reviżjoni tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar (ara r-risposti għall-paragrafu 9).

Permezz ta' dan il-proċess ta' reviżjoni dokumentarja, il-Kummissjoni tiċċara kwalunkwe dubju li jista' jinqala' rigward l-akkuratezza u/jew l-affidabilità tar-rati ta’ żball irrapportati. Jekk ikun meħtieġ, dan jikseb riżultati tal-awditjar dettaljati li jsostnu l-kalkolu tar-rata ta’ żball bil-miktub jew matul missjonijiet esplorattivi fuq il-post.

Fl-2013 is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu 12-il missjoni esplorattiva fuq il-post li kienu jkopru 64 programm tal-FEŻR/ FK fi 11-il stat Membru u 15-il missjoni li jkopru 23 programm tal-FSE f'10 Stati Membri.  Abbażi tal-informazzjoni kollha miġbura, il-Kummissjoni aġġustat ir-rata ta' żball irraportati għall-21 % tal-programmi tal-FEŻR/ FK u 15 % tal-programmi FSE, u kkunsdirat 11 % tar-rati ta' żball irrapportati għall-programmi kollha bħala inaffidabbli u għaldaqstant issostitwiethom b'rati fissi.

Barra minn hekk, għaż-żewġ Programmi Operazzjonali tal-FSE mill-51 programm il-Kummissjoni tixtieq tissottolinja li l-Qorti, fil-paragrafu 6.34 tar-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2012 tiddikkjara li n-nuqqasijiet fir-rati ta' żball irraportati mill-Awtoritajiet tal-Awditjar "ma ddubitawx l-għadd u l-impatt tar-riżervi formulati mid-DĠ għall-Impjiegi fl-2012". Għall-44 programm ieħor tal-FEŻR/ FK il-Kummissjoni tinnota li d-diskrepanzi żgħar irraportati mill-qorti ma ddubitawx l-għadd u l-impatt tar-riżervi formulati mid-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana fl-2012.

Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 34 u 35.

34. Il-Kummissjoni tqis li l-fatt li għal tliet snin konsekuttivi r-rata stmata ta’ żball tal-Kummissjoni stess, kif żvelata fir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet tad-DĠ għall-impjiegi, hija skont ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli tal-Qorti jikkonferma l-validità u l-affidabbiltà tal-metodu tagħha.

Għall-2011 u l-2012, ir-rati ta' żball stmati mid-DĠ għall-Impjiegi bħala żvelati fir-rapport annwali ta' attività tiegħu kienu f''firxa ta' 2,0 % sa 2,5 % (ara l-paġna 43 tar-rapport annwali ta' attività tal-2011) u 2,3 % sa 3,2 % (ara l-paġna 37 tar-rapport annwali ta' attività tal-2012), rispettivament. Ir-rati ta' żball tal-Qorti għal dawk is-snin kienu 2,2 % u 3,2 % rispettivament. Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rata ta' żball użata mid-DĠ għall-Impjiegi għar-rapport annwali ta' attività tal-2010, li tikkorrispondi mar-riżultati miksuba permezz tal-eżerċizzju tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti, hija affidabbli.

Għall-programmi FEŻR/ FK, fir-rapport annwali tagħha għall-2012 il-Qorti tikkonferma wkoll li l-estimu tad-DĠ għall-Politika reġjonali u urbana tal-ammonti ta' riskji għall-2012 abbażi tar-rati tal-iżball irrapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar fir-rigward tan-nefqa tal-2012 huma konformi mal-valutazzjoni tal-Qorti (il-paragrafu 5.55 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2012).

L-ewwel inċiż:

Il-Kummissjoni tosserva li l-51 programm ikkwotat mill-Qorti għandhom x'jaqsmu mal-ħidma ta' disa' Awtoritajiet tal-Awditjar minn total ta' 112-il Awtorità tal-Awditjar li jieħdu ħsieb il-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni. Hija tinnota li l-kwistjoni teknika mqajma fil-każ ta' 31 programm miġbura f'kampjun wieħed ma tbiddilx il-valutazzjonijeit ta' awtorità tal-awditjar u tal-Kummissjoni.

Fil-każijiet li jifdal, il-Kummissjoni tqis li kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex wieħed jikkonkludi b’mod adegwat dwar ir-rati ta’ żball irrapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 32.

It-tieni inċiż:

Il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti fil-każijiet kollha waslet għall-istess konklużjonijiet, bl-eċċezzjoni ta' ħames każijiet mill-138 każ li rieżaminat. Rigward dawn il-ħames każi li jikkonċernaw żewġ awtoritjiet tal-awditjar, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tagħha kif irraportata fir-rapport annwali tal-attività tal-2012 wara analiżi fil-fond tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati u li ma kien hemm l-ebda raġuni għal riżerva. Għal erbgħa minn dawn il-programmi rraggruppati f’kampjun wieħed, l-iżball ġie kkoreġut fl-2012 u għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li ma kellux għalfejn ikun inkluż fil-kalkolu tar-rata tal-iżbalji prevista. Dwar il-ħames programm, il-Kummissjoni tqis li jekk tittieħed inkonsiderazzjoni l-parti tan-nefqa li kienet eskluża mill-popolazzjoni li kellha tiġi awditjata, din kien se jkollha impatt limitat ħafna fuq ir-rata tal-iżbalji.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 5.52, ir-raba' inċiż, u l-paragrafu 5.57 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2012.

Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkunsidra, li implimentat korrettament ir-rwol superviżorju tagħha fuq ir-rati tal-iżbalji li ġew irrapportati mill-Awtoritajiet tal-Awditjar.

35. Skont il-metodu użat għar-rapport annwali ta' attività tal-2012, ir-rati ta' żball ivvalidati kienu wieħed mill-elementi għall-valutazzjoni finali tal-programmi min-naħa tad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana. Dawn ma kinux użati għall-estimu tal-pagamenti minimi u massimi f’riskju, li kien ibbażat fuq il-metodoloġija użata fis-snin preċedenti.  Kif indikat espliċitament fir-rapport annwali ta' attività tal-2010 (il-paġna 69), id-DĠ għall-Politika reġjonali u urbana stima li l-ammont f'riskju hu ta' madwar 0,8 % u 1,7 % tal-pagamenti tiegħu għall-2010 u kkunsidra li "ir-rati ta' żball irraportati mill-awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali relatati man-nefqa ddikjarata tal-2009 għandhom ikunu interpretati b'kawtela meta jkun ivvalutat il-funzjonament tas-sistemi fl-2010" (il-paġna 31). Ir-rati ta' żball kollha rrapportati kienu vvalutati u vvalidati mid-DĠ għall-Politika reġjonali u urbana, inkluż 'il fuq jew bl-użu ta' rati fissi f'iktar min-nofs il-każi, fl-2011 u fis-snin sussegwenti. F'ċerti każi rati ta' żball reveduti kienu kkomunikati mill-awtoritajiet tal-awditjar fl-2011 jew l-2012.

Mill-2011 ’il quddiem, id-DĠ għall-Politika reġjonali u urbana rreveda l-metodoloġija tiegħu biex b'hekk jippermetti estimu aktar preċiż tal-ammont f’riskju, ibbażat fuq rati ta’ żball rapportati minn awtoritajiet tal-awditjar u vvalidati mis-servizzi tal-Kummissjoni. Fl-istess ħin, id-DĠ għall-Politika reġjonali u urbana introduċa l-kalkolu ta' riskju residwu kumulattiv, waqt li qies il-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati mill-Istati Membri. Għal dan il-kalkolu, id-DĠ għall-Politika reġjonali u urbana b’hekk juża rati ta’ żball ivvalidati għas-snin kollha mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, inklużi rati ta’ żball sussegwentement riveduti mill-awtoritajiet tal-awditjar, ir-rati ta’ żball li jista’ jikkalkula mill-ġdid u rati fissi. Għalhekk il-limitazzjonijiet espressi meta sar ir-rapportar fl-2010 ma għandhom l-ebda impatt fuq il-kolkolu tal-Kummissjoni tar-riskju residwu kumulattiv fl-2012. Fir-rapport annwali tagħha għall-2012 il-Qorti kkonfermat ukoll li l-estimu tad-DĠ għall-Politika reġjonali u urbana tal-ammonti ta' riskji għall-2012, huwa konformi mal-valutazzjoni tal-Qorti (il-paragrafu 5.55 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2012).

