EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0193

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport fuq l-art ta' prodotti perikolużi

/* KUMM/2008/0193 finali - COD 2006/0278 */

52008PC0193

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport fuq l-art ta' prodotti perikolużi /* KUMM/2008/0193 finali - COD 2006/0278 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 8.4.2008

KUMM(2008)193 finali

2006/0278 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport fuq l-art ta' prodotti perikolużi

2006/0278 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport fuq l-art ta' prodotti perikolużi

1. IL-KUNTEST

Id-data ta' trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (id-dokument COM(2006) 852 finali – 2006/0278COD): | 22.12.2006 |

Id-data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 11.07.2007 |

Id-data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 05.09.2007 |

Id-data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 07.04.2008 |

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

L-għan tad-direttiva proposta, adottat fit-22 ta' Diċembru 2006, huwa li jiġi żgurat it-trasport sikur u żgur ta' prodotti perikolużi fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Id-direttiva proposta taġġorna u tissimplifika r-regoli eżistenti dwar it-trasport tal-prodotti perikolużi billi tintegrahom f'direttiva armonizzata unika. L-ambitu tad-direttiva huwa estiż ukoll sabiex, għall-ewwel darba, din tkun tinkludi l-ilmijiet interni, u b'hekk tipprovdi sett uniku ta' regoli għat-trasport kollu ta' fuq l-art tal-prodotti perikolużi fl-Ewropa.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

Il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fis-7 ta' April 2008 tirrifletti t-test tal-kompromess li ntlaħaq bejn it-tliet istituzzjonijiet.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għamlu diversi emendi għad-Direttiva proposta. Pakkett ta' emendi li dwarhom intlaħaq kompromess ġie adottat mill-Parlament Ewropew waqt sessjoni plenarja f'Settembru 2007. It-tliet istituzzjonijiet qablu fuq l-emendi u kien mistenni li d-direttiva proposta seta' jkun hemm qbil dwarha waqt l-ewwel qari. Madanakollu, ġew innutati żewġ nuqqasijiet żgħar fil-parti operattiva tat-test adottat mill-PE (ġew adottati premessi korrispondenti). It-testi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli għal raġunijiet oħrajn apparti s-sikurezza u l-iffinanzjar tat-traduzzjonijiet kienu tħallew barra. Dawn kienu biss żbalji, ma kien hemm l-ebda nuqqas ta' ftehim dwar il-kontenut tat-testi. In-nuqqasijiet ġew innutati tard wisq u ma setgħux jiġu kkoreġuti waqt il-proċedura ta' l-ewwel qari u b'hekk inħolqot il-ħtieġa li l-Kunsill jadotta pożizzjoni komuni.

It-test taż-żewġ nuqqasijiet huwa dan li ġej:

L-Artikolu 1(5)

L-Istati Membri jistgħu jirregolaw jew jipprojbixxu t-trasport ta' l-oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom, esklussivament għal raġunijiet oħrajn apparti s-sikurezza waqt it-trasport.

L-Artikolu 8(2)

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju, kif xieraq, lill-Istati Membri għat-traduzzjoni ta' l-ADR, l-RID u l-ADN u l-modifiki tagħhom għall-ilsien uffiċjali tagħhom.

4. KONKLUŻJONI

Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu b'mod unanimu. Il-Kummissjoni tqis li l-Pożizzjoni Komuni tirrifletti l-għanijiet ewlenin kollha tal-proposta tagħha u r-riżultat tan-negozjati interistituzzjonali.

Top