EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0658

2013/658/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Novembru 2013 dwar ir-rifjut ta’ talba għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti prevvist fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Pomazánkové máslo (STG)] (notifikata bid-dokument C(2013) 7615)

ĠU L 305, 15.11.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/658/oj

15.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Novembru 2013

dwar ir-rifjut ta’ talba għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti prevvist fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Pomazánkové máslo (STG)]

(notifikata bid-dokument C(2013) 7615)

(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

(2013/658/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52, il-paragrafu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 50, il-Paragrafu 1, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni temmet l-eżami tat-talba għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pomazánkové máslo” bħala speċjalità tradizzjonali garantita, ippreżentata mir-Repubblika Ċeka u li waslet fit-22 ta’ Diċembru 2010.

(2)

Il-Kummissjoni infurmat lir-Repubblika Ċeka fid-data tal-1 ta’ April 2011 li d-denominazzjoni “máslo” hija definita u soġġetta għall-kondizzjonijiet ta’ użu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 115 u l-Anness XV tal-istess Regolament, li jirrikjedi b’mod partikolari kontenut ta’ xaħam fil-ħalib ugwali jew superjuri għal 80 % u inferjuri għal 90 %; id-deskrizzjoni tal-prodott “Pomazánkové máslo” ma tissodisfax dawn il-kondizzjonijiet. Wara rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Jannar 2011, il-Qorti tal-Ġustizzja inċidentalment ikkonfermat, fis-sentenza tagħha mogħtija fit-18 ta’ Ottubru 2012 fil-kawża C-37/11, in-nuqqas ta’ konformità tad-denominazzjoni “Pomazánkové máslo” fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija tar-Regolament (KE) nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 2(3), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jistipola li “dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni marbutin mat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq, u b’mod partikulari għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq unika”; f’dan ir-rigward, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem “Pomazánkové máslo” bħala speċjalità tradizzjonali garantita ma jikkonfermax mar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 115 u l-Anness XV tiegħu.

(4)

Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, it-talba għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pomazánkové máslo” għalhekk għandha tiġi rrifjutata.

(5)

Il-miżura li hemm dispożizzjoni dwarha f’din id-Deċiżjoni hija skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-politika ta’ kwalità tal-prodotti agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-talba għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pomazánkové máslo” ġiet irrifjutata.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


Top