Rigward id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi u affarijiet soċjali, il-Kummissjoni tirreferi għar-risposta tagħha għall-paragrafu 34.

36. Il-Kummissjoni ppromwoviet b'mod attiv l-użu ta' kampjunar statistiku fl-2012/2013 permezz ta' gwida aġġornata għall-kampjunar f'April 2013, anki fil-każ ta' populazzjonijiet żgħar ta' operazzjonijiet, sabiex tikseb riżultati rappreżentattivi f'għadd dejjem jikber ta' programmi.

Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li r-rata ta’ żball tista' wkoll tkun rappreżentattiva f’każ li approċċ formali għall-kampjunar mhux statistiku jintuża, jew meta l-kampjun awditjat jiżgura kopertura għolja tan-nefqa.

Madankollu, kampjuni mhux statistiki għal popolazzjonijiet żgħar ta’ operazzjonijiet huma konformi mar-Regolament u jipprovdu l-aħjar indikazzjoni disponibbli tar-riskju kumplessiv għall-programmi kkonċernati. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tqis ukoll x'karatteristiċi għandha l-popolazzjoni u l-kopertura mill-awditjar. Il-Kummissjoni trid tuża dawn l-indikaturi għall-iskop tal-proċess ta’ assigurazzjoni tagħha u għall-kalkulazzjoni tar-riskju residwu kumulattiv. Fi kwalunkwe każ, fejn il-Kummissjoni tqis li r-rata ta’ żball irrapportata hija inaffidabbli, hija tuża rati fissi.

37. Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti li l-kopertura ta' korrezzjonijiet finanzjarji hija kompitu kumpless minħabba differenzi fiż-żmien bejn l-irrapportar tal-Istati Membri u l-iskadenzi tar-rapport annwali ta’ attività tal-Kummissjoni u l-atturi differenti involuti fl-implimentazzjoni tagħhom.  Sabiex tirrifletti l-karattru pluriennali tal-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż il-korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi, il-Kummissjoni tikkalkula riskju residwu kumulattiv li huwa indikatur ta’ kemm il-kapaċità korrettiva tal-programm qed tipprogressa sena wara sena. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura rata ta’ żbalji residwali taħt il-limitu minimu ta' materjalità fi tmiem il-perjodu ta’ pprogrammar, billi tqis il-korrezzjonijiet finanzjarji kollha mġarrba matul il-ħajja ta’ programm.

38. Il-Kummissjoni trid taħdem bid-dejta pprovduta mill-Istati Membri sal-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena skont ir-rekwiżiti regolatorji u li huma disponibbli fl-istruttura pluriennali mwaqqfa għall-politika ta’ koeżjoni.

L-ewwel inċiż:

Il-Kummissjoni teħtieġ li tikkalkula r-riskju residwu kumulattiv fl-aħħar tas-sena vvalutata fir-rapport annwali ta’ attività. Ir-riskju residwu kumulattiv huwa indikatur tal-kapaċità korrettiva tal-programm fuq bosta snin, li jqis l-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-kalkolu tiegħu, kemm f’termini ta’ riskju u tal-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula.

Meta jsir ir-rapport annwali ta' attività, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha r-rapportar tal-Istati Membri dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji ppreżentati fis-sena preċedenti u d-dejta rrapportata għas-sena kurrenti għal xi programmi. Din l-informazzjoni tista’ tiġi analizzata mill-Kummissjoni billi l-biċċa l-kbira tal-korrezzjonijiet huma mibdija fuq talba tal-Kummissjoni stess.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet xogħol ta' awditjar speċifiku bbażat fuq ir-riskju matul l-aħħar tliet snin li jkopri 68 programm operazzjonali sabiex tiżgura li l-korrezzjonijiet irraportati mill-Istati Membri huma effettivament implimentati u, fil-każ ta' dubji jew evidenza insuffiċjenti, tnaqqas l-ammonti kkonċernati mill-korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi kkunsidrati għall-iskop tal-kalkolu tar-rata ta' żball residwu.

It-tieni inċiż:

Kif indikat fil-gwida dwar it-trattament tal-iżbalji żvelata fir-rapport annwali ta' kontroll (COCOF_11-0041-01-MT tas-7 ta' Diċembru tal-2011), l-awtoritajiet tal-awditjar iridu jipprojjettaw ir-rata ta' żball ibbażata fuq is-sejbiet kollha tal-awditu u ma għandhiex tqies korrezzjonijiet finanzjarji mwettqa b'riżultat tal-awditi tagħhom għall-kalkolu tar-rati ta' żball projjettati. Meta jifformulaw l-opinjoni ta’ awditjar tagħhom, huma jistgħu jikkunsidraw eventi sussegwenti fis-sens ta’ korrezzjonijiet finanzjarji meħuda minn meta ntemmu l-awditi tagħhom. Jekk dawn il-korrezzjonijiet huma biżżejjed biex tittaffa r-rata ta' żball projjettata, l-awtorità tal-awditjar tista’ tiddeċiedi li tirrapporta opinjoni mhux kwalifikata, iżda xorta trid tirrapporta r-rata ta' żball kif ikkalkulata.

Il-Kummissjoni se tfakkar l-awtoritajiet tal-awditjar dwar din ir-regola.

It-tielet inċiż:

Irkupri pendenti huma bbażati fuq ordnijiet ta’ rkupru maħruġa mill-Istat Membru, u li għad iridu jiġu eżegwiti. Skont ir-Regolament huma meħtieġa li jikkundsidraw dawn l-azzjonijiet korrettivi u huwa leġittimu li jagħmlu dan.

Ir-raba' inċiż:

Skont ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kwalunkwe rtirar inkluż f’talba għall-pagament tas-sena preċedenti. Kif ikkjarifikat fin-nota ta' gwida [in-nota f'qiegħ il-paġna bir-referenza COCOF 10/0002/02 bid-data tas-17/03/2010], l-irtirar huwa definittiv ma jistax jerġa jiddaħħal f'talbiet segwenti għall-pagamenti, għajr jekk l-ammonti irregolari iktra tard jinstabu li kienu regolari u eliġibbli. F’tali każijiet l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha tikkoreġi r-rapportar tagħha. Il-Kummissjoni se tfakkar lill-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni dwar din ir-regola.

39. Sa mir-rapporti annwali ta' attività tal-2011 rilaxxati f'Marzu 2012, kwalunkwe instanzi ta' rati negattivi tal-iżball residwu huma aġġustati għal minimu ta' 0 bħal parti mill-proċeduri li ddaħħlu mill-Kummissjoni biex ikun evitat li l-kalkolu tar-riskju residwu kumplessiv kumulattiv ikun sottostmat.

Ir-riskju residwu kumulattiv jirrifletti l-kapaċità korrettiva kumplessiva ta’ programm, filwaqt li jqis l-aħjar estimu tar-riskju, ir-rata ta’ żball vvalidata, u l-informazzjoni dwar il-korrezzjonijiet kollha mwettqa, indipendentement mis-sors tas-sejba (awtorità ta' ġestjoni, ċertifikazzjoni jew tal-awditjar). Għalhekk, f’każijiet estremi, riskju residwu kumplessiv ta' żero juri li l-korrezzjonijiet irrapportati kumplessivament u marbuta man-nefqa preċedentament inkluża fit-talbiet għall-pagament lill-Kummissjoni kienu ogħla mir-riskju kumulattiv stmat għall-programm, meta sar il-kalkolu.

