EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1010
Commission Regulation (EU) No 1010/2013 of 17 October 2013 establishing a prohibition of fishing for black scabbardfish in EU and international waters of VIII, IX and X by vessels flying the flag of Spain
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1010/2013 tas- 17 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1010/2013 tas- 17 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
ĠU L 280, 22.10.2013, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
22.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1010/2013
tas-17 ta’ Ottubru 2013
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistipula kwota għall-2013. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013. |
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għall-2013, għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22.
ANNESS
Nru |
40/DSS |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
BSF/8910- |
Speċi |
Ċinturin iswed (Aphanopus carbo) |
Żona |
L-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X |
Data |
20.8.2013 |