EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1185

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1185/2010 tat- 13 ta’ Diċembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009

ĠU L 332, 16.12.2010, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/03/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/1185/oj

16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1185/2010

tat-13 ta’ Diċembru 2010

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(1), 18 u 22 (1) (2) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni kontra s-sussidju (“l-investigazzjoni oriġinali”), bir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 (2), impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 li joriġinaw mill-Indja (“il-miżuri kompensatorji definittivi”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ 15,7 %, minbarra kumpanija waħda li r-rata tad-dazju għaliha kienet ta’ 7 %.

(2)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (3), impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 li joriġinaw mill-Indja (“il-miżuri anti-dumping definittivi”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ 0 %.

(3)

Wara reviżjoni interim parzali ex officio tal-miżuri kompensatorji, il-Kunsill permezz tar-Regolament (KE) Nru 1354/2008 (4) emenda r-Regolament (KE) Nru 1628/2004 u (KE) Nru 1629/2004. Id-dazji kompensatorji definittivi ġew emendati għal 6,3 % u 7,0 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment b’rata tad-dazju residwa ta’ 7,2 %. Id-dazji anti-dumping definittivi ġew emendati għal 9,4 % u 0 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment b’rata tad-dazju residwa ta’ 8,5 %.

2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (5) tal-miżuri kompensatorji definittivi fis-seħħ, il-Kummissjoni, fit-18 ta’ Ġunju 2009, irċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza ta’ dawn il-miżuri, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. It-talba ġiet ippreżentata minn tliet produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili: Graftech International, SGL Carbon GmbH, u Tokai ERFTCARBON GmbH (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ iżjed minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(6)

Qabel il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza, u skont l-Artikoli 22(1) u 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern tal-Indja (“il-GOI”) li kienet irċeviet talba għal reviżjoni dokumentata sew u stiednet lill-GOI għal konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi kjarifikata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tat-talba għal reviżjoni u biex jaslu għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Il-GOI aċċetta l-offerta tal-konsultazzjonijiet u dawn saru sussegwentement fis-16 ta’ Settembru 2009. Matul il-konsultazzjonijiet, ma setgħet tintlaħaq l-ebda soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Madankollu, ittieħdet nota tal-kummenti ppreżentati mill-awtoritajiet tal-GOI.

3.   Bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza

(7)

Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni ħabbret fis-17 ta’ Settembru 2009, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“in-notifika tal-bidu”), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

4.   Investigazzjonijiet paralleli

(8)

Permezz ta’ notifika tal-bidu ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Settembru 2009 (7), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (8) tal-miżuri anti-dumping definittivi.

5.   Investigazzjoni

5.1.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(9)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tas-sussidjar kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu kkunisdrat”).

5.2.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(10)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi, l-importaturi, l-utenti kkonċernati, u lill-GOI dwar il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-bidu.

(11)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw smigħ.

(12)

Minħabba l-għadd kbir apparenti ta’ importaturi mhux relatati, kien meqjus xieraq, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandux isir kampjunar. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar ikunx neċessarju u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il ġurnata mill-bidu tar-reviżjonijiet u biex jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fin-notifika tal-bidu. Madankollu, l-ebda importatur mhux relatat ma resaq biex jikkoopera. Il-kampjunar għalhekk ma kienx neċessarju.

(13)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa kkonċernati u lil dawk li għamlu lilhom infushom magħrufa fl-iskadenzi stabbiliti fin-notifika tal-bidu. Waslu risposti mingħand tliet gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni (jiġifieri l-applikanti), prodottur esportatur wieħed u 17-il utent, u l-GOI. L-ebda wieħed mill-importaturi ma ippreżenta ruħu matul l-eżerċizzju tal-kampjunar u l-ebda importatur ieħor ma ta lill-Kummissjoni l-ebda informazzjoni jew ippreaenta ruħu matul l-investigazzjoni.

(14)

Wieħed biss miż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa fl-Indja, jiġifieri HEG Limited (“HEG”) ikkoopera bi sħiħ fir-reviżjoni billi ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju. Ta’ min jinnota f’dan ir-rigward li fl-investigazzjoni oriġinali l-isem uffiċjali sħiħ ta’ dik il-kumpanija kien Hindustan Electro Graphite Limited. Sussegwentement il-kumpanija bidlet isimha f’HEG Limited. It-tieni produttur esportatur li kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri Graphite India Limited (“GIL”) ddeċieda li ma jissottomettix tweġiba għall-kwestjonarju fir-reviżjoni preżenti.

(15)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni

SGL Carbon GmbH, Wiesbaden u Meitingen, il-Ġermanja;

Graftech Switzerland SA, Bussigny, l-Isvizzera;

Graftech Iberica S.L., Ororbia, Spanja;

Tokai ERFTCARBON GmbH, Grevenbroich, il-Ġermanja.

(b)

Prodottur esportatur fl-Indja

HEG Limited, Bhopal.

(c)

Il-Gvern tal-India (“GTI”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(16)

Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri elettrodi tal-grafita ta’ tip użat għall-fran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,65 g/ċm3 jew iżjed u reżistenza elettrika ta’ 6,0 μ.μ.m jew anqas, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 sew jekk huma importati flimkien jew joriġinaw separatament fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”).

(17)

L-investigazzjoni kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħin mill-produttur esportatur fis-suq domestiku fl-Indja, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħin fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi u huma, għalhekk, meqjusin bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAS-SUSSIDJAR

1.   Introduzzjoni

(18)

Abbażi tal-informazzjoni fit-talba għal reviżjoni u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

 

Skemi nazzjonali

(a)

Skema għall-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”);

(b)

Skema ta’ Kreditu ta’ Dazju fuq l-Importazzjoni (“DEPBS”);

(c)

Skema ta’ Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”);

 

Skema Reġjonali

(d)

Skema ta’ Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (“EDES”).

(19)

L-iskemi speċifikati fil-punti (a) sa (c) hawn fuq huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI joħroġ notifiki fir-rigward tal-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika tal-Kummerċ Barrani”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati regolarment. Żewġ dokumenti dwar il-Politika tal-Kummerċ Barrani huma rilevanti għall-PIR ta’ dan il-każ, jiġifieri l-politika-FT 04-09 u l-politika-FT 09-14. Dan tal-aħħar daħal fis-seħħ f’April 2009. Barra minn hekk, il-GOI stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika-FT 04-09 u l-politika-FT 09-14 fil-“Manwal tal-Proċeduri, Volum I” (“HOP I 04-09” u “HOP I 09-14” rispettivament). Il-Manwal tal-Proċeduri jiġi aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

(20)

L-iskema speċifikata fil-punt (d) hawn fuq hija mmaniġġjata mill-awtoritajiet tal-Istat ta’ Madhya Pradesh.

2.   Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”)

(21)

Matul l-investigazzjoni nstab li l-produttur Indjan li kien qed jikkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċju taħt l-iskema AAS matul il-PIR. Għalhekk ma kienx neċessarju li din l-iskema tiġi analizzata iżjed f’din l-investigazzjoni.