40. Ir-riżervi huma prinċipalment ibbażati fuq valutazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u r-rata ta’ żball projettata, ir-riskju residwu kumulattiv huwa t-tieni l-filtru biex tittieħed deċiżjoni dwar il-ħtieġa għal riżervi addizzjonali. B’mod partikolari, iżda mhux esklussivament, fil-każ ta’ rata ta’ żball validata bejn it-2 % u l-5 %, dan jippermetti li tittieħed deċiżjoni dwar jekk għandhomx isiru riżervi addizzjonali. Żgur li mhijiex is-sors ewlieni ta’ riżervi fir-rapport annwali ta’ attività, iżda hija waħda kumplimentarja.

Dan l-approċċ kien segwit minn 65 programm tal-FEŻR u tal-FSE mis-67 kkwotati mill-Qorti. Għaż-żewġ programmi li jifdal, kif indikat mill-Qorti fl-Anness III mar-rapport tagħha, eċċezzjonijiet skont il-metodoloġija tar-rapport annwali ta' attività saru u kienu żvelati fir-rapport annwali ta' attività ladarba l-korrezzjonijiet finanzjarji kollha neċessarji kienu ġew implimentati fiż-żmien għall-proċess tal-assigurazjzoni (cf. ir-rapport annwali ta' attività tad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana, il-paġna 35).

Għall-erbgħa programmi operazzjonali tal-FSE b"rata ta' żball projettata" ogħla minn 5 %, il-korrezzjonijiet finanzjarji kollha neċessarji kienu diġà ġew implimentati sakemm ħareġ ir-rapport annwali ta' attività tad-DĠ għall-Impjiegi għall-2012. Għalhekk, rati ta’ żball kumulattivi kkalkulati għal dawk il-programmi operazzjonali kienu taħt t-2 %. Skont istruzzjoni fis-seħħ tal-Kummissjoni għar-Rapport ta' Attività Annwali għall-2012, riżerva kwantifikata hija meħtieġa biss jekk ir-riskju finanzjarju kumulattiv huwa ogħla minn 2 %. Barra minn hekk, għall-erbgħa programmi kkonċernati, il-pjanijiet ta’ azzjoni xierqa kienu fis-seħħ biex ma jħallux li dawn il-kwistjonijiet jirrepetu ruħhom.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fil-paragrafu 6.34 tar-Rapport Annwali tagħha għall-2012, il-Qorti tiddikkjara li n-nuqqasijiet identifikati fir-rati ta' żball irraportati mill-Awtoritajiet tal-Awditjar "ma ddubitawx l-għadd u l-impat tar-riżervi formulati mid-DĠ għall-Impjiegi fl-2012".

43. Hemm żewġ proċessi li għandhom ikunu differenzjati b'mod ċar: id-dipendenza formali fuq ix-xogħol tal-awtorità tal-awditjar skont il-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 73 tar-Regolament minn naħa, u l-fatt li l-Kummissjoni tista' min-naħa l-oħra, wara valutazzjoni profonda tagħha tar-rapport annwali ta' kontroll u fil-kunsiderazzjoni tax-xogħol fuq il-post tagħha, tivvalida u b'hekk toqgħod fuq ir-riżultati rrapportati tal-awditu għall-proċess ta' assigurazzjoni annwali.

Iċ-ċifri rrapportati mill-Qorti jirrifflettu l-approċċ prudenti segwit mill-Kummissjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 47 u l-kundizzjoni doppja li ma sserraħx biss fuq ix-xogħol ta' awtorità tal-awditjar u r-rati ta' żball irrapportati iżda wkoll li l-elementi kollha tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll għall-programm ikkonċernat ikunu kompletament effettivi (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 16).

Barra minn hekk, it-twettiq tal-kundizzjonijiet ma jiskattax awtomatikament deċiżjoni mill-Kummissjoni biex jingħata l-Artikolu 73. Il-Kummissjoni tuża ġudizzju professjonali sabiex tqis il-fatturi l-oħra kollha rilevanti, inklużi, fost l-oħrajn, il-materjalità u l-kritikalità ta' kull programm operazzjonali għall-Fond fit-totalità tiegħu.

Tweġiba komuni għal paragrafi 44 sa 46

Il-Kummissjoni tkun tista' tinnotifika l-Artikolu 73 biss ladarba jkun sar ammont suffiċjenti ta' xogħol ta' awditu skont l-istandars internazzjonali tal-awditjar u tkun tista' tintlaħaq valutazzjoni pożittiva tal-awtorità tal-awditjar.

Addizzjonalment, anke jekk id-deċiżjonijiet biex jigħata l-Artikolu 73 kellhom jittieħdu fis-sitt sena tal-perjodu 2007-2013, l-implimentazzjoni tal-programmi fuq il-post tibqa' għaddejja sal-2015 u l-egħluq ikompli sal-2017. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-awditu waħdieni jista' jkollha rwol importanti għat-twaqqif ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll għall-perjodu ta' programmar li jmiss u l-kunċett se jinżamm u se jkollu impatt pożittiv sal-2023.

Il-pjan direzzjonali tal-2010 kien qiegħed jindika bi prudenza li “l-ewwel grupp ta’ awtoritajiet tal-awditjar jistgħu jkunu f’pożizzjoni li jibbenefikaw jew jistgħu diġà jibbenefikaw mill-prinċipju ta’ awditjar waħdieni għal xi programmi/sistemi u l-Kummissjoni prinċipalment se toqogħd fuq l-opinjoni tal-Awtorità tal-Awditjar”. Il-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx tipprevedi skeda preċiża qabel ma tkun wettqet l-analiżi tagħha. Ta' bilħaqq, il-kundizzjonijiet previsti fir-regolament, kif ukoll fl-istandards tal-awditjar, jeħtieġu li l-Kummissjoni tikseb riżultati robusti tal-awditjar wara proċeduri avversi qabel ma tkun tista' tiddeċiedi li timplimenta l-Artikolu 73 fuq programm speċifiku. Dan kien possibbli biss wara xogħol fuq il-post ta' twettiq mill-ġdid dettaljat mill-Kummissjoni fl-inkjesta tagħha ta' awditjar “Analiżi tax-xogħol tal-Awtoritajiet tal-Awditjar”, imwettqa mill-2009.

Il-Kummissjoni b'hekk adottat approċċ prudenti minn meta ngħata l-ewwel status tal-Artikolu 73 wara li rċeviet ir-rapporti annwali ta' kontroll għall-2010 u l-2011, li kienu l-ewwel rapporti li rrapportaw rati ta' żball. Fl-istess perjodu, il-Kummissjoni pprovdiet gwida dwar l-elaborazzjoni ta’ dawk ir-rapporti, it-trattament tal-iżbalji, it-teħid ta’ kampjuni, eċċ. bil-għan li tiġi żgurata l-affidabilità u l-konsistenza tal-informazzjoni rċevuta. 

Ara wkoll it-tweġiba għal paragrafu 30.

47. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tikseb “assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw b’mod effettiv” permezz tal-valutazzjoni ta’ rekwiżiti prinċipali u funzjonijiet dettaljati għal kull programm. Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq sinteżi tar-riżultati kollha tal-awditjar mill-Kummissjoni u mill-Istat Membru u tmur lil hinn mill-indikazzjoni pprovduta mill-uniku indikatur tar-riskju residwu kumulattiv. Il-Kummissjoni formalment aġġornat il-pjan direzzjonali tagħha f'Settembru 2013, anki billi kjarifikat ulterjorment il-kriterji li timxi magħhom biex tagħti l-Artikolu 73: aċċettazzjoni tal-istrateġija tal-awditjar u tal-valutazzjoni ta' konformità; assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw b'mod effikaċi u għandhom riskji limitati; assigurazzjoni raġonevoli li l-awtorità tal-awditjar taħdem sew u li xi titjib minuri biss huwa meħtieġ, waqt li jitqiesu l-għarfien u l-esperjenza kumulattivi tal-awditjar tal-Kummissjoni ta' din l-awtorità tal-awditjar. Hija tqis ukoll ir-riżultati tal-awditi tal-Qorti.

