EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1003

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1003 tas-16 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 biex il-proċedura ta' korrelazzjoni tiġi ċċarata u ssimplifikata u li jadattah għat-tibdil fir-Regolament (UE) 2017/1151 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/4351

OJ L 180, 17.7.2018, p. 16–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1003/oj

17.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1003

tas-16 ta' Lulju 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 biex il-proċedura ta' korrelazzjoni tiġi ċċarata u ssimplifikata u li jadattah għat-tibdil fir-Regolament (UE) 2017/1151

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 13(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 (3), sar evidenti li ċerti elementi tar-Regolament tal-aħħar jenħtieġ li jiġu emendati.

(2)

Jeħtieġ li l-metodu eżistenti għad-definizzjoni tal-punti tat-tmiem tal-linja ta' interpolazzjoni li tintuża biex jiġi kkalkolat il-valur tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-NEDC ta' vettura individwali. Dawk il-punti tat-tmiem, li huma rrappreżentati minn vettura tal-ittestjar bl-ogħla valuri tal-emissjonijiet ta' CO2, u minn vettura tal-ittestjar bl-iktar valuri baxxi, jenħtieġ li jiġu ddefiniti sabiex id-differenza bejn l-ogħla valuri u l-iktar valuri baxxi taż-żewġ vetturi tal-ittestjar tkun ugwali għal jew ogħla minn 5 g CO2/km.

(3)

Sabiex jiġi evitat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 ta' vetturi individwali jiġu stabbiliti abbażi ta' linji ta' interpolazzjoni li ma jipprovdux id-differenza minima, jixraq li din l-emenda tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

(4)

Fejn għall-iskop ta' approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (UE) 2017/1151, jintużaw familji tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, jenħtieġ li l-kalkolu tal-valur tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-NEDC ta' vettura individwali li jappartjeni għal tali familja jiġi ssimplifikat billi l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq li jridu jintużaw għall-kalkolu tal-valur ta' CO2 tal-NEDC jittieħdu mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-vettura individwali kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.

(5)

Fir-rigward tal-vetturi N1 mhux kompluti, jenħtieġ li l-emenda għall-Anness XII tar-Regolament (UE) 2017/1151 titqies għall-iskop tal-istabbiliment tal-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq li jridu jintużaw bħala input għall-għodda ta' korrelazzjoni.

(6)

Sabiex jiġi żgurat output ta' korrelazzjoni li jkun sod, jixraq li jiġi miżjud l-għadd ta' ċilindri bħala input li jrid jiġi pprovdut għall-għodda ta' korrelazzjoni.

(7)

Jenħtieġ li tinħataf l-opportunità biex jiġu kkoreġuti xi żbalji editorjali fit-test.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).


ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2.3.8.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.3.8.1.   Fil-każ ta' tagħbijiet fit-triq tad-WLTP li jiġu stabbiliti skont il-paragrafi 1-4 u 6 tas-Sottoanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vetturi N1 kompluti għandhom jiġu kkalkolati skont il-formuli speċifikati fil-punt 2.3.8.1.1 (għall-vettura H) u fil-punt 2.3.8.1.2 (għall-vettura L) u skont il-punti (a) u (b) li ġejjin.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-formuli għandhom japplikaw kemm fil-każ tas-simulazzjonijiet kif ukoll fil-każ tat-testijiet fiżiċi tal-vetturi.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn ikun applikabbli, is-servizz tekniku, għandhom jivverifikaw jekk il-faċilità tal-mina tar-riħ imsemmija fil-paragrafu 3.2.3.2.2.3 fis-Sottoanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 hijiex ikkwalifikata biex tistabbilixxi b'mod akkurat il-valuri Δ(Cd × Af). Jekk il-faċilità tal-mina tar-riħ ma tkunx ikkwalifikata, l-ogħla valur ta' reżistenza ajrudinamika għandu japplika għall-vetturi kollha fil-familja.

(a)

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tad-WLTP u l-valuri tal-massa tat-test imsemmija f'dawk il-formuli għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-vetturi H u L kif definit għall-familja tal-interpolazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.

