EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008TA1205(024)

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi għas-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

ĠU C 311, 5.12.2008, p. 164–171 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 311/164


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi għas-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

(2008/C 311/24)

WERREJ

1-2

INTRODUZZJONI

3-6

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

7-8

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti taċ-Ċentru

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”) ġie mwaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993 (1). Il-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jiġbor data dwar id-drogi u d-dipendenza fuq id-drogi sabiex jipprepara u jippubblika informazzjoni li hija oġġettiva, affidabbli u komparabbli fil-livell Ewropew. Din l-informazzjoni hija intiża li tipprovdi bażi sabiex tkun analizzata d-domanda għad-droga u l-modi kif, kemm din, kif ukoll b’mod ġenerali, il-fenomeni assoċjati mas-suq tad-droga, jistgħu jiġu mnaqqsa.

2.

It-Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Data prinċipali meħudha mir-rendikonti finanzjarji ppreparati miċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007 hija mogħtija fit-Tabelli 2, 3 u 4 għal skopijiet ta' informazzjoni.

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2). Hija ġiet ippreparata wara eżami tal-kontijiet taċ-Ċentru, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2007 (3) ġew ippreparati mid-Direttur tiegħu, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 302/93, u mibgħuta lill-Qorti, li hija meħtieġa tagħti Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni dwar l-affidabilità tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

5.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi ta’ l-Etika ta’ l-IFAC u ta’ l-ISSAI (4), safejn dawn huma applikabbli għall-kuntest tal-Komunità Ewropea. Il-verifika ġiet ippjanata u mwettqa sabiex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari.

6.

Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-Dikjarazzjoni espressa hawn taħt:

Affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2007, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Legalità u regolarità tat-tranżazzjonjiet ta' bażiIt-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni d-Dikjarazzjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET

7.

Il-baġit finali taċ-Ċentru ta’ l-2007 ammonta għal 14,4 miljun euro meta mqabbel mat-13,1 miljun euro għas-sena ta’ qabel. Il-baġit taċ-Ċentru fil-parti l-kbira tiegħu huwa ffinanzjat minn sussidji tal-Kummissjoni. Il-baġit finali, adottat fit-23 ta' Ottubru 2007, inkluda approprijazzjonijiet supplimentarji ta’ 469 000 euro; il-biċċa l-kbira tagħhom, jiġifieri 420 000 euro, li kabbru l-ammont inizjali tal-linja tal-baġit tal-operazzjonijiet ta’ l-IT b’aktar minn 80 %.

8.

Iċ-Ċentru ma jaqbilx man-Norveġja fir-rigward tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja għall-parteċipazzjoni tagħha fix-xogħol taċ-Ċentru (applikabbli mill-2007 ‘il quddiem). In-nuqqas ta’ qbil huwa minħabba l-fatt li l-formula tal-ftehim oriġinali ffirmat (applikata miċ-Ċentru) hija differenti mill-formula misjuba fil-ftehim hekk kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali (applikata min-Norveġja). Iċ-Ċentru ta kont ta’ din il-kontribuzzjoni skond l-interpretazzjoni tiegħu tal-formula. Iċ-Ċentru għandu jfittex li jsolvi dan in-nuqqas ta’ ftehim mill-iktar fis possibbli peress li għandu impatt fuq il-baġit u fuq ir-rendikonti finanzjarji taċ-Ċentru (5).

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha ta’ l-24 u l-25 ta' Settembru 2008.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 36, 12.2.1993. Dan ir-Regolament ġie emendat permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 3294/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 (ĠU L 341, 30.12.1994, p. 7) u (KE) Nru 1651/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 30).

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  Dawn il-kontijiet kienu ppreparati fit-30 ta' Ġunju 2008 u rċevuti mill-Qorti fis-7 ta’ Lulju 2008.

(4)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali ta' l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(5)  L-istima taċ-Ċentru hija bejn wieħed u ieħor 80 000 euro ogħla minn dik ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi.


 

Tabella 1

Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (Liżbona)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Il-poteri taċ-Ċentru kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament u tal-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2006

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru 2007

(Data għall-2006)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2007

(Data għall-2006)

Il-Komunità għandha tikkumplimenta l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri fit-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

(l-Artikolu 152 tat-Trattat)

Objettivi

Li jipprovdi lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha b'informazzjoni oġġettiva, affidabbli u kumparabbli fil-livell Ewropew rigward droga u l-vizzji tad-droga u l-konsegwenzi tagħhom.

Iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ għandu jiffoka fuq l-oqsma ta' prijorità li ġejjin:

1)

monitoraġġ ta' l-istat tal-problema tad-droga, u xejriet li qed jiżviluppaw, partikolarment dawk li jinvolvu użu ta' diversi drogi;

2)

monitoraġġ tas-soluzzjonijiet u għoti ta' informazzjoni fuq l-aħjar prattiċi;

3)

evalwazzjoni tar-riskji ta' sustanzi psikoattivi ġodda u l-manteniment ta’ sistema ta’ informazzjoni rapida;

4)

żvilupp ta' għodda u instrumenti sabiex jgħinu lill-Istati Membri jissorveljaw u jevalwaw il-politika nazzjonali tagħhom u lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u tevalwa l-politika UE.

