EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0218

2011/218/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013)

ĠU L 93, 7.4.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/218/oj

7.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Marzu 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013)

(2011/218/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim mal-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknika li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim kien iffirmat mir-rappreżentanti tal-Partijiet fit-3 ta’ Ġunju 2010 fi Brussell, u sar proviżorjament applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2010, sakemm jiġi konkluż f’data aktar tard.

(3)

Il-Ftehim għandu jkun konkluż f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1).

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill, f’isem l-Unjoni, għandu jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CSÉFALVAY Z.


(1)  ĠU L 245, 17.9.2010, p. 2.


Top