48. Abbażi tal-valutazzjoni tagħha stess, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rekwiżiti jinsabu fis-seħħ fi tmiem l-2013 għall-61 programm. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tibbaża fuq ir-riżultati tal-inkjesti estensivi tal-awditjar mibdija fl-2009 biex tivverifika effettivament l-affidabilità tal-Awtoritajiet tal-awditjar. Barra minn hekk, hija tikkunsidra d-dispożizzjonijiet regolatorji kollha, inkluż l-użu ta’ kampjunar mhux statistiku f’xi każijiet bħala l-aħjar estimu tar-riskju u l-effikaċja tas-sistema ta’ ġestjoni u, kif ukoll “ir-riskju residwu kumulattiv” ikkalkolat għal kull programm jew gruppi ta’ programmi mill-2012 kif indikat hawn fuq.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-programmi msemmija mill-Qorti f’kaxxa 6 jirrappreżentaw 5 % u inqas minn 1 % tal-allokazzjonijiet globali rispettivi FEŻR/FK u l-FSE.

Kaxxa 6 - Ħarsa kumplessiva tar-riżultati tal-ittestjar tal-Qorti tal-kundizzjonijiet fis-seħħ tal-Artikolu 73 (2012)

(a)

L-ewwel inċiż:

Meta programmi taħt sistema komuni ta’ ġestjoni u ta’ kontroll huma miġbura għall-iskop ta’ kampjunar statistiku, kif provdut fir-Regolament, il-Kummissjoni ma tistax tikkalkula r-riskju residwu kumulattiv għal kull programm billi l-awtoritajiet tal-awditjar jirrapportaw rata ta’ żball waħda għall-programmi kollha miġbura flimkien. Dan l-approċċ huwa meħud fil-każijiet kollha għall-Istati Membri kollha meta l-awtoritajiet tal-awditjar jaggruppaw il-programmi taħt kampjun rappreżentattiv uniku.

Is-sitt programmi kkwotati mill-Qorti huma parti minn tmien programmi f'sistema komuni ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Ir-rata ta' żball irrapportata u vvalidata għall-grupp ta' programmi kienet 2,64 % għall-2011. Ir-riskju residwu kumulattiv korrispondenti għall-grupp ta’ tmien programmi kollha meħuda flimkien, wara li saru l-korrezzjonijiet mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni kkonċernata, kien taħt it-2 %. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li s-sistemi huma effikaċi għat-tmien programmi kollha kemm huma.

It-tieni inċiż:

Il-kundizzjonijiet kollha għall-għoti tal-Artikolu 73 għal dan il-programm kienu diġà fis-seħħ fil-bidu tal-2012. Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi approċċ prudenti li jindirizza r-riskju ta’ żbalji sistemiċi f’miżura speċifika tal-programm. Għalhekk hija ħarġet riżerva parzjali fir-rapport annwali ta’ attività sabiex jiġi kopert dan ir-riskju. Kien sussegwentament ikkonfermat mill-Istati Membri li n-nefqa intiera relatata ma' din il-miżura kienet irtirata bi prevenzjoni diġà f'Novembru 2011 u kien implimentat pjan ta' azzjoni fl-2012 biex ikun żgurat li l-ebda nefqa ma kienet fil-fatt f'riskju għal din il-miżura. Wara din il-konklużjoni, ir-riżerva parzjali tneħħiet f'Novembru tal-2012. Wara żewġ missjonijiet ta' awditjar fuq il-post, l-Artikolu 73 ingħata lill-programm. Ir-riżultati pożittivi rraportati fir-rapport annwali ta' kontroll għall-2012 ikkonfermaw din il-valutazzjoni b'rata ta' żball ivvalidata taħt it-2 % u l-Kummissjoni ħarġet opinjoni mhux kwalifikata fir-rapport annwali ta' attività għall-2012.

(b)

L-ewwel inċiż:

· Għaż-żewġ każijiet tal-ESF u l-każ tal-FEŻR imsemmija mill-Qorti, il-Kummissjoni tikkonferma li l-awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati segwew b’mod adegwat in-nota ta’ gwida tal-Kummissjoni dwar it-teħid ta’ kampjuni, minħabba d-daqs żgħir tal-popolazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-użu ta’ rati ta’ żball kampjun ibbażati fuq kampjuni mhux statistiċi huma previsti fir-Regolament fil-każ ta’ popolazzjonijiet żgħar ta’ operazzjonijiet. Dawn huma l-uniċi indikaturi disponibbli sabiex jiġi stmat ir-riskju ġenerali għall-programmi kkonċernati, u għaldaqstant jiġu użati mill-Kummissjoni għall-għanijiet tal-proċess li jagħti aċċertament. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tqis ukoll x'karatteristiċi għandha l-popolazzjoni u l-kopertura mill-awditjar. F'żewġ każijiet tal-FSE, minħabba d-daqs żgħir tal-popolazzjoni, intlaħqet il-kopertura minima meħtieġa (10%). Għall-programm FEŻR li jifdal, l-użu ta' selezzjoni aleatorja li tkopri entrati ta' valur għoli u iktar minn 10 % tan-nefqa kienet adegwata.

· Barra minn hekk, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha mhux biss fuq ir-rati ta' żball irrapportati fir-rapporti annwali ta’ kontroll, iżda wkoll fuq elementi oħra miksuba permezz tax-xogħol ta’ awditjar tagħha, bħal tat-twettiq mill-ġdid ta’ numru ta’ kontrolli tal-awtorità tal-awditjar fuq l-operazzjonijiet u l-għarfien akkumulat dwar il-funzjonament tas-sistemi kkonċernati.

· Ladarba dawk l-elementi kienu pożittivi, il-Kummissjoni kkonkludiet li kellha bażi suffiċjent biex tagħti l-Artikolu 73 għal dawk it-tliet programmi.

· Dwar il-kampjun tal-2013, iż-żewġ awtoritajiet tal-awditjar għażlu li jużaw metodu ta' kampjunar statistiku fid-dawl taż-żieda tad-daqs tal-popolazzjoni u l-limitu minimu aktar baxx li jiskattaw l-użu ta’ kampjunar statistiku stabbilit fil-gwida riveduta għall-kampjunar ipprovduta mill-Kummissjoni f’April 2013.

Ara wkoll it-tweġiba għal paragrafu 36.

It-tielet inċiż:

L-Artikolu 73 ingħata lil dawn iż-żewġ programmi f'Ġunju 2012 abbażi tal-konklużjoni li l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni kienu ġew sodisfatti. Dak iż-żmien il-Kummissjoni kienet irrieżaminat il-metodoloġija ta' kampjunar użata mill-Awtorità tal-Awditjar f'erba' Rapporti Annwali ta' Kontroll konsekuttivi mill-2008 u sabet li kienet konformi. L-informazzjoni dwar il-bidla tal-metodoloġija tal-kampjunar kienet ipprovduta f'Diċembru 2012 fir-Rapport Annwali ta' Kontroll li kien ivvalutat immedjatament. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni nnotat li l-esklużjoni tan-nefqa mill-popolazzjoni li għandu jitteħdilha kampjun ma kinitx konformi mar-regoli. Madankollu, ikkonkludiet li din il-bidla ta’ metodoloġija ma kellha l-ebda impatt fuq ir-rati ta’ żball irrapportati u kienet intgħażlet mill-Awtorità tal-awditjar għal raġunijiet ta’ kosteffiċjenza peress li l-benefiċjarji kkonċernati kienu diġà ġew awditjati mingħajr ma ġġeneraw żbalji fis-snin preċedenti.