3.   Skema ta’ Kreditu ta’ Dazju fuq l-Importazzjoni (“DEPBS”)

(a)   Bażi Legali

(22)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-DEPBS tinsab fil-paragrafi 4.3 tal-politika-FT 04-09 u l-politika-FT 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 4 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibilità

(23)

Kwalunkwe manifattur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika tad-DEPBS

(24)

Esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li huma kkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Rati tad-DEPBS bħal dawn ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-maġġoranza tal-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Dawn huma determinati abbażi tan-Norma Standard Input-Output (“SION”), li hija norma b’kunsiderazzjoni ta’ kontenut importat preżunt ta’ inputs fil-prodott esportat u inċidenza ta’ dazju doganali fuq tali importazzjonijiet preżunti, irrispettivament jekk id-dazji fuq l-importazzjonijiet tħallsux jew le.

(25)

Sabiex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument tat-tranżazzjoni tal-esportazzjoni, għandha ssir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DEPBS. Sabiex l-oġġetti jiġu esportati, l-awtoritajiet tad-dwana Indjani joħorġu, matul il-proċedura ta’ dispaċċ, polza ta’ esportazzjoni. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta’ kreditu tad-DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni tal-esportazzjoni. F’dak il-mument, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċji li għandu jirċievi. Malli l-awtoritajiet tad-dwana joħorġu polza ta’ esportazzjoni, il-GOI ma jkollu ebda diskrezzjoni fuq l-għoti ta’ kreditu tad-DEPBS. Ir-rata tad-DEPBS rilevanti għall-kalkolu tal-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien meta tkun saret id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni. Għalhekk, mhijiex possibbli emenda retroattiva tal-livell tal-benefiċċju.

(26)

Instab li skont l-istandards tal-kontabilità Indjani, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Krediti bħal dawn jistgħu jintużaw għall-ħlas tad-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe oġġetti importabbli mingħajr restrizzjonijiet, minbarra oġġetti kapitali. Oġġetti importati kontra krediti bħal dawn jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (soġġetti għal taxxa fuq il-bejgħ) jew jiġu użati f’mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli b’xejn u validi għal perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-ħruġ.

(27)

Applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPBS jiġu ffajljati elettronikament u jistgħu jkopru ammont mhux limitat ta’ tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni. De facto, ma jeżistu l-ebda skadenzi stretti għall-krediti tad-DEPBS. Is-sistema elettronika użata għall-immaniġġjar tad-DEPBS ma teskludix awtomatikament it-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li jaqbżu l-perjodu taż-żmien għas-sottomissjoni msemmija fil-Kapitolu 4.47 tal-HOP I 04-09 u 09-14 Barra minn hekk, kif stipulat b’mod ċar fil-Kapitolu 9.3 tal-HOP I 04-09 u 09-14, l-applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni dejjem jistgħu jiġu kkunsidrati bl-impożizzjoni ta’ penali minuri (jiġifieri 10 % tal-intitolament).

(28)

Instab li l-produttur esportatur Indjan li kkoopera uża din l-iskema matul l-PIR.

(d)   Konklużjonijiet dwar id-DEPBS

(29)

Id-DEPBS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-DEPBS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, minħabba li l-kreditu eventwalment jintuża biex jagħmel tajjeb għad-dazji tal-importazzjoni, u b’hekk inaqqas id-dħul mid-dazji tal-GOI li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(30)

Barra minn hekk, id-DEPBS huwa soġġett fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus li huwa speċifiku u kompensatorju taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku.

(31)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ rifużjoni tad-dazju permissibbli jew sistema ta’ rifużjoni ta’ sostituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku kif iddikjarat mill-produttur esportatur Indjan li qed jikkoopera. Din ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjonijiet u regoli għar-rifużjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni ta’ sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma għandu l-ebda obbligu li jikkonsma attwalment l-oġġetti importati mingħajr dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat relatat mal-inputs attwali użati. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura stabbilita għall-konferma ta’ liema inputs huma kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ħlas żejjed ta’ dazji tal-importazzjoni seħħx skont it-tifsira tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III għar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed għal esportatur li sempliċement jesporta oġġetti mingħajr ma juri li kwalunkwe materjal ta’ input ġie importat. Għalhekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża bħala inputs huma xorta waħda intitolati biex jibbenefikaw mid-DEPBS.

(e)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(32)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kompensatorji kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, li jinsab li jeżisti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni. F’dan ir-rigward, tqies li l-benefiċċju huwa konferit lir-riċevitur fil-mument meta tranżazzjoni ta’ esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. F’dan il-mument, il-GOI huwa obbligat iċedi d-dazji doganali, li jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

(33)

Fid-dawl ta’ dan, huwa kkunsidrat xieraq li jiġi valutat il-benefiċċju taħt id-DEPBS bħala s-somma tal-krediti gwadanjati fuq it-tranżazzjonijiet kollha ta’ esportazzjoni li saru taħt din l-iskema matul il-PIR.

(34)

Il-produttur esportatur Indjan li qed jikkoopera stqarr li fil-każ tiegħu l-krediti kollha tad-DEPBS miksuba ntużaw għall-importazzjoni ta’ materjali użati biss fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, minkejja li fil-prinċipju għandu l-permess ibigħhom jew jużahom għall-importazzjoni ta’ materjali oħra. Il-kumpanija stqarret li għalhekk id-DEPBS kienet skema ta’ rifużjoni tad-dazju normali, u huwa biss it-tnaqqis tal-eċċess li għandu jiġi kkumpensat. Din l-istqarrija għandha tinċaħad, madankollu, minħabba li, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (31), id-DEPBS mhijiex ikkunsidrata bħala sistema ta’ rifużjoni tad-dazju permissibbli jew sistema ta’ rifużjoni ta’ sostituzzjoni, li ġiet ammessa wkoll mill-GOI. Għalhekk, mhuwiex rilevanti x’jagħmel attwalment l-esportatur bil-liċenzji miksuba taħt din l-iskema. Huwa fil-mument tat-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li jsiru taħt din l-iskema li esportatur jikseb konferiment irrevokabbli ta’ benefiċċju, u mhux fil-mument tal-użu sussegwenti tal-liċenzja.

(35)

Fejn saru talbiet ġustifikati, it-tariffi mħallsa neċessarjament għall-kisba tas-sussidju tnaqqsu mill-krediti stabbiliti sabiex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ sussidju bħala numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

(36)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta’ sussidji ġew allokati fuq il-qligħ totali mill-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa soġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(37)

Abbażi ta’ dak imsemmi, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-produttur esportatur li qed jikkoopera matul l-PIR tammonta għal 5,7 %.