Kompiti

Jiġbor u janalizza d-data.

Itejjeb metodi ta' komparabilità tad-data

Jikkomunika d-data

Jikkoopera ma' Korpi Ewropej u Internazzjonali, ma' organizzazzjonijiet u ma' pajjiżi terzi.

Jidentifika żviluppi ġodda u xejriet il qegħdin jinbidlu.

1   Bord Amministrattiv

Huwa magħmul minn rappreżentant minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u żewġ esperti indipendenti, maħtura mill-Parlament Ewropew.

Huwa jadotta il-Programm tax-xogħol, ir-rapport ta' l-attivitajiet ġenerali u l-baġit.

2   Direttur

Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni.

3   Kumitat Xjentifiku

Jagħti opinjonijiet. Huwa magħmul minn 15-il xjentist magħrufa ħafna, maħtura in vista ta' l-eċċellenza tagħhom mill-Bord Amministrattiv wara sejħa għal espressjoni ta' interess. Il-Bord Amministrattiv jista' jaħtar ukoll grupp ta' esperti għall-Kumitat Xjentifiku estiż għall-evalwazzjoni tar-riskju tas-sustanzi psikoattivi ġodda.

4   Verifika esterna

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

5   Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament jagixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit finali

14,4 milljun euro (13,1milljun euro). Sussidji Komunitarji 93 % (92 %).

Numru ta' karigi fil-pjan ta' stabbiliment: 82 (77)

Karigi okkupati: 73 (68)

+ 25 (23) persunal ieħor (kuntratti awżiljarji, persunal b'kuntratt u persunal temporanju)

Total tal-Persunal: 98 (91)

Assenjati l-kompiti li ġejjin:

operattivi 60 (53,5)

sostenn amministrattiv u ta' l-IT: 29 (30)

mħallta: 9 (7,5)

Netwerk:

Iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ imexxi network kompjuterizzata għall-ġbir u skambju ta’ informazzjoni msejjaħ Network Ewropew ta’ “Informazzjoni dwar id-Drogi u Tossiku Dipendenza” (Reitox), din in-network tgħaqqad in-networks nazzjonali dwar l-informazzjoni fuq id-drogi, iċ-ċentri speċjalizzati fil-Pajjiżi Membri u s-sistemi ta’ informazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu maċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ.

Il-Pubblikazzjonijiet:

Rapport annwali dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-Ewropa (23 verżjoni lingwistika, pubblikazzjoni u website interattiva)

Ċerti ħarġiet ippubblikati flimkien mar-Rapport Annwali (3 ħarġiet, publikazzjonijiet, sommarji u websites interattivi, EN);

Rapport Statistiku u website interattiva li tinkludi iktar minn 350 (250) tabella, 100 (150) grafika u fajls PDF;

Rapport ġenerali ta' l-attivitajiet (annwali, EN)

Newsletter Drugnet Europe — 4 ħarġiet, EN (4);

Drugs in Focus (sommarji tal-politika) — 3 ħarġiet, 25 verżjoni lingwistika;

Studji tekniċi u xjentifiċi, inklużi Artikli u sommarji xjentifiċi 57 (37);

Websites oħra:

It-twaqqif/l-aġġornament/l-iżvilupp tal-kontenut tal-website pubblika EMCDDA:

Profil tad-droga,

Sommarji tas-sitwazzjoni ta' pajjiż

Profili tad-data ta' pajjiz

Analizi ġenerali tat-trattament tad-droga

Database legali ewropea dwar id-drogi

Bank ta' l-istrumenti ta' evalwazzjoni

Skambji fuq l-azzjonijiet għat-tnaqqis tad-domanda tad-droga

FONTE: sistema ta' kollezzjoni, validazzjoni, ħażna u rkupru ta' data

Fuljetti promozzjonali: 3 (4) products

Prodotti tal-medja: -174 ( 174 ) prodotti mħallta

Parteċipazzjoni f'konferenzi/laqgħat internazzjonali 230 ( 162 )

Organizzazzjoni ta' laqgħat tekniċi u xjentifiċi 41 ( 27 )

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


Tabella 2

Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (Liżbona) — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007

(1000 euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul inkluz fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul ircevut

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprijazzjonijiet tal-baġit finali għas-sena finanzjarja

Approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

imdaħħla

impenjati

imħallsa

miġjuba 'l quddiem

annullati

disponibbli

imħallsa

miġjuba 'l quddiem

annullati

Sussidji Komunitarji

13 469

13 469

Titolu I

Persunal (NDA)

7 118

7 098

7 011

87

20

95

88

0

7

Sussidji oħrajn

412

333

Titolu II

Amministrazzjoni (NDA)