(b)

Minkejja l-punt (a), fejn id-domanda għall-enerġija taċ-ċiklu tal-vettura H u/jew L tad-WLTP, kif stabbilit skont il-paragrafu 5 tas-Sottoanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, ma tirriżultax fl-ogħla, jew rispettivament, fid-domanda l-iktar baxxa għall-enerġija taċ-ċiklu tal-vettura H u/jew L tal-NEDC, il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għandhom jiġu stabbiliti skont wieħed mill-punti li ġejjin:

(i)

abbażi tal-vettura individwali fil-familja tal-interpolazzjoni bl-ogħla, jew rispettivament, bid-domanda l-iktar baxxa għall-enerġija taċ-ċiklu tal-NEDC;

(ii)

abbażi tal-kombinazzjoni tal-ogħla, jew rispettivament, tal-inqas waħda mill-karatteristiki rilevanti tat-tagħbija fit-triq, jiġifieri r-reżistenza ajrudinamika, ir-reżistenza għad-dawrien u l-massa, meħuda minn kwalunkwe vettura individwali fil-familja tal-interpolazzjoni.

L-għażla tal-proċedura stabbilita fil-punti (i) jew (ii) għandha ssir mill-manifattur.

Il-punt (b) għandu japplika għal approvazzjonijiet tat-tip ġodda tal-emissjonijiet mogħtija mill-1 ta' Jannar 2019, jew minn data iktar kmieni fuq talba tal-manifattur.”;

(2)

fil-punt 2.3.8.1.1, dan li ġej jiddaħħal bħala l-ewwel paragrafu:

“Fejn din il-proċedura ta' kalkolu tintuża għal vettura individwali skont il-punt 4.2.1.4.2, it-tagħbija fit-triq tad-WLTP u l-massa tat-test li jikkorrispondu għall-vettura individwali tal-NEDC għandhom jintużaw bl-influwenza tat-tagħmir fakultattiv imneħħija.”

(3)

il-paragrafu finali tal-punt 2.3.8.1.1(c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fejn il-fattur F*2w,H ikun il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2 stabbilit għat-test tad-WLTP tal-vettura H li minnha tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv kollu.”;

(4)

il-paragrafu finali tal-punt 2.3.8.1.2(c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fejn il-fattur F*2w,L ikun il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2 stabbilit għat-test tad-WLTP tal-vettura L li minnha tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv kollu.”

(5)

il-punt 2.3.8.2.1(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)   Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC fejn ma jintużawx valuri tal-NEDC tabulati

Fil-każ ta' vetturi ddisinjati għal massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ugwali għal jew ogħla minn 3 000 kg, il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC jistgħu, fuq talba tal-manifattur, jiġu stabbiliti skont il-punt 2.3.8.1.”;

(6)

il-punt 2.3.8.2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.3.8.2.2.   L-istabbiliment tat-tagħbija fit-triq għal vetturi N1 mhux kompluti skont il-punt 2.2 tal-Anness XII tar-Regolament (UE) 2017/1151

Fil-każ ta' vettura N1 mhux kompluta fejn it-tagħbijiet fit-triq tal-vettura rappreżentattiva jkunu ġew stabbiliti skont il-paragrafu 2.2 tal-Anness XII u l-paragrafu 5.1 tas-Sottoanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, it-tagħbija fit-triq tal-NEDC li trid tintuża bħala input għas-simulazzjonijiet tal-għodda ta' korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita kif ġej:

 

Formula

 

Formula

 

Formula

Fejn,

F 0 n,R , F 1 n,R , F 2 n,R

ikunu l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vettura rappreżentattiva;

T 0 n,R , T 2 n,R

ikunu l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku tal-NEDC għall-vettura rappreżentattiva stabbiliti skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83;

AW,L/H, BW,L/H, CW,L/H

ikunu l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku għall-vettura li tintuża għat-tħejjija tax-xażi dinamometriku skont il-punti 7 u 8 tas-Sottoanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Fil-każ ta' ttestjar fiżiku tal-vettura, it-test għandu jitwettaq permezz tal-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku tal-NEDC għall-vettura R stabbiliti skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83.”;

(7)

jiżdied il-punt 2.3.8.3(a). li ġej:

“2.3.8.3(a).   L-estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tal-emissjonijiet mogħtija skont ir-Regolament (UE) 2017/1151