4.   Skema ta’ Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)

(a)   Bażi legali

(38)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-politika-FT 04-09 u tal-politika-FT 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14

(b)   Eliġibilità

(39)

L-esportaturi manifatturi, l-esportaturi negozjanti “marbuta ma’” manifatturi ta’ appoġġ u fornituri tas-servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(40)

Taħt il-kundizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpanija hija permessa timporta oġġetti kapitali (oġġetti kapitali ġodda u – sa minn April 2003 – użati li għandhom sa 10 snin) b’rata mnaqqsa tad-dazju. Għal dan il-għan, il-GOI joħroġ, ma’ applikazzjoni u l-ħlas ta’ tariffa, liċenzja tal-EPCGS. Minn April 2000, l-iskema tipprovdi għal rata tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Sal-31 ta’ Marzu 2000, kienu applikabbli rata tad-dazju effettiva ta’ 11 % (inkluża imposta miżjuda ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ valur ogħla, rata tad-dazju żero. Sabiex jintlaħaq l-obbligu ta’ esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati għandhom jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta’ oġġetti esportati matul ċertu perjodu. Taħt politika-FT 09-14 ġdida, l-oġġetti kapitali jistgħu jiġu importati b’rata tad-dazju ta’ 0 % taħt l-EPCGS iżda f’każ bħal dan il-perjodu taż-żmien biex jiġi sodisfatt l-obbligu ta’ esportazzjoni huwa iqsar.

(41)

Id-detentur tal-liċenzja tal-EPCGS jista’ jakkwista wkoll l-oġġetti kapitali lokalment. F’każ bħal dan, il-manifattur lokali tal-oġġetti kapitali jista’ jagħmel użu mill-benefiċċju għall-importazzjoni mingħajr dazju tal-komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ oġġetti kapitali bħal dawn. Alternattivament, il-manifattur lokali jista’ jitlob il-benefiċċju ta’ esportazzjoni meqjusa fir-rigward tal-forniment tal-oġġetti kapitali lil detentur tal-liċenzja tal-EPCGS.

(42)

Instab li l-produttur esportatur li qed jikkoopera uża din l-iskema matul il-PIR.

(d)   Konklużjoni dwar l-EPCGS

(43)

L-EPCGS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazji tal-GOI li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, it-tnaqqis fid-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati mal-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

(44)

Barra minn hekk, l-EPCGS hija soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, għaliex liċenzji bħal dawn ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk huwa meqjus speċifiku u kompensatorju taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Ġie ddikjarat mill-produttur esportatur li qed jikkoopera li s-sussidji tal-EPCGS fir-rigward tax-xiri tal-oġġetti kapitali fejn l-obbligu ta’ esportazzjoni kien diġà sodisfatt qabel il-PIR, m’għandux jibqa’ jiġi trattat bħala soġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Għalhekk dawn m’għandhomx jiġu trattati bħala sussidji speċifiċi u ma għandhomx jiġu kompensati. Madankollu, din id-dikjarazzjoni għandha tinċaħad. Għandu jiġi enfasizzat li s-sussidju fih innifsu huwa soġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri ma kienx jingħata kieku l-kumpanija ma aċċettatx ċertu obbligu ta’ esportazzjoni.

(45)

L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema ta’ rifużjoni tad-dazju permissibbli jew sistema ta’ rifużjoni ta’ sostituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għaliex dawn mhumiex ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(46)

L-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq l-oġġetti kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ oġġetti kapitali bħal dawn fl-industrija kkonċernata. L-imgħaxijiet għandhom jiġu miżjuda ma’ dan l-ammont sabiex jirriflettu l-valur sħiħ tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata tal-imgħax kummerċjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni fl-Indja tqieset xierqa għal dan l-iskop.

(47)

Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq id-dħul tal-esportazzjoni matul l-PIR bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa soġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni.

(48)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-produttur esportatur li qed jikkoopera matul il-PIR jammonta għal 0,9 %.

5.   Skema ta’ Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (EDES) – skema reġjonali tal-Istat ta’ Madhya Pradesh

(49)

Skont il-Politika tal-Promozzjoni Industrijali tal-2004, l-Istat ta’ Madhya Pradesh (MP) joffri eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku lill-kumpaniji industrijali li jinvestu fil-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-konsum intern.

(a)   Bażi legali

(50)

Id-deskrizzjoni dettaljta tal-EDES tinsab fin-Notifika tal-Gvern ta’ Madhya Pradesh Nru 29 tal-21 ta’ Lulju 2006 u fl-Ordni Nru 4238-XIII-2006 l-Anness C tat-12 ta’ Lulju 2006.

(b)   Eliġibilità

(51)

Kull manifattur li jinvesti ċertu ammont ta’ kapital fit-twaqqif ta’ impjant tal-enerġija fl-Istat ta’ Madhya Pradesh huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(52)

L-EDES tipprovdi għal eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju fuq l-elettriku – taxxa fuq il-bejgħ lokali normalment dovuta f’Madhya Pradesh – għal kumpaniji li jinvestu ċertu ammont ta’ kapital fil-bini ta’ impjant tal-enerġija. L-eżenzjoni tingħata għal ċertu perjodu skont il-valur tal-investiment. L-għan tal-iskema huwa li tiġi żviluppata infrastruttura billi l-impjanti tal-enerġija tal-Istat ma jistgħux jipprovdu lill-kumpaniji fiż-żona b’biżżejjed elettriku. L-eżenzjoni mid-dazju tingħata biss għall-użu intern tal-enerġija.

(53)

Instab li l-produttur esportatur li qed jikkoopera uża din l-iskema matul l-PIR.

(d)   Konklużjoni dwar l-EDES

(54)

L-EDES tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-eżenzjoni mid-dazju tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Istat ta’ Madhya Pradesh, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju tal-Gvern tal-Istat li kieku kienet tkun dovuta. Barra minn hekk, it-tnaqqis fit-taxxa jagħti benefiċċji lill-esportatur, għaliex id-dazju ffrankat fuq ix-xiri tal-elettriku jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(55)

L-EDES mhijiex soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, mhijiex limitata fil-liġi għal ċerti żoni ġeografiċi fl-Istat ta’ Madhya Pradesh jew għal ċerti kumpaniji jew fergħat tal-industrija biss. Għalhekk, il-produttur esportatur li qed jikkoopera ddikjara mill-ewwel li din l-iskema m’għandhiex titqies speċifika u għalhekk m’għandhiex tkun kompensata, billi l-eliġibilità tagħha hija bbażata fuq kriterji ekonomiċi oġġettivi u newtrali.

(56)

Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Gvern tal-Istat ta’ Madhya Pradesh, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel konklużjoni soda dwar din l-iskema fir-rigward tal-ispeċifiċità u l-applikazzjoni prattika ta’ din il-liġi u l-livell ta’ diskrezzjoni li l-awtorità tal-għoti tgawdi meta tiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet. Tabilħaqq ma jistax jiġi determinat b’ċertezza jekk l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwiex sodisfatt, minħabba li ma jistax jiġi stabbilit li l-Gvern tal-Istat ta’ Madhya Pradesh applika kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi għall-għoti tas-sussidju. Għalhekk, anki jekk l-iskema tidher li mhijiex speċifika fil-liġi, għadu mhux ċar li mhijiex speċifika de facto. Bħala riżultat hija meqjusa speċifika u kompensabbli taħt l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) u l-Artikolu 4(2), ir-raba’ subparagrafu tar-Regolament bażiku.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(57)

L-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju fuq il-bejgħ mhux imħallsa fuq l-elettriku mixtri fl-PIR (in-numeratur) u d-dħul totali mill-bejgħ tal-kumpanija (id-denominatur) billi l-EDES la hija soġġetta għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u lanqas ma l-użu tal-elettriku kien limitat biss għall-produzzjoni tal-proġetti kkonċernat.

