EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0515

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK tat- 23 ta’ Awwissu 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 218, 24.8.2011, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2011; Imħassar b' 32011D0782

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/515/oj

24.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 218/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/515/PESK

tat-23 ta’ Awwissu 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, persuni oħrajn għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva (data tat-twelid (DtT), post tat-twelid (PtT) …)

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Hayel AL-ASSAD

 

Assistent ta' Maher Al-Assad, Kap tal-unità tal-pulizija militari tar-raba' diviżjoni tal-armata, involuta fir-ripressjoni.

23.8.2011

2.

Ali AL-SALIM

 

Direttur tal-uffiċċju tal-provvisti tal-Ministeru Sirjan tad-Difiża, punt ta' dħul għall-armi kollha li jaslu għall-armata Sirjana.

23.8.2011

3.

Nizar AL-ASSAAD

 

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-Gvern. Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.8.2011

4.

Brigadier Ġenerali Rafiq SHAHADAH

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) Fergħa 293 (Affarijiet Interni) f'Damasku. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku.

Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.

23.8.2011

5.

Brigadier Ġenerali JAMEA JAMEA (Jami Jami)

 

Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Dayr az-Zor.

Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f' Dayr az-Zor u Alboukamal.

23.8.2011

6.

Hassan Bin-Ali AL-TURKMANI

DtT 1935 f'Aleppo

Deputat Viċi Ministru, eks Ministru tad-Difiża, Mibgħut Speċjali tal-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

7.

Muhammad Said BUKHAYTAN

 

Assistent Segretarju Reġjonali tal-Partit Soċjalista Għarbi ta' Baath sa mill-2005, 2000-2005 Direttur għas-sigurtà nazzjonali tal-partit reġjonali ta' Baath. Eks Gvernatur ta' Hama (1998-2000).

Soċju mill-qrib tal-President Bashar Al-Assad u Maher Al-Assad. Kien jieħu deċiżjonijiet fir-reġim dwar ir-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili.

23.8.2011

8.

Ali DOUBA

 

Responsabbli għall-qtil f'Hama fl-1980, ġie msejjaħ lura f'Damasku bħala konsulent speċjali għall-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

9.

Brigadier-Ġenerali Nawful AL-HUSAYN

 

Kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) ta' Idlib. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fil-provinċja ta' Idlib.

23.8.2011

10.

Brigadier Husam SUKKAR

 

Konsulent Presidenzjali dwar Affarijiet ta' Sigurtà.

Konsulent Presidenzjali għar-ripressjoni u l-vjolenza tal-aġenziji ta' sigurtà kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.8.2011

11.

Brigadier Ġenerali Muhammed ZAMRINI

 

Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Homs.

Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Homs.

23.8.2011

12.

Logutenent Ġenerali Munir ADANOV (ADNUF)

 

Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali, Operazzjonijiet u Taħriġ għall-Armata Sirjana.

Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

13.

Brigadier Ġenerali Ghassan KHALIL

 

Kap tal-Fergħa tal-Informazzjoni tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali (GID). Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

14.

Mohammed JABIR

PtT Latakia

Il-milizja ta' Shabiha. Soċju ta' Maher Al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u fil-koordinazzjoni tal-gruppi tal-milizja ta' Shabiha.

23.8.2011

15.

Samir HASSAN

 

Soċju kummerċjali mill-qrib ta' Maher Al-Assad. Magħruf għall-appoġġ ekonomiku tar-reġim Sirjan.

23.8.2011


B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Direttorat tal-politika ta' sigurtà

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

2.

Direttorat tal-informazzjoni ġenerali

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

3.

Direttorat tal-informazzjoni militari

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

4.

Servizz tal-Informazzjoni tal-Armata tal-ajru

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

5.

Il-Forza Qods tal- IRGC (magħrufa wkoll bħala l-Forza Quds tal-IRGC)

Teħeran, Iran

Il-Forza Qods (jew Quds) hija taqsima esperta tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Il-Forza Qods hija involuta fil-forniment ta' tagħmir u appoġġ biex tgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan protesti fis-Sirja.

Il-Forza Qods tal-IRGC ipprovdiet assistenza teknika, tagħmir u appoġġ lis-servizzi tas-sigurtà Sirjani biex irażżnu movimenti ta' protesti ċivili.

23.8.2011


Top