Fejn approvazzjoni tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 tiġi estiża minħabba ż-żieda ta' vetturi ġodda fil-familja tal-interpolazzjoni ta' CO2 b'emissjonijiet ta' CO2 tal-NEDC li jkunu ogħla minn dawk tal-vettura H jew inqas minn dawk tal-vettura L, għandhom japplikaw il-punti li ġejjin għall-iskop tal-korrelazzjoni:

(a)

Fejn id-differenza bejn il-vetturi H u L tal-NEDC tal-familja tal-interpolazzjoni tkun ugwali għal jew ogħla minn 5 g ta' CO2/km, il-linja ta' interpolazzjoni tal-NEDC stabbilita għal dik il-familja tista' tiġi estiża, diment li l-emissjonijiet ta' CO2 tal-NEDC stabbiliti skont il-punt 3 abbażi ta' data tal-input meħuda mit-test tal-vettura tad-WLTP imsemmi fil-punt 3.1.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151, ikunu ugwali għal jew inqas mill-emissjonijiet ta' CO2 stabbiliti abbażi tal-linja ta' interpolazzjoni tal-NEDC;

(b)

Fejn id-differenza bejn il-vetturi H u L tal-NEDC tkun inqas minn 5 g ta' CO2/km, il-linja ta' interpolazzjoni ma tistax tiġi estiża.

Fil-każ (a), l-emissjonijiet ta' referenza ta' CO2 għandhom jiġu stabbiliti mingħajr l-għażla msemmija fil-punti 3.1.1.2 u 3.2.6.

Fil-każ (b), jew fil-każ li l-emissjonijiet ta' referenza ta' CO2 imsemmija fil-punt (a) ikunu ogħla mil-linja ta' interpolazzjoni, il-vetturi H u L tal-NEDC għandhom jiġu stabbiliti skont il-punti 2 u 3 ta' dan l-Anness.

Il-punt (a) għandu japplika fir-rigward ta' estensjonijiet ġodda għal tipi ġodda mogħtija mill-1 ta' Jannar 2019, jew minn data iktar kmieni fuq talba tal-manifattur.”

(8)

it-Tabella 1 tal-punt 2.4 hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata 66, it-test tal-ewwel kolonna huwa sostitwit b'dan li ġej:

“In-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-interpolazzjoni”

(b)

tiżdied l-entrata 68 li ġejja:

“68

Numru ta' ċilindri

Id-dikjarazzjoni tal-manifattur

Numru (Irid jiġi pprovdut sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2019)

(9)

fil-punt 3.1.1.1(c), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

in-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-interpolazzjoni”

(10)

fil-punt 3.1.4, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fil-każ ta' vetturi N1 mhux kompluti, it-test simulat tal-NEDC tal-vettura rappreżentattiva (vettura RMSV) għandu jitwettaq bl-użu tal-għodda ta' korrelazzjoni u d-data tal-input rilevanti kif irreġistrata fil-matriċi msemmija fil-punt 2.4 fir-rigward tal-vettura H jew L bl-eqreb domanda għall-enerġija taċ-ċiklu għal dik stabbilita għall-vettura rappreżentattiva skont il-punt 4.2.1.5.”

(11)

fil-punt 3.3.1, id-definizzjoni stabbilita fl-aħħar paragrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

“CO2,AF,H

huwa l-fattur ta' aġġustament għall-vettura H ikkalkolat mill-proporzjon ta' bejn il-valur ta' CO2 tal-NEDC stabbilit skont il-punt 3.2 u r-riżultati tat-test simulat tal-NEDC tal-għodda ta' korrelazzjoni msemmija fil-punt 3.1.2 jew, fejn ikun applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku.”

(12)

fil-punt 3.3.2, id-definizzjoni stabbilita fl-aħħar paragrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

“CO2,AF,L

hija l-fattur ta' aġġustament għall-vettura L ikkalkolat mill-proporzjon ta' bejn il-valur ta' CO2 tal-NEDC stabbilit skont il-punt 3.2 u r-riżultati tat-test simulat tal-NEDC tal-għodda ta' korrelazzjoni msemmija fil-punt 3.1.3 jew, fejn ikun applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku.”