(58)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-produttur esportatur li qed jikkoopera matul il-PIR tammonta għal 0,5 %.

6.   Ammont ta’ sussidji kompensabbli

(59)

L-ammont ta’ sussidji kompensabbli determinat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, mill-produttur esportatur investigat jammonta għal 7,1 %. Dawn l-ammonti ta’ sussidjar jaqbżu l-limitu de minimis imsemmi taħt l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(60)

Il-livell ta’ sussidjar stabbilit fil-proċedura attwali jikkorrispondi għal-livell ta’ sussidjar ta’ 7,2 % misjub għall-istess produttur esportatur matul l-aħħar reviżjoni interim.

(61)

Għalhekk huwa meqjus li, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sussidjar kompla matul l-PIR.

SKEMI

AAS

DEPBS

EPCGS

EDES

Total

HEG Ltd

Xejn

5,7  %

0,9  %

0,5  %

7,1  %

7.   Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà jew ir-rikorrenza tas-sussidjar

(62)

Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar.

(63)

F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li wieħed biss miż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat ikkooperaw. Ġie stabbilit li matul il-PIR, il-produttur esportatur li qed jikkoopera kompla jibbenefika mis-sussidjar kompensatorju mill-awtoritajiet Indjani. L-iskemi tas-sussidju analizzati hawn fuq jagħtu benefiċċji rikorrenti u ma hemmx indikazzjonijiet li dawn il-programmi għandhom jitneħħew gradwalment jew jiġu modifikati fil-futur qrib jew li l-produttur esportatur li qed jikkoopera għandu jieqaf jikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi. L-iskemi kkonċernati għadhom jinżammu fil-politika-FT 09-14.

(64)

Fir-rigward tal-produttur esportaturi l-ieħor magħruf fl-Indja, skont it-talba għar-reviżjoni dan kompla jibbenefika mill-iskemi tas-sussidju analizzati hawn fuq. Ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tista’ tindika li dan ma kienx il-każ. Għalhekk ġie konkluż li s-sussidjar fuq livell nazzjonali kompla.

(65)

Minħabba s-sejbiet deskritti hawn fuq ġie konkluż li s-sussidjar kompla matul il-PIR u probabbli jkompli fil-futur.

(66)

Peress li jidher li s-sussidjar kompla matul il-PIR u li probabbli jkompli fil-futur, il-kwistjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tas-sussidjar mhijiex rilevanti.

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

1.   Produzzjoni tal-Unjoni

(67)

Fl-Unjoni, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn ħames kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji li l-prodott tagħhom jikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

2.   Industrija tal-Unjoni

(68)

Tnejn mill-ħames gruppi ta’ kumpaniji ma resqux biex jappoġġjaw it-talba u ma kkooperawx fl-investigazzjoni tar-reviżjoni billi bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju. It-tliet gruppi li ġejjin ta’ produtturi ppreżentaw it-talba u qablu li jikkooperaw: Graftech International, SGL Carbon GmbH, u Tokai ERFTCARBON GmbH.

(69)

Dawn it-tliet gruppi ta’ produtturi jammontaw għal proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili, għaliex jirrappreżentaw iżjed minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita, kif indikat fil-premessa (4) hawn fuq. Għalhekk dawn huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn ‘il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

E.   SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Rimarka preliminari

(70)

Minħabba li produttur esportatur Indjan wieħed biss tal-prodott ikkonċernat ikkoopera f’din l-investigazzjoni, id-dejta relatata mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni li joriġinaw mill-Indja ma ġietx ippreżentata b’ċifri preċiżi sabiex tippreserva l-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku.

(71)

Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-elettrodi tal-grafita hija marbuta mill-qrib ma’ dik tas-settur tal-azzar billi l-elettrodi tal-grafita jintużaw primarjament fl-industrija tal-azzar elettriku. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li fl-2007, u sal-ewwel tliet kwarti tal-2008, kien hemm kundizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna fis-settur tal-azzar, u bħala konsegwenza, ukoll għall-industrija tal-elettrodi tal-grafita.

(72)

Ta’ min jinnota li l-volumi tal-bejgħ tal-elettrodi tal-grafita jimxu bejn wieħed u ieħor f’konformità mal-volum tal-produzzjoni tal-azzar. Madankollu, il-kuntratti tal-provvista għall-elettrodi tal-grafita, li jkopru l-prezzijiet u l-kwantitajiet, normalment jiġu nnegozjati għal perjodi ta’ minn 6 sa 12-il xahar. Għalhekk, ġeneralment hemm spazju taż-żmien bejn l-iżviluppi fil-volumi tal-bejgħ li jirriżultaw mill-bidliet fid-domanda u kwalunkwe effett konsegwenzjali fuq il-prezzijiet.

2.   Konsum fis-suq tal-Unjoni

(73)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, stima tal-volumi tal-bejgħ tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, fuq id-dejta tal-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni mill-Eurostat, u d-dejta miġbura skont l-Artikolu 24(6) tar-Regolament bażiku. Kif seħħ fl-investigazzjoni oriġinali (9), ċerti importazzjonijiet ġew injorati billi, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, dawn dehru li mhumiex il-prodott li qed jiġi investigat.

(74)

Bejn l-2006 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi kważi 25 % bit-tnaqqis maġġuri iseħħ bejn l-2008 u l-PIR. Għandu jiġi nnotat li, minħabba kundizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna fil-bidu tal-perjodu meqjus, il-konsum tal-Unjoni kien f’livelli għoljin ħafna u kien żdied bi 30 % bejn il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali u l-2006.

Tabella 1

 

2006

2007

2008

PIR

Konsum totali tal-Unjoni (tunnellati)

170 035

171 371

169 744

128 437

Indiċi (2006 = 100)

100

101

100

76

3.   Volum, sehem tas-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja

(75)

Il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”) żdied konsistentement b’143 punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq livell ta’ 5 000 sa 7 000 tunnellata matul il-PIR. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat aktar milli ttripla bejn l-2006 u l-PIR, meta laħaq il-livell ta’ madwar 5 %. Is-sehem tas-suq kien għadu jikber matul il-PIR, minkejja t-tnaqqis sinifikanti fid-domanda. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bi 52 % matul il-perjodu kkunsidrat, billi segwew tendenza simili għal dik tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, iżda baqgħu iżjed baxxi konsistentement minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Id-dejta fit-Tabella 2 mhijiex f’ċifri preċiżi għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, minħabba li hemm żewġ produtturi esportaturi biss magħrufa fl-Indja.