Il-Kummissjoni tinnota li l-bidla fil-metodoloġija żiedet il-kopertura tal-awditjar minn 5 % għal 20 % meta mqabbla mas-snin preċedenti.

Ir-raba' inċiż: Il-Programm Operazzjonali msemmi mill-Qorti huwa r-raba’ l-iżgħar Programm Operazzjonali għall-FSE. Pagamenti annwali fl-2010/2012 ammontaw għal medja ta' EUR 1,5 miljun. Minkejja d-daqs żgħir ħafna tiegħu, l-Artikolu 74 li jistabbilixxi l-arranġamenti ta' kontroll proporzjonali għall-Programmi Operazzjonali żgħar ma setax ikun applikat minħabba li r-rata ta' kofinanzjament għal dan il-Programm Operazzjonali hija ogħla minn 40 %. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma li hija kellha bażi soda biżżejjed biex tagħti l-Artikolu 73 lil dan il-programm, li għandu impatt simili għall-Artikolu 74 ladarba, l-awtorità tal-awditjar tal-FSE segwiet adegwatament in-nota ta' gwida tal-Kummissjoni dwar il-kampjunar, fid-dawl tad-daqs tassew żgħir tal-popolazzjoni li kienet fil-biċċa l-kbira tagħha taħt il-limitu minimu meħtieġ għall-kampjunar statistiku kkwotat mill-Qorti fin-nota 9 ta' qiegħ il-paġna. (taħt l-20 proġett għall-2011 u l-2012). Għalhekk, il-kampjunar statistiku ma setax jiġi applikat għall-popolazzjoni kkonċernata. Madankollu, il-kopertura minima ta' 10 % meħtieġa mill-gwida tal-kampjunar intlaħqet.  Barra minn hekk, is-sistema ta' ġestjoni u kontroll għal dan il-Programm Operazzjonali ġiet ivvalutata bħala effettiva u r-rata ta’ żball irrapportata mill-awtorità ta’ ġestjoni u vvalidata mill-Kummissjoni kienet konsistentement taħt it-2 %.

(c) Il-Kummissjoni tikkunsidra li hija tagħti l-Artikolu 73 lil dawn iż-żewġ programmi abbażi ta' kriterji robusti, konsistenti u trasparenti u wara li qieset is-sejbiet tal-Qorti.

F'wieħed miż-żewġ każi msemmija mill-Qorti, is-sistema ta' ġestjoni u kontroll kienet ivvalutata bħala effettiva u r-rati ta' żball irrapportati mill-awtorità tal-awditjar u vvalidati mill-Kummissjoni kienu konsistentement taħt it-2 % matul il-perjodu (2010-2012).

Għat-tieni każ, is-sejbiet tal-Qorti ma kinux relatati mal-funzjonament tal-awtorità tal-awditjar imma lejn partijiet oħra tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u qed jiġu segwiti. Il-Kummissjoni tikkunsidra li n-nuqqasijiet identifikati fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll fl-2012 mhux neċessarjament jimpattaw l-affidabilità tax-xogħol tal-awtorità tal-awditjar.

(d) L-Artikolu 73 ingħata liż-żewġ awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati f'Ġunju u f'Settembru 2012. L-osservazzjoni tal-Qorti tirreferi għal sejbiet żvelati fl-2013.

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tikkonferma, wara valutazzjoni bir-reqqa tas-sejbiet tal-Qorti, li dawn l-awtoritajiet tal-awditjar jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-Artikolu 73. Il-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib li dawn ir-rekwiżiti jkomplu jkunu sodisfatti fl-inkjesta tal-awditjar konġunta tagħha dwar il-monitoraġġ tal-Artikolu 73 (ara t-tweġiba għall-paragarfu 54)

Tweġiba komuni għall-paragrafi 49 u 50.

Kif stipulat fil-pjan direzzjonali aġġornat u l-inkejsta tal-awditjar konġunta deċiża f'Settembru 2013, u riflessa fl-istrateġija tal-awditjar tas-Servizzi tal-Kummissjoni, monitoraġġ adegwat tal-Artikolu 73 jitwettaq permezz tal-analiżi tar-raporti tal-awditjar tas-sistema nazzjonali u tar-rapporti annwali ta' kontroll (inkluż missjonijiet għall-ġbir ta' informazzjoni fejn neċessarji), analiżi fuq il-post tad-dokument ta' ħidma u twettiq mill-ġdid ta' awditi mwettqa mill-awtorità tal-awditjar u laqgħat ta' koordinazzjoni bilaterali.

Ara wkoll it-tweġiba għal paragrafu 32.

Tweġiba komuni għal paragrafi 51 u 53.

Il-pjan direzzjonali kien maħsub bħala dokument strateġiku li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-Artikolu 73 u għall-skopijiet ta' monitoraġġ u mhux bħala dokument metodoloġiku. Wara l-ewwel lott ta' deċiżjonijiet tal-Artikolu 73 fl-ewwel nofs tal-2012, ġiet żviluppata l-metodoloġija biex jitwettqu l-missjonijiet ta' monitoraġġ u l-inkjesta l-ġdida kienet irfinata abbażi tal-esperjenza taż-żewġ missjonijiet pilota mwettqa fl-2012, li inkludew twettiq mill-ġdid u analiżi ta' dokument ta' ħidma.

Skont il-pjan direzzjonali aġġornat, l-inkjesta ta' awditjar konġunta u l-istrateġija tal-awditjar, missjoni ta' monitoraġġ għandha ssir għal kull awtorità tal-awditjar bl-istatus tal-Artikolu 73 kull sentejn. Dawn il-missjonijiet ta’ monitoraġġ qed jinkludu xogħol ta' twettiq mill-ġdid u analiżi ta' dokumenti ta’ ħidma, konformi mal-istandards internazzjonali tal-awditjar.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 54 u 55.

Id-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana, fir-rapport annwali ta' attività tiegħu għall-2012, indika li skont il-monitoraġġ min-naħa tiegħu tal-programmi bi status ta' awditu waħdieni, il-kundizzjonijiet biex jiġġustifikaw dan l-istatus kienu għadhom fis-seħħ, ladarba l-awtoritajiet tal-awditjar kienu rraportaw adegwatament nuqqasijiet ġodda għal uħud mill-programmi kkonċernati. Għalhekk l-awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati komplew jiffunzjonaw b’mod xieraq.

F'Settembru tal-2013 il-Kummissjoni formalment aġġornat il-pjan direzzjonali inizjali tagħha u adottat inkjesta tal-awditjar li tistabbilixxi l-metodoloġija u l-proċess għall-monitoraġġ tal-istatus ta’ “awditu waħdieni”. L-Anness I tal-pjan direzzjonali jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet/miżuri korrettivi f’każ wieħed jew aktar meta l-kundizzjonijiet inizjali biex wieħed jasal għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ awditu waħdieni ma jkunux aktar imħarsa.

Il-Kummissjoni timmonitorja l-programmi kollha kkonċernati, inkluż permezz ta' xogħol tat-twettiq mill-ġdid. Fi tmiem l-2013, il-monitoraġġ tal-Kummissjoni jkopri 19-il Programm Operazzjonali b'Artikolu 73, għal 7 awtoritjiet tal-awditjar skont il-metodoloġija ta' awditjar tal-Kummissjoni. Miżuri korrettivi speċifiċi qed jiġu implimentati għal erba’ awtoritajiet tal-awditjar.

