EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0616(01)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta' Ġunju 2011 li taħtar membri u sostituti tal-Kumitat Pedjatriku biex jirrappreżentaw professjonisti tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 176, 16.6.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2014

16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 176/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Ġunju 2011

li taħtar membri u sostituti tal-Kumitat Pedjatriku biex jirrappreżentaw professjonisti tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 176/02

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar rappreżentanti ta' professjonisti tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti għall-Kumitat Pedjatriku tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

(2)

Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, saret sejħa pubblika għal turija ta' interess mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet li waslu fil-qafas ta' din is-sejħa għal turija ta' interess.

(3)

Il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta’ Awwissu 2011.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu uniku

1.   Dawn li ġejjin huma permezz ta' dan maħtura membri u sostituti tal-Kumitat Pedjatriku, biex jirrappreżentaw il-professjonisti tas-saħħa għal terminu ta' tliet snin minn 1 ta’ Awwissu 2011:

Membru: Jean Pierre ABOULKER;

Sostitut: Alexandra COMPAGNUCCI;

Membru: Adriana CECI;

Sostitut: Paolo PAOLUCCI.

Membru: Anthony James NUNN,

Sostitut: André RIEUTORD.

2.   Dawn li ġejjin huma permezz ta' dan maħtura membri u sostituti tal-Kumitat li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti għal terminu ta' tliet snin mill-1 ta’ Awwissu 2011:

Membru: Matthias KELLER,

Sostitut: Gerlind BODE,

Membru: Michal ODERMARSKY;

Sostitut: Milena STEVANOVIC;

Membru: Tsvetana SCHYNS-LIHARSKA;

Sostitut: Gérard NGUYEN.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1.


Top