Tabella 2

 

2006

2007

2008

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)*

Minn 2 000 sa

3 000

Minn 3 000 sa

4 000

Minn 7 000 sa

9 000

Minn 5 000 sa

7 000

Indiċi (2006 = 100)

100

123

318

243

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat*

Madwar

1,5 %

Madwar

2 %

Madwar

5 %

Madwar

5 %

Prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata)

Madwar

2 000

Madwar

2 600

Madwar

3 000

Madwar

3 200

Indiċi (2006 = 100)

100

133

145

152

4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(76)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom effett fuq l-istat tal-Industrija tal-Unjoni.

4.1.   Produzzjoni

(77)

Fl-PIR, il-produzzjoni naqset b’29 % meta mqabbla mal-2006. Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel żdiedet bi 2 % fl-2007 meta mqabbla mal-2006, qabel ma naqset drastikament, b’mod partikolari matul l-PIR.

Tabella 3

 

2006

2007

2008

PIR

Produzzjoni (tunnellati)

272 468

278 701

261 690

192 714

Indiċi (2006 = 100)

100

102

96

71

4.2.   Kapaċità u rati tal-użu tal-kapaċità

(78)

Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset marġinalment (b’total ta’ 2 %) bejn l-2006 u l-PIR. Kif il-produzzjoni naqset ukoll fl-2008, u b’mod partikolari matul l-IP, l-użu tal-kapaċità li rriżulta wera tnaqqis totali ta’ 25 punt perċentwali bejn l-2006 u l-PIR.

Tabella 4

 

2006

2007

2008

PIR

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

298 500

292 250

291 500

293 500

Indiċi (2006 = 100)

100

98

98

98

Użu tal-kapaċità

91  %

95  %

90  %

66  %

Indiċi (2006 = 100)

100

104

98

72

4.3.   Stokkijiet

(79)

Il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli fl-2007 meta mqabbel mal-2006 u mbagħad naqas b’10 % fl-2008. Fl-PIR, il-livell tal-ħażniet żdied kemxejn, iżda kien 5 % iżjed baxx milli fl-2006.

Tabella 5

 

2006

2007

2008

PIR

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

21 407

21 436

19 236

20 328

Indiċi (2006 = 100)

100

100

90

95

4.4.   Volum tal-bejgħ

(80)

Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b’39 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien għoli ħafna fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat billi żdied bi kważi 70 % meta mqabbel mal-perjodu tal-investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Il-volumi tal-bejgħ naqsu kemxejn fl-2007 u 2008 iżda baqgħu f’livell relattivament għoli (fl-2008 xorta kienu 47 % “il fuq mil-livell tal-perjodu ta” investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali). Madankollu, il-volum tal-bejgħ waqa’ drastikament bejn l-2008 u l-PIR (bi kważi terz).

Tabella 6

 

2006

2007

2008

PIR

Volum tal-bejgħ tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati (tunnellati)

143 832

139 491

124 463

88 224

Indiċi (2006 = 100)

100

97

87

61

4.5.   Sehem tas-suq

(81)

Is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni naqas progressivament bi kważi 16-il punt perċentwali bejn l-2006 u l-PIR (minn 84,6 % għal 68,7 %).

Tabella 7

 

2006

2007

2008

PIR

Sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni

84,6  %

81,4  %

73,3  %

68,7  %

Indiċi (2006 = 100)

100

96

87

81

4.6.   Tkabbir

(82)

Bejn l-2006 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi kważi 25 %. L-industrija tal-Unjoni tilfet kważi 16-il punt ta’ perċentwal tas-sehem tas-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet ikkonċernati żdiedu 3,4 punti perċentwali tas-sehem tas-suq.

4.7.   Impjiegi

(83)

Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas b’7 % bejn l-2006 u l-PIR.

Tabella 8

 

2006

2007

2008

PIR

Prodott tal-impjiegi kkonċernat (persuni)

1 942

1 848

1 799

1 804

Indiċi (2006 = 100)

100

95

93

93

4.8.   Produttività

(84)

Il-produttività tas-saħħa tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala prodott għal kull persuna impjegata kull sena, naqset b’24 % bejn l-2006 u l-PIR. Din żdiedet kemm kemm matul l-2007 u l-2008, qabel ma naqset bi kważi 25 % matul il-PIR.

Tabella 9

 

2006

2007

2008

PIR

Produttività (tunnellati għal kull impjegat)

140

151

146

107

Indiċi (2006 = 100)

100

107

104

76

4.9.   Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

(85)

Il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji tal-industrija tal-Unjoni juru tendenza pożittiva, billi żdiedu b’40 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa minħabba: i) il-livell ġenerali tal-prezzijiet fis-suq, ii) il-bżonn li jiġu rkuprati ż-żidiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni, u iii) il-mod kif il-prezzijiet tal-kuntratt tal-provvista ġew stabbiliti.

(86)

Fl-2007 u l-2008 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha fil-kuntest taż-żieda ġenerali fil-prezzijiet tas-suq, minħabba d-domanda b’saħħitha kontinwa għall-elettrodi tal-grafita. Din id-domanda kienet riżultat tal-kundizzjonijiet pożittivi ħafna tas-suq li kien jipprevalu fis-settur tal-azzar sal-ewwel tliet kwarti tal-2008, kif deskritt fil-premessa (71).

(87)

Il-prezzijiet żdiedu parzjalment ukoll fl-2007 u fl-2008, sabiex ikopru ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u b’mod partikolari dawk tal-materji primi. Bejn l-2006 u l-2008 l-ispejjeż żdiedu bi 23 %. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tkopri dan billi żiedet il-prezzijiet tagħha konsiderevolment (+ 33 %).

(88)

Il-prezzijiet xorta baqgħu jiżdiedu, għalkemm b’rata anqas (+ 5 %), fil-PIR. Il-fatt li l-prezzijiet ma niżlux matul perjodu meta d-domanda naqset huwa spjegat bil-mod ta’ kif il-kuntratti tal-provvista huma stabbiliti fis-suq u l-fatt li l-maġġoranza tal-kuntratti tal-provvista għall-2009 ġew konklużi fl-2008. Kif indikat fil-premessa (72), il-volumi tal-bejgħ tal-elettrodi tal-grafita jsegwu bejn wieħed u ieħor l-andament tal-produzzjoni tal-azzar. Madankollu, in-negozjati tal-kuntratti tal-provvista għall-elettrodi tal-grafita għall-perjodi ta’ sitta sa 12-il-xahar jistgħu jwasslu għal dewmien fl-effett ta’ kwalunkwe bidla (żieda jew tnaqqis) fid-domanda fuq il-prezzijiet. Il-kuntratti ġew innegozjati abbażi tal-volumi tal-bejgħ antiċipati, li jistgħu jkunu differenti mil-livell tal-bejgħ attwali miksub, bir-riżultat li t-tendenza tal-prezz f’perjodu partikolari ma jsegwix neċessarjament t-tendenza fil-volumi tal-bejgħ għall-istess perjodu. Dan kien il-każ fil-PIR meta l-volumi tal-bejgħ naqsu iżda l-prezzijiet baqgħu għoljin minħabba li l-maġġoranza tal-kuntratti tal-provvista għall-2009 ġew konklużi fl-2008 u ċerti kunsinni previsti għall-2008 ġew iddifferiti sal-2009. Iż-żieda ta’ 5 % fil-prezzijiet matul il-PIR kienet, madankollu, mhux biżżejjed biex tkopri ż-żidiet fl-ispejjeż (+ 13 %), kif kien possibbli matul il-perjodi preċedenti. Il-prezzijiet ġew innegozjati mill-ġdid f’livelli iżjed baxxi minn wara l-PIR.