Id-DĠ għall-Impjiegi ma identifika l-ebda kwistjoni fir-rapport annwali ta' attività tiegħu għall-2012 li jeħtieġ rikunsiderazzjoni tal-programmi operazzjonali li ngħataw l-Artikolu 73 fl-2012. Għalhekk, ma kellhom jinbdew l-ebda azzjonijiet korrettivi sabiex ikun irtirat jew sospiż l-istatus ta' awditu waħdieni mogħti fl-2012. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bdiet missjonijiet ta’ monitoraġġ fuq dawn il-programmi operazzjonali lejn l-aħħar tal-2013.

56. L-għeluq se jibni fuq xogħol estensiv ta' awditjar u monitoraġġ imwettaq matul il-perjodu, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni annwali tar-riskju residwu kumulattiv skont il-programm. Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafi 49 sa 53 fuq il-pjan direzzjonali u l-inkjesta tal-awditjar aġġornati.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni għall-fatt li l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' awditu waħdieni se jkompli wkoll fil-perjodu 2014-2020 kif stipulat fl-Artikolu 140(3) tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni [nota ta' qiegħ il-paġna: "Fil-każ ta’ programmi operazzjonali li għalihom il-Kummissjoni tikkonkludi li tista’ tistrieħ fuq l-opinjoni tal-awtorità għall-awditjar, tista’ taqbel mal-awtorità ta’ awditjar li tillimita l-awditjar fuq il-post tal-Kummissjoni biex tagħmel awditjar tax-xogħol tal-awtorità għall-awditjar sakemm ma jkunx hemm prova ta’ nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtorità għall-awditjar għal sena ta’ kontabbiltà li għaliha l-kontijiet kienu ġew aċċettati mill-Kummissjoni"].

60. Matul l-ewwel snin ta’ implimentazzjoni l-Kummissjoni ħarġet gwida li hija essenzjali għax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar (pereżempju valutazzjoni tal-konformità, strateġija tal-awditjar, valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, metodi ta' kampjunar). Dawn id-dokumenti ta’ gwida kienu maħruġa fil-ħin fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar (ara l-paragrafu 62).

Tweġiba komuni għall-paragrafi 61 u l-Kaxxa 8

Gwida dwar kwistjonijiet kumplessi, bħal dawk ikkwotati mill-Qorti, hija neċessarjament ibbażata fuq prattiki tajbin u dawk ħżiena identifikati matul l-ewwel snin ta’ implimentazzjoni. L-abbozz ta’ gwida huwa diskuss matul diversi laqgħat tekniċi mal-awtoritajiet tal-awditjar qabel ma jiġi ffinalizzat fil-laqgħa tal-COCOF. Dan kien b’mod partikolari l-każ għal gwida dwar it-trattament tal-iżbalji li ġiet diskussa b’mod estensiv mal-awtoritajiet tal-awditjar qabel ma ġiet ikkomunikata formalment.

66.

L-ewwel inċiż:

Il-Kummissjoni taqbel li din l-informazzjoni obbligatorja tista' tkun kkomplementata aktar permezz ta’ gwida addizzjonali sa fejn għandhom x'jaqsmu r-riżultati tal-operazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipprovdi kjarifika bil-miktub addizzjonali lill-awtoritajiet tal-awditjar f’dan ir-rigward sa tmiem l-2013.

It-tieni inċiż:

Il-Kummissjoni tikseb informazzjoni addizzjonali dwar ir-riżultati tal-awditi tal-operazzjonijiet, jew fuq formola bil-miktub jew matul missjonijiet esplorattivi fuq il-post, meta jkun meħtieġ, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha (ara t-tweġiba għall-paragrafu 32).

Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-possibbiltà li toħroġ aktar kjarifika bil-miktub dwar din il-kwistjoni.

It-tielet inċiż:

Fl-għeluq, l-awtoritajiet tal-awditjar huma meħtieġa li jwettqu valutazzjoni pluriennali tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll kif ukoll tal-kapaċità korrettiva fl-għeluq (ara l-gwida dwar l-għeluq maħruġa fl-2013).

Ir-raba' inċiż:

Dwar l-impatt ta' eventi li jiġru wara l-opinjoni tal-awditjar, dan huwa diġà parzjalment kopert fil-gwida dwar it-trattament tal-iżbalji maħruġa f'Diċembru 2011 sa fejn għandhom x'jaqsmu l-eventi "pożittivi".

Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-possibbiltà li toħroġ aktar kjarifika bil-miktub dwar din il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni għamlet proposti biex tkopri l-aspetti kollha preċedenti fl-implimentazzjoni / atti delegati għall-perjodu ta' programmar 2014-2020 biex tarmonizza ulterjorment l-implimentazzjoni.

67. Ir-Regolament u b'konsegwenza tiegħu l-gwida maħruġa mill-Kummissjoni jikkunsidraw l-istandards internazzjonali tal-awditjar iżda jridu jirriflettu l-ispeċifiċitajiet u t-terminoloġija użati għall-politika ta’ koeżjoni.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 68 sa 69.

Ix-xogħol estenisv tal-awditjar biex ikun analizzat ix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar mill-2009 kien jinvolvi wkoll eżerċizzju komprensiv għall-bini ta' kapaċità mal-awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati. Dan ippermetta min-naħa tiegħu skambju ta’ prattiki tajba mal-awtoritajiet tal-awditjar kollha permezz ta’ gwida addizzjonali u laqgħat tekniċi.

72. Il-Kummissjoni tkompli tipprovdi taħriġ lill-awtoritajiet tal-awditjar, partikolarment dwar tekniki ta' kampjunar, dwar ix-xogħol tal-awditjar fil-dawl tal-għeluq tal-perjodu 2007-2013 u dwar l-awditjar tal-perjodu l-ġdid tal-awditjar.

73. Il-Kummissjoni tinnota li l-għoti tal-Artikolu 73 lil xi programmi ma jnaqqasx ix-xogħol ta' kontrolll tagħha. Il-vantaġġ prinċipali għall-Kummissjoni jinsab fil-possibilità li tiffoka r-riżorsi limitati għall-awditjar għall-programmi u awtoritajiet b'riskji ogħla minflok tnaqqas il-kontroll kumplessiv tagħha. Barra minn hekk, awditjar waħdieni bl-ebda mod ma jfisser l-ebda awditu. Monitoraġġ u missjonijiet ta’ segwitu jibqgħu meħtieġa ħalli jkun żgurat l-issoktar tal-affidabbiltà tax-xogħol ta’ awditjar tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar.

Tweġiba komuni għal paragrafi 74 sa 76

Il-Kummissjoni tissottolinja li permezz tal-qafas regolatorju għall-2007-2013, il-livell ta' assiguranzzjoni li tista' tikseb żdied b'mod sinifikanti, partikolarment billi ippermetta l-valutazzjoni tal-assigurazzjoni għal kull programm operazzjonali kull sena mill-bidu tal-implimentazzjoni. Għalhekk il-kost tal-kontrolli għandu jkun ivvalutat minn perspettiva ta' kosteffiċjenza iktar milli f'termini assoluti.

Il-Kummissjoni tinnota li l-Fondi jistgħu jiffinanzjaw il-miżuri ta’ tħejjija, ġestjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, informazzjoni u attivitajiet ta’ kontroll tal-programmi permezz ta’ assistenza teknika.

77. Wara snin ta' rati ta' żball għolja fil-perjodu 2000-2006 il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi dispożizzjonijiet imsaħħa ta' ġestjoni u kontroll, inkluż kampjunar statistiku, għall-perjodu 2007-2013. Dawn il-proposti huma riflessi sew fil-qafas leġiżlattiv attwali. Il-Kummissjoni tinnota li fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali r-rati ta’ żball huma ferm aktar baxxi.

78.

Il-Kummissjoni tantiċipa li l-kostijiet ta' kontroll għall-perjodu ta' programmar 2014-2020 se jibqgħu stabbli.