(13)

fil-punt 3.3.3, id-definizzjoni stabbilita fl-aħħar paragrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

“CO2,AF,R

hija l-fattur ta' aġġustament għall-vettura RMSV ikkalkolat mill-proporzjon ta' bejn il-valur ta' CO2 tal-NEDC stabbilit skont il-punt 3.2 u r-riżultati tat-test simulat tal-NEDC tal-għodda ta' korrelazzjoni msemmija fil-punt 3.1.3 jew, fejn ikun applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku.”

(14)

il-punt 4.2.1.4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.2.1.4.   Il-kalkolu tat-tagħbija fit-triq għal vettura individwali f'familja ta' interpolazzjoni tad-WLTP

4.2.1.4.1.   Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq derivati mill-vetturi H u L tal-NEDC

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F0,n, F1,n u F2,n għall-vetturi H u L stabbiliti skont il-punt 2.3.8 jissejħu F0n,H, F1n,H u F2n,H u F0n,L, F1n,L u F2n,L rispettivament.

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq f0n,ind, f1n,ind u f2n,ind għal vettura individwali għandhom jiġu kkalkolati skont il-formula li ġejja:

Formula 1(a)

Formula

Għal approvazzjonijiet tat-tip ġodda tal-emissjonijiet mogħtija mill-1 ta' Jannar 2019, jew qabel dik id-data, fuq talba tal-manifattur, il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq għandhom jiġu kkalkolati skont il-formula li ġejja:

Formula 1(b)

Formula

Or, if (TMn,H · RRn,H – TMn,L · RRn,L ) = 0, or, where applicable, (RMn,H · RRn,H – RMn,L · RRn,L ) = 0, Formula 2 shall apply:

Formula 2

f 0 n,ind = F 0 n,H – ΔF0n

f 1 n,ind = F 1 n,H

Formula

or, if Δ[Cd × Af]LH,n = 0, Formula 3 shall apply:

Formula 3

f 2 n,ind = F 2 n,H – ΔF2n

where:

 

ΔF 0,n = F 0n,HF0n,L

 

ΔF 2,n = F 2n,HF2n,L

4.2.1.4.2.   Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq derivati mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tad-WLTP ta' vetturi individwali

Mill-1 ta' Jannar 2019 għall-approvazzjonijiet tat-tip ġodda, u mill-1 ta' Jannar 2020 għall-vetturi ġodda kollha mdaħħla fis-servizz, jew qabel dik id-data fuq talba tal-manifattur, it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC għal vettura individwali għandhom jiġu derivati mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tad-WLTP ta' dik il-vettura fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-valur tal-emissjonijiet ta' CO2, id-domanda għall-enerġija taċ-ċiklu, jew kwalunkwe wieħed mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq f0, f1 jew f2 ikkalkolati skont il-punt 4.2.1.4.1, iridu jiġu estrapolati mill-vettura H jew L tal-NEDC;

(b)

jekk il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq għall-vetturi H u L tal-NEDC ikunu derivati minn familji differenti tat-tagħbija fit-triq;

(c)

jekk il-vettura individwali tkun parti minn familja tat-tagħbija fit-triq li tkun differenti mill-familja tat-tagħbija fit-triq tal-vettura H u/jew L tal-NEDC;

(d)

jekk il-vettura individwali tkun parti minn familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq.

Fil-każijiet (a) sa (d), il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għandhom jiġu kkalkolati skont il-formuli stabbiliti fil-punt 2.3.8.1.1, fejn ir-referenzi għall-vettura H għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-vettura individwali.

Fil-każ (a), l-estrapolazzjoni ta' CO2 tista' ssir biss jekk id-differenza bejn il-vetturi H u L tal-NEDC tkun ugwali għal jew ogħla minn 5 g ta' CO2/km. F'dak il-każ, il-linja ta' interpolazzjoni tista' tiġi estrapolata b'massimu ta' 3 g ta' CO2/km 'il fuq mill-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura H, jew inqas minn dawk tal-vettura L. Jekk l-estrapolazzjoni taqbeż 3 g ta' CO2/km, jew id-differenza bejn il-vettura H u L tal-NEDC tkun inqas minn 5 g ta' CO2/km, il-manifattur għandu jistabbilixxi linja ta' interpolazzjoni ġdida għal dik il-familja skont il-punti 2 u 3 ta' dan l-Anness.”

(15)

il-punt 4.2.1.6 jitħassar.


Top