(89)

Kif spjegat fil-premessa (75), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat segwew tendenza simili għal dik tal-industrija tal-Unjoni, iżda kienu konsistentement iżjed baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 10

 

2006

2007

2008

PIR

Prezz unitarju tas-suq tal-UE (EUR/tunnellata)

2 569

3 103

3 428

3 585

Indiċi (2006 = 100)

100

121

133

140

4.10.   Pagi

(90)

Bejn l-2006 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet bi 15 %.

Tabella 11

 

2006

2007

2008

PIR

Spejjeż annwali tax-xogħol għal kull impjegat (‘000 EUR)

52

56

61

60

Indiċi (2006 = 100)

100

108

118

115

4.11.   Investimenti

(91)

Bejn l-2006 u l-PIR, il-fluss annwali tal-investimenti fil-prodott ikkonċernat li saru mill-industrija tal-Unjoni żdied b’37 %. Madankollu, matul l-PIR l-investimenti naqsu b’14 % meta mqabbel mal-2008.

Tabella 12

 

2006

2007

2008

PIR

Investimenti netti (EUR)

30 111 801

45 383 433

47 980 973

41 152 458

Indiċi (2006 = 100)

100

151

159

137

4.12.   Profitabilità u qligħ fuq l-investimenti

(92)

B’żieda fl-ispejjeż ta’ 40 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxielha, bejn l-2006 u l-2007, iżżid il-prezzijiet tagħha b’iżjed miż-żieda fl-ispejjeż tagħha. Dan wassal għal żieda fil-qligħ mil-livell ta’ 19 % fl-2006 għal 26 % fl-2007. Mill-2007 sal-2008 l-prezzijiet u l-ispejjeż żdiedu fl-istess proporzjon sabiex il-marġni tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli fil-livell tal-2007. Il-qligħ imbagħad reġa’ naqas għal 19 % fil-PIR minħabba l-effett fuq l-ispejjeż tal-użu iżjed baxx tal-kapaċità tal-produzzjoni u prezzijiet ogħla tal-materja prima. Il-qligħ kompla jonqos fl-2009, għaliex l-industrija tal-Unjoni kellha taġġusta l-prezzijiet tagħha ‘l isfel sabiex jirriflettu t-tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-elettrodi tal-grafita, minħabba t-tnaqqis fid-domanda fis-settur tal-azzar.

(93)

Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”) żdied minn livell ta’ 71 % fl-2006 għal 103 % fl-2007. Fl-2008 dan żdied għal 119 % qabel ma naqas għal 77 % matul l-PIR. Ġeneralment, ir-redditu fuq l-investimenti żdied biss b’sitt punti perċentwali bejn l-2006 u l-PIR.

Tabella 13

 

2006

2007

2008

PIR

Qligħ nett tal-bejgħ tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% ta’ bejgħ nett)

19  %

26  %

25  %

19  %

ROI (qligħ nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti)

71  %

103  %

119  %

77  %

4.13.   Likwidità u kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

(94)

Il-likwidità netta mill-attivitajiet operattivi żdiedet bejn l-2006 u l-2007. Din iż-żieda kompliet fl-2008 qabel tnaqqis matul il-PIR. Ġeneralment, il-likwidità kienet 28 % ogħla fil-PIR milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

(95)

Ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat diffikultajiet fil-ġbir tal-kapital, minħabba li ċerti produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar.

Tabella 14

 

2006

2007

2008

PIR

Likwidità (EUR)

109 819 535

159 244 026

196 792 707

140 840 498

Indiċi (2006 = 100)

100

145

179

128

4.14.   Daqs tas-sussidji

(96)

Minħabba l-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġni attwali tas-sussidju ma jistax jitqies li huwa negliġibbli.

4.15.   Irkupru mill-effetti ta’ sussidji preċedenti u ta’ dumping preċedenti

(97)

L-indikaturi eżaminati hawn fuq juru ċertu titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni wara l-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji u anti-dumping definittivi fl-2004. B’mod partikolari, bejn l-2006 u l-2008, l-industrija tal-Unjoni bbenefikat minn żieda fil-prezzijiet u l-qligħ. Dan kien minħabba kundizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna, li ppermettew li jinżamm livell għoli ta’ prezzijiet u profitabilità, anki minkejja, kif spjegat fil-premessa (81), li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos. Madankollu, fl-istess perjodu, u minkejja l-miżuri, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Indjani żdied u l-prodotti Indjani ġew importati għal prezzijiet iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Matul l-PIR, il-qligħ diġà beda jonqos għall-industrija tal-Unjoni u kompla jonqos fl-2009 minħabba żieda fl-ispejjeż u żidiet limitati fil-prezzijiet.

5.   Impatt tal-importazzjonijiet sussidjati u fatturi oħra

5.1.   Impatt tal-importazzjonijiet sussidjati

(98)

Minkejja tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat aktar milli rdoppja u s-sehem tas-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet aktar milli ttripla (ara l-premessa (75)). Jekk id-dazji anti-dumping u kompensatorji ma jitqisux, jirriżulta li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, għalkemm b’anqas minn 2 %, matul l-PIR.

5.2.   Impatt tal-kriżi ekonomika

(99)

Minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi pożittivi ħafna prevalenti fl-industrija tal-azzar u industriji relatati, inklużi dawk tal-elettrodi tal-grafita, fl-2007 u fl-ewwel tliet kwarti tal-2008, l-industrija tal-Unjoni kienet f’kundizzjoni ekonomika relattivament tajba meta l-kriżi ekonomika bdiet fl-aħħar tal-2008. Il-fatt li l-kuntratti tal-provvista għall-elettrodi tal-grafita normalment huma nnegozjati għal minn 6 sa 12-il xahar ifisser li hemm dewmien fl-effett ta’ kwalunkwe bidla (żieda jew tnaqqis) fid-domanda tal-prezzijiet. Minħabba li l-kuntratti għall-PIR ġew innegozjati fi stadju meta l-effetti tal-kriżi ekonomika ma setgħux ikunu previsti, l-impatt tal-kriżi ekonomika matul il-PIR kien l-aktar f’termini ta’ volumi, minħabba li, f’termini ta’ prezzijiet, kwalunkwe impatt malajr kien jinħass mill-industrija tal-Unjoni. F’dak il-kuntest ta’ min jinnota li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat f’ċerti aspetti, anki matul il-perjodu ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi pożittivi, billi tilfet is-sehem tas-suq għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Il-fatt li din id-deterjorazzjoni ma wasslitx għal effetti negattivi iżjed sinifikanti kien parzjalment dovut għal-livell għoli ta’ domanda fl-2007-2008 li kien ippermetta lill-industrija tal-Unjoni żżomm volumi għoljin ta’ produzzjoni u bejgħ u parzjalment minħabba li meta dawn il-volumi naqsu fil-PIR, il-prezzijiet setgħu jinżammu minħabba d-dewmien taż-żmien deskritt hawn fuq.