Bis-simplifikazzjonijiet differenti tal-awditjar previsti fir-Regolament, it-tnaqqis fil-piż amministrattiv (pereżempju rekwiżiti ta’ rapportar imnaqqsa u użu estiż ta’ għażliet ta’ kost issimplifikati) jew l-użu ta’ gwida aġġornata dwar il-kampjunar jistgħu jwasslu għal gwadann konsiderevoli fl-isforz tal-awditjar.

Dan jagħmel iktar milli jikkumpensa għall-sforzi addizzjonali meħtieġa għall-awditjar tal-kontijiet u għall-analiżi tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni. 

Tweġiba komuni għal 79 u 80:

Il-Kummissjoni hi sodisfatta bil-konklużjoni tal-Qorti. Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-Istati Membri ul-Kummissjoni saħħew il-qafas ta' kontroll intern għall-programmi tal-2007-2013 meta mqabbel mal-perjodi preċedenti ta' programmar. Il-Kummissjoni tqis li dan jikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ kapaċita tal-awditjar robusta madwar l-Unjoni.

83. Fir-rigward tar-riskji identifikati mill-Qorti, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni li ġejja:

L-ewwel inċiż:

Mill-2009 il-Kummissjoni wettqet awditi estensivi fuq il-post sabiex tirrevedi l-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar. Hija wettqet 269 missjoni ta' awditu u rrieżaminat 47 u 84 Awtorità tal-Awditjar għall-FEŻR u l-FSE. Dan ikopri madwar 96 % u 99 % tal-allokazzjonijiet totali, rispettivament. Dawn l-analiżi ppermettew lill-Kummissjoni tagħti pariri, biex tikkontribwixxi fil-bini tal-kapaċità u biex tikkalkula mill-ġdid ir-rati jew biex tissostitwihom b’rati fissi jekk dawn tqiesu bħala inaffidabbli.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni diġà għandha proċess dettaljat biex tivverifika l-affidabbiltà tar-rati ta’ żball rapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar li huma riveduti fejn xieraq. Il-fatt li r-rati ta’ żball irrapportati fir-rapporti ta’ attività annwali tad-DĠ għall-Impjiegi u d-DĠ tal-Politika Reġjonali u Urbana huma skont ir-rata ta’ żball stabbilita mill-Qorti jikkorrabora l-affidabbiltà tas-sistema ta’ awditjar u rapportar.

It-tieni inċiż:

Il-Kummissjoni għandha wkoll fis-seħħ metodoloġija robusta biex tivverifika u tivvalida rati ta' żball irrapportati mill-Awtoritajiet tal-Awditjar, inkluż fejn ikun meħtieġ, talbiet addizzjonali għall-informazzjoni u/jew missjonijiet esplorattivi fuq il-post (fl-2013, 64 Programm Operazzjonali tal-FEŻR/ Fond ta’ Koeżjoni fi 11-il Stat Membru u 32 Programm Operazzjonali tal-FSE f'10 Stati Membri).

Għarfien tajjeb miksub dwar il-funzjonament ta’ għadd kbir ta’ awtoritajiet tal-awditjar permezz ta’ inkjesta tal-awditjar estensiva tagħha rriżultat utli ħafna fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-rati ta’ żball irrapportati.

It-tielet inċiż:

Il-Kummissjoni tqis li r-riskju residwu kumulattiv, li jqis ir-rati ta’ żball u l-korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu tal-ipprogrammar, huwa indikatur tal-kapaċità korrettiva kumplessiva tal-programmi vvalutati kull sena mill-Kummissjoni fir-rapporti annwali ta' attività tagħha.

Huwa bbażat fuq id-dejta rrapportata kollha disponibbli għas-snin preċedenti u l-aħjar estimu tas-sena vvalutata.

Huwa jgħin lill-Kummissjoni biex tindirizza b’mod partikolari, iżda mhux esklussivament, is-sitwazzjoni ta’ programmi b’rati ta’ żball annwali vvalidati bejn it-2 % u l-5 %.

Programmi bħal dawn, li kienu assigurati minn riżervi fl-imgħoddi, issa jistgħu jiġu soġġetti għal riżerva u sussegwentement għal proċedimenti ġuridiċi (interruzzjonijiet/sospensjonijiet/korrezzjonijiet finanzjarji).

Bis-saħħa tal-użu tar-riskju residwu kumulattiv, programmi addizzjonali jitpoġġew f’riżerva, biex b’hekk jittaffa r-riskju identifikat mill-Qorti ta’ sottostima tar-riskji għal dawk il-programmi.

Barra minn hekk. il-Kummissjoni wettqet xogħol ta' awditjar speċifiku bbażat fuq ir-riskju sabiex tiżgura li l-korrezzjonijiet irrapportati għal 68 programm operazzjonali matul l-aħħar tliet snin huma effettivament implimentati u, fil-każ ta' dubji jew evidenza insuffiċjenti, tnaqqas l-ammonti kkonċernati mill-korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi kkunsidrati għall-iskop tal-kalkolu tar-rata ta' żball residwu.

Il-Kummissjoni timmira li tiżgura li r-rapportar magħmul lill-Awtorità ta’ Kwittanza jagħti stampa ġusta u affidabbli tar-riskju stmat li jaffettwa l-baġit tal-UE għal kull Stat Membru, waqt li tikkundsidra wkoll il-kapaċità korrettiva pluriennali. Is-servizzi tal-Kummissjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha disponibbli bi trasparenza sħiħa fir-rapporti annwali ta’ attività tagħhom.

Il-Kummissjoni ta' kull sena teżamina bir-reqqa r-rati ta’ żball irrapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar. Dan il-proċess ta' verifika, flimkien mar-riżultati estensivi mill-inkjesta ta' awditjar tagħha, jippermetti lill-Kummissjoni li tiżvela rati ta' żball ivvalidati u affidabbli sħaħ fir-rapporti annwali ta’ attività u tressaq riżervi meta meħtieġ.

Bħala prova ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li għal dawn l-aħħar tliet snin għad-DĠ għall-Impjiegi u sentejn wara xulxin għad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana r-rata ta’ żball stmata tal-Kummissjoni stess kif żvelata fir-Rapport Annwali ta’ Attività hija konformi mar-rati ta’ żball tal-Qorti jikkonferma l-validità u l-affidabbiltà tal-approċċ tagħha.

Rakkomandazzjoni 1

Il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni hija diġà implimentata.

Il-Kummissjoni għandha proċess ta’ awditjar dettaljat fis-seħħ, inklużi missjonijiet esplorattivi fuq il-post, sabiex tiġi żgurata l-akkurttezza u l-affidabbiltà tar-rati tal-iżbalji rrapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar. Hija alternattivament tuża rati fissi meta tikkunsidra li r-rati ta’ żbalji mhumiex affidabbli. Dan il-proċess huwa kkomplimentat minn inkjesta eżawrjenti tal-awditjar tal-Kummissjoni mill-2009 li biha 269 missjoni tal-awditjar ippermettew ir-rieżaminazzjoni tal-ħidma ta' awtoritajiet tal-awditjar, anki permezz ta' twettiq mill-ġdid, li tkopri madwar 90 % tal-allokazzjonijiet tal-Fondi. Il-Kummissjoni twettaq ukoll awditjar skont ir-riskji biex tivverifika l-akkuratezza tal-korrezzjonijiet finanzjarji rrapportati.

Il-Kummissjoni se tkompli tara li jkun hemm superviżjoni stretta tar-rati ta’ żball irrapportati, biex timmonitorja u tanalizza x-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar, u biex tagħmel awditjar immirat fuq il-kwalità tal-proċessi tal-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni biex jirreġistraw u jirrapportaw korrezzjonijiet finanzjarji.