2 093

2 064

1 294

770

30

405

307

0

97

 

 

 

Titolu III

Attivitajiet Operattivi (DA)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CA

4 669

4 498

 

 

172

 

 

 

 

PA

4 669

 

4 452

 

218

 

 

 

 

Dħul assenjat (Phare u CARDS)

550

0

Dħul assenjat (Phare u CARDS)

550

26

0

 

550

584

257

327

0

Dħul assenjat iehor

pm

251

Dħul assenjat ieħor

pm

220

177

74

0

144

139

0

5

Total

14 431

14 053

Total CA

14 431

13 906

 

 

772

 

 

 

 

Total PA

14 431

 

12 934

931

818

1 228

791

327

109

IOB

:

ikke-opdelte bevillinger (beløbet for forpligtelsesbevillingerne og beløbet for betalingsbevillingerne er det samme).

OB

:

opdelte bevillinger (beløbet for forpligtelsesbevillingerne kan være forskelligt fra beløbet for betalingsbevillingerne).

FB

:

forpligtelsesbevillinger (opdelte bevillinger).

BB

:

betalingsbevillinger (opdelte bevillinger).

Sors: Data pprovduta miċ-Ċentru. Din it-tabella tagħti sommarju tad-data provduta miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


Tabella 3

Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi — (Liżbona) — Kont tar-riżultat ekonomiku għas-snin finanzjarji 2007 u 2006

(1000 euro)

 

2007

2006

dħul operattiv

Sussidji komunitarji

13 369

13 394

Dħul ieħor

662

93

Total (a)

14 031

13 488

Nefqa operattiva

Nefqa fuq il-persunal

7 044

6 566

Nefqa relatata ma' l-attiv fiss

358

292

Nefqa amministrattiva ohra

1 289

2 369

Nefqa operattiva

5 028

4 629

Total (b)

13 719

13 857

Bilanc favur/(Kontra) minn attivitajiet Operattivi (c = a – b)

312

– 370

Dħul minn operazzjonijiet finanzjarji (e)

Nefqa fuq operazzjonijiet finanzjarji (f)

17

16

Bilanc favur/(Kontra) minn attivitajiet mhux Operattivi (g = e – f)

–17

–16

Rizultat Ekonomiku għas-sena (h = c + g)

295

– 385

Sors: Data mogħtija miċ-Ċentru — Din it-tabella tagħti sommarju tad-data mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


Tabella 4

Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (Liżbona) — Karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2007 u 2006

(1000 euro)

 

2007

2006

Attiv mhux kurrenti

Attiv fiss mhux tangibbli

426

374

Attiv fiss tangibbli

2 725

2 809

Attiv kurrenti

Ricevibbli ta' skadenza qasira

556

416

Likwidità u likwidi ekwivalenti

1 847

1 881

Total tal-attiv

5 554

5 480

Passiv kurrenti

Provizjonijiet għal riskji u spejjez

165

149

Kontijiet pagabbli

2 606

2 843

Total tal-passiv

2 771

2 992

Attiv nett

2 783

2 488

Rizervi

Bilanċ favur/kontra akkumulat

2 488

2 872

Riżultat ekonomiku għas-sena

295

– 385

Kapital nett

2 783

2 488

Sors: Data mogħtija miċ-Ċentru — Din it-tabella tagħti sommarju tad-data mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU TA’ MONITORAĠĠ

7.

L-approprijazzjonijiet supplimentari li saret referenza għalihom iddaħħlu fil-baġit tal-EMCDDA tal-2007 permezz tal-baġit ta’ emenda u dak supplimentari adottat mill-EMCDDA fit-23 ta’ Ottubru 2007. Dawn l-approprijazzjonijiet kienu mmirati biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet supplimentari li ma setgħux jiġu antiċipati meta ġie adottat il-baġit inizjali tal-2007 (Diċembru 2006). Dawn il-ħtiġijiet kienu jiddependu fuq xi fatturi/avvenimenti li kienu magħrufa biss matul it-tielet trimestru tal-2007, jiġifieri l-iskeda għat-trasferiment tal-EMCDDA fil-bini l-ġdid tiegħu u ħtiġijiet tekniċi ta’ IT relatati. Madankollu, skond il-pożizzjoni li esprimiet il-Qorti, l-EMCDDA huwa impenjat bis-sħiħ biex jissokta bl-isforzi kostanti tiegħu biex jantiċipa u jippjana, kemm jista’ jkun, il-ħtiġijiet tal-baġit tiegħu.

8.

L-EMCDDA qed jipprova b’mod attiv biex jilħaq kompromess mal-awtoritajiet Norveġiżi sabiex jegħleb l-impass preżenti, waqt li jiġi evitat li jiġu pperikolati l-attivitajiet/operazzjonijiet tal-EMCDDA u r-relazzjonijiet tajba tiegħu man-Norveġja.


Top