5.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(100)

Minħabba l-inklużjoni ta’ prodotti oħra minbarra l-prodott li qed jiġi investigat fid-dejta tal-importazzjoni disponibbli fil-livell tal-kodiċi NM mill-Eurostat, l-analiżi li ġejja saret abbażi tad-dejta tal-importazzjoni fil-livell tal-kodiċi Taric, supplimentata bl-informazzjoni mid-dejta miġbura skont l-Artikolu 24(6) tar-Regolament bażiku. Ċerti importazzjonijiet ġew injorati għaliex, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, dehru li mhumiex il-prodott li qed jiġi investigat.

(101)

Huwa stmat li l-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra żdied bi 63 % minn madwar 11 000 tunnellata fl-2006 għal madwar 18 500 tunnellata fil-PIR. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdied minn 6,6 % fl-2006 għal 14,4 % fil-PIR. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdied bi 42 % bejn l-2006 u l-PIR. L-importazzjonijiet ewlenin jidhru li huma mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”), ir-Russja, il-Ġappun u l-Messiku, li kienu l-uniċi pajjiżi b’ishma tas-suq individwali ogħla minn 1 % matul l-PIR. L-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi huma eżaminati ulterjorament fil-premessi li ġejjin. L-importazzjonijiet minn disa’ pajjiżi oħra jammontaw għal sehem tas-suq totali ta’ madwar 2 % biss u mhumiex eżaminati ulterjorament.

(102)

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 2,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (minn 0,2 % għal 2,6 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet li kienu iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u wkoll iżjed baxxi mill-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja.

(103)

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja żdied b’4,2 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (minn 1,9 % għal 6,1 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet li kienu kemxejn iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, iżda ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja.

(104)

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun naqas b’0,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (minn 2,0 % għal 1,6 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu simili għal, jew iżjed minn, dawk tal-industrija tal-Unjoni u ogħla wkoll minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja.

(105)

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Messiku żdied b’punt perċentwal (1,0) matul il-perjodu kkunsidrat (minn 0,9 % għal 1,9 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u ogħla wkoll minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja.

(106)

Bħala konklużjoni, ma jistax jiġi eskluż li l-iżvilupp tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mir-Russja setgħu kkontribwew sa ċertu punt għad-deterjorazzjoni tas-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, minħabba n-natura ġenerali tad-dejta disponibbli mill-istatistika tal-importazzjoni, li ma tippermettix tqabbil tal-prezzijiet skont it-tip ta’ prodott, kif kien possibbli għall-Indja abbażi tal-informazzjoni dettaljata provduta mill-produttur esportatur, l-impatt tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u r-Russja ma jistax jiġi stabbilit b’ċertezza.

Tabella 15

 

2006

2007

2008

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati)

11 289

11 243

19 158

18 443

Indiċi (2006 = 100)

100

100

170

163

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

6,6  %

6,6  %

11,3  %

14,4  %

Prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (EUR/tunnellata)

2 467

3 020

3 403

3 508

Indiċi (2006 = 100)

100

122

138

142

 

2006

2007

2008

PIR

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ(tunnellati)

421

659

2 828

3 380

Indiċi (2006 = 100)

100

157

672

804

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

0,2  %

0,4  %

1,7  %

2,6  %

Prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/tunnellati)

1 983

2 272

2 818

2 969

Indiċi (2006 = 100)

100

115

142

150

 

2006

2007

2008

PIR

Volum tal-importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati)

3 196

2 887

8 441

7 821

Indiċi (2006 = 100)

100

90

264

245

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja

1,9  %

1,7  %

5,0  %

6,1  %

Prezz tal-importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata)

2 379

2 969

3 323

3 447

Indiċi (2006 = 100)

100

125

140

145

 

2006

2007

2008

PIR

Volum tal-importazzjonijiet mill-Ġappun (tunnellati)

3 391

2 223

3 731

2 090

Indiċi (2006 = 100)

100

66

110

62

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun

2,0  %

1,3  %

2,2  %

1,6  %

Prezz tal-importazzjonijiet mill-Ġappun (EUR/tunnellata)

2 566

3 131

3 474

3 590

Indiċi (2006 = 100)

100

122

135

140

 

2006

2007

2008

PIR

Volum tal-importazzjonijiet mill-Messiku (tunnellati)

1 478

2 187

2 115

2 465

Indiċi (2006 = 100)

100

148

143

167

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Messiku

0,9  %

1,3  %

1,2  %

1,9  %

Prezz tal-importazzjonijiet mill-Messiku (EUR/tunnellata)

2 634

3 629

4 510

4 554

Indiċi (2006 = 100)

100

138

171

173

6.   Konklużjoni

(107)

Kif inhu indikat fil-premessa (75), il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat aktar milli rdoppja bejn l-2006 u l-PIR. Minħabba li l-konsum naqas bi kważi 25 % matul l-istess perjodu, dan irriżulta f’żieda drastika fis-sehem tas-suq f’idejn l-esportaturi Indjani minn madwar 1,5 % fl-2006 għal madwar 5 % matul il-PIR. Filwaqt li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn l-Unjoni żdied b’mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-prezzijiet tas-suq ġeneralment għoljin, dawn xorta waħda kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(108)

Bejn l-2006 u l-PIR, u minkejja l-eżistenza tal-miżuri anti-dumping u kompensatorji, numru ta’ indikaturi importanti żviluppaw negattivament: il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ naqsu b’29 % u 39 % rispettivament, l-użu tal-kapaċità niżel bi 28 % u ġie segwit bi tnaqqis fil-livelli tal-impjiegi u tal-produttività. Għalkemm uħud minn dawn l-iżviluppi negattivi jistgħu jiġu spjegati mit-tnaqqis b’saħħtu fil-konsum, li waqa’ bi kważi 25 % matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis b’saħħtu fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni (li niżel bi 15,9 punti perċentwali bejn l-2006 u l-PIR) għandu jiġi interpretat ukoll fid-dawl taż-żieda kostanti fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(109)

Fir-rigward tal-livell relattivament għoli tal-qligħ matul il-PIR, dan seħħ l-aktar minħabba l-livell għoli kontinwu tal-prezzijiet, u għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (88). Ġie konkluż li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat kumplessivament matul il-perjodu kkunsidrat u li l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni fraġli fl-aħħar tal-PIR, minkejja livell relattivament għoli ta’ qligħ f’dak l-istadju, meta l-isforzi tagħha biex iżżomm il-volumi tal-bejgħ u l-livell suffiċjenti tal-prezzijiet, f’sitwazzjoni ta’ domanda dgħajfa, ġew imfixkla bil-preżenza akbar tal-importazzjonijiet sussidjati Indjani.