Rakkomandazzjoni 2

Il-Kummissjoni introduċiet fil-proposta tagħha għal Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2014-2020 u l-leġiżlatur qabel dwar il-possibilità għall-korrezzjonijiet finanzjarji netti fil-każ ta' irregolaritajiet serji identifikati wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali u li ma kinux identifikati u/ jew irrapportati preċedentament mill-awtorità tal-awditjar.

Il-Kummissjoni fil-leġiżlazzjoni sekondarja biħsiebha tipproponi wkoll li korrezzjonijiet b’rata fissa jistgħu jiżdiedu għal ksur ripetut li jinvolvi l-istess nuqqasijiet, fejn l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu miżuri korrettivi adegwati dwar dik il-parti tas-sistema li kienet affettwata u soġġetta għal korrezzjoni preċedenti.

84. Iċ-ċifri deskritti mill-Qorti jirriżultaw mill-kundizzjonijiet stretti previsti fir-Regolament li jeħtieġu xogħol ta’ awditjar komprensiv mill-Kummissjoni u l-Istat Membru, inkluż xogħol ta' twettiq mill-ġdid skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar, qabel ma jkun jista’ jiġi vvalutat il-funzjonament sħiħ tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll. Addizjonalment, il-Kummissjoni kellha tistenna li r-rati ta' żball jaslu fl-2010 jew anki fl-2011 fil-biċċa l-kbira tal-każijiet minħabba bidu kajman tal-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni kellha tivverifika bir-reqqa dawn ir-rati kif ukoll ir-riżultati tal-ewwel twettiq mill-ġdid fuq il-post tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar biex tivvaluta l-effikaċja tal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.

85. Abbażi tal-valutazzjoni tagħha stess, il-Kummissjoni ma taqbilx bil-qawwa mal-15-il każ kollha kemm huma msemmija fil-kaxxa 6 u tikkonsidra li r-rekwiżiti huma fis-seħħ fi tmiem l-2013 għall-61 programm kollha. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tibbaża fuq ir-riżultati tal-inkjesti estensivi tal-awditjar mibdija fl-2009 biex tivverifika effettivament l-affidabilità tal-Awtoritajiet tal-awditjar. Barra minn hekk, hija tikkunsidra d-dispożizzjonijiet regolatorji kollha, inkluż l-użu ta’ kampjunar mhux statistiku f’xi każijiet bħala l-aħjar estimu tar-riskju l-effikaċja tas-sistema ta’ ġestjoni u, kif ukoll “ir-riskju residwu kumulattiv” ikkalkolat għal kull programm jew gruppi ta’ programmi mill-2012 kif indikat hawn fuq. Barra minn hekk, l-oġġezzjonijiet imqajma huma partikolarment inadegwati għall-Programmi Operazzjonali żgħar.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-programmi msemmija mill-Qorti f’kaxxa 6 jirrappreżentaw 5 % u inqas minn 1 % tal-allokazzjonijiet globali rispettivi FEŻR/FK u l-FSE.

86. Mill-awditu tal-Qorti, id-Direttorati Ġenerali kkonċernati tal-Kummissjoni żviluppaw b'mod konġunt inkjesta tal-awditjar biex jimmonitorjaw id-deċiżjonijiet tal-Artikolu 73 mogħtija għall-ewwel darba fl-2012 u addottawha f'Settembru 2013. Addizzjonalment, huma ħadu deċiżjoni konġunta li taġġorna l-pjan direzzjonali mal-Artikolu 73 u l-proċessi ta' monitoraġġ f'Settembru 2013.

Ara t-tweġiba ta' hawn taħt għar-rakkomandazzjoni 4.

Rakkomandazzjoni 3

Il-Kummissjoni tqis li l-istatus ta' awditu uniku ngħata abbażi ta' kriterji sodi, konsistenti u trasparenti. Barra minn hekk hija tikkunsidra li sa tmiem l-2013 ir-rekwiżiti kollha jkunu sodisfatti għal dawn il-programmi.

Il-Kummissjoni se tkompli tapplika approċċ sod, iċċarat aħjar bl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tagħha dwar l-Artikolu 73 aġġornat f'Settembru 2013.

Rakkomandazzjoni 4

Il-Kummissjoni tikkunsidra li din ir-rakkomandazzjoni hija implimentata permezz tal-pjan direzzjonali aġġornat u l-inkjesta ta' awditu dwar il-monitoraġġ tal-Artikolu 73 adottata f'Settembru 2013

Wara li ngħatat l-ewwel parti tad-deċiżjonijiet tal-Artikolu 73 fl-ewwel nofs tal-2012 u abbażi ta' missjonijiet pilota, is-servizzi tal-Kummissjoni żviluppaw metodoloġija għall-awditjar biex iwettqu missjonijiet ta' monitoraġġ, li jinkludu xogħol ta' twettiq mill-ġdid u analiżi ta' dokumenti ta' ħidma, f'konformità mal-Istandards Internazzjonali dwar l-Awditjar.

87. Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-Qorti u qed tkompli bil-kooperazzjoni tagħha mill-qrib mal-awtoritajiet tal-awditjar biex ittejjeb b'mod konstanti l-gwida u l-appoġġ tagħha. Il-Kummissjoni qiegħda attivament tippromwovi l-implimentazzjoni tal-gwida riveduta tagħha dwar il-kampjunar minn April 2013 permezz ta' seminars ta' taħriġ f'bosta Stati membri diċentralizzati, biex tiżgura disseminazzjoni xierqa tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tal-awditjar kollha kkonċernati f'dawn l-Istati Membri.

Il-Kummissjoni bdiet djalogu mal-awtoritajiet tal-awditjar biex tħejji adegwatament għat-tnedija tal-perjodu 2014-2020, u biex ittejjeb il-leġiżlazzjoni sekondarja fuq kwistjonijiet relatati max-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar.

Rakkomandazzjoni 5

Il-Kummissjoni taqbel ma' din ir-rakkomandazzjoni u qed tieħu miżuri biex tiżgura leġiżlazzjoni sekondarja mtejba u f’waqtha u gwida kompluta fi ħdan qafas metodoloġiku stabbli għall-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar, li tibni fuq l-esperjenza akkumulata tal-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007-2013.

Il-Kummissjoni se tkompli tiċċara xi aspetti tal-gwida eżistenti permezz ta’ kjarifika bil-miktub sal-aħħar tal-2013.

Barra minn hekk, skont ir-Regolament għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2014-2020, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u atti delegati, mudelli vinkolanti u/ jew rekwiżiti għax-xogħol ta' awditu tal-awtorità tal-awditjar li għandu jibni fuq l-esperjenza u l-prassi tajba tal-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007-2013.

89. Skont it-Trattat, ir-Regolament Finanzjarju u r-regolamenti speċifiċi għas-settur id-diviżjoni tar-responsabbiltajiet hija stabbilita b’mod ċar. Fil-kuntest tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni Ewropej baġit sostanzjali għall-assistenza teknika huwa disponibbli għall-Istati Membri. Huma għandhom jiddeċiedu kif jużaw din l-allokazzjoni.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjoni 6.

Rakkomandazzjoni 6

Il-Kummissjoni tikkunsidra li din ir-rakkomandazzjoni hija diġà implimentata fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-2011 (ara n-nota 71 f'qiegħ il-paġna) Tinnota wkoll, li b'ġestjoni kondiviża u fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-deċiżjoni li tiġi allokata assistenza teknika għall-kategoriji differenti tal-kost ittieħdet mill-Istati Membri.

Barra minn hekk fir-Regolament tal-2014-2020, il-Kummissjoni ssaħħaħ l-approċċ tagħha għall-kosteffiċjenza għall-Koeżjoni. B'konsegwenza, l-arranġamenti ġodda mfassla għall-implimentazzjoni tal-fondi inkluż b’relazzjoni mal-kontrolli, “(...) jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell ta’ sostenn allokat u jqisu l-għan kumplessiv ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv għal korpi involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi”.

Top