F.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U RIKORRENZA TAD-DANNU

1.   Rimarki preliminari

(110)

Kif intwera diġà, l-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra biss sa ċertu punt mid-dannu li sofriet. Madankollu, meta l-livelli għoljin tal-konsum tal-Unjoni esperjenzati matul il-maġġoranza tal-perjodu kkunsidrat sparixxew matul l-PIR, l-industrija tal-Unjoni dehret f’sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli u baqgħet esposta għall-effett dannuż tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja. B’mod partikolari, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tkopri ż-żieda fl-ispejjeż kienet dgħajfa fl-aħħar tal-PIR.

2.   Relazzjoni bejn il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi u l-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni

(111)

Instab li l-prezz medju tal-esportazzjoni tal-bejgħ Indjan lil pajjiżi mhux tal-UE kien taħt il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kif ukoll taħt il-prezzijiet fis-suq domestiku. Il-bejgħ tal-esportatur Indjan lill-pajjiżi mhux tal-UE sar fi kwantitajiet sinifikanti, li jammontaw għall-maġġoranza tal-bejgħ tal-esportazzjoni totali tiegħu. Għalhekk, tqies li, kieku kellhom jiskadu l-miżuri, l-esportaturi Indjani kien ikollhom inċentiv biex iċaqalqu kwantitajiet sinifikanti ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn is-suq iżjed attraenti tal-Unjoni, b’livelli ta’ prezzijiet, li, anki kieku kienu ogħla mill-prezzijiet għal pajjiżi terzi, probabbli xorta waħda kienu jkunu iżjed baxxi mil-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni attwali lejn l-Unjoni.

3.   Kapaċità mhux użata u ħażniet fis-suq Indjan

(112)

Il-produttur Indjan li qed jikkoopera kellu kapaċitajiet żejda sinifikanti u kien qed jippjana jżid il-kapaċità tiegħu fl-2010/2011. Għalhekk, il-kapaċità li jżid b’mod sinifikanti l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni teżisti, b’mod partikolari għaliex ma hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni żejda.

(113)

Fil-kummenti tiegħu għall-iżvelar, il-produttur Indjan li kkoopera allega li l-kapaċità żejda tagħha kien prinċipalment minħabba l-kriżi ekonomika u t-tnaqqis relatat fid-domanda. Madankollu, parti sinifikanti ta’ kapaċità żejda tal-kumpanija tista’ tiġi spjegata mill-fatt li l-kumpanija żiedet sostanzjalment il-kapaċità tagħha bejn l-2006 u l-PIR. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-kumpanija ppjanat żieda fil-kapaċità addizzjonali. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat ukoll li hemm produttur Indjan ieħor li ma kkooperax, li għandu kapaċità u utilizzazzjoni simili u reċentement ħabbar ukoll żieda saħansitra aktar sostanzjali fil-kapaċità.

4.   Konklużjoni

(114)

Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat għandhom il-potenzjal li jżidu u/jew jidderieġu mill-ġdid il-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn pajjiżi terzi huma iżjed baxxi minn dawk lejn l-UE. L-investigazzjoni wriet li, abbażi tat-tipi ta’ prodott komparabbli, il-produttur esportatur li qed jikkoopera biegħ il-prodott ikkonċernat bi prezzijiet iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Dawn il-prezzijiet baxxi probabbli jonqsu b’konformità mal-prezzijiet iżjed baxxi li jintalbu lill-bqija tad-dinja. Imġiba tal-prezzijiet bħal din, flimkien mal-kapaċità tal-esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li jwasslu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni, għandu jkollha, fil-probabbiltà kollha, impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(115)

Kif jidher hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli u fraġli. Jekk l-industrija tal-Unjoni kellha tkun esposta għal żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat għal prezzijiet sussidjati, dan x’aktarx li jirriżulta f’deterjorazzjoni tal-bejgħ, tas-sehem tas-suq, u tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif ukoll f’deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha għal-livelli misjuba fl-investigazzjoni oriġinali. Fuq din il-bażi, huwa għalhekk konkluż li r-revoka tal-miżuri x’aktarx li twassal għal’aggravazzjoni tas-sitwazzjoni diġà fraġli, u rikorrenza tad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

G.   INTERESS TAL-UNJONI

1.   Introduzzjoni

(116)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti kompensatorji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni saret abbażi ta’ apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti.

(117)

Ta’ min ifakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata li ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri kompensatorji diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq tal-partijiet ikkonċernati mill-miżuri kompensatorji attwali.

(118)

Abbażi ta’ dan ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ sussidjar dannuż, jeżistux raġunijiet konvinċenti li għandhom iwasslu għall-konklużjoni li mhijiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(119)

L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat bl-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha osservat wara l-impożizzjoni tal-miżuri kompensatorji fl-2004. B’mod partikolari, il-fatt li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-profittabilità tagħha fil-ftit snin qabel il-PIR jikkuntrasta sew mas-sitwazzjoni ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni tilfet f’mod konsistenti s-sehem tas-suq filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu sostanzjalment fis-sehem tas-suq matul il-perjodu kkunsidrat. Mingħajr l-eżistenza tal-miżuri, l-industrija tal-Unjoni probabbli tkun f’sitwazzjoni agħar.

3.   Interess tal-importaturi/utenti

(120)

L-ebda wieħed mid-disa’ importaturi mhux relatati li ġew ikkuntattjati ma kkoopera.

(121)

Sbatax-il utent ressaq u ppreżenta tweġibiet għall-kwestjonarju. Filwaqt li l-maġġoranza tal-utenti ma akkwistawx elettrodi tal-grafita mill-Indja għal ħafna snin, u għalhekk jibqgħu newtrali fir-rigward ta’ kontinwazzjoni possibbli tal-miżuri, sitt utenti, mill-anqas sa ċertu punt, użaw elettrodi Indjani. Erba’ utenti ddikjaraw li kontinwazzjoni tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni. Assoċjazzjoni waħda (Eurofer) opponiet bil-qawwa l-kontinwazzjoni tal-miżuri u ddikjarat li l-miżuri rriżultaw fl-irtirar tal-esportaturi Indjani mis-suq tal-UE. L-assoċjazzjoni tallega li l-kontinwazzjoni ta’ miżuri ttellef il-produtturi tal-azzar fl-iżvilupp ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni biex tkompli jkollha, pożizzjoni dominanti qrib duwopolju. Madankollu, jidher ċar mill-iżvilupp tal-importazzjonijiet Indjani wara l-impożizzjoni tal-miżuri, li l-irtirar daqshekk kbir ma seħħx; minflok l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-elettrodi tal-grafita dejjem aktar qed jidħlu fis-suq tal-Unjoni minn numru ta’ pajjiżi terzi oħra. Fir-rigward tal-qawwa tal-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq, huwa mfakkar li s-sehem tas-suq tagħha naqas bi kważi 16-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (81) hawn fuq). Fl-aħħar nett, din l-assoċjazzjoni ammettiet ukoll li l-elettrodi tal-grafita jirrappreżentaw biss komponent relattivament żgħir tal-ispejjeż totali tal-manifatturi tal-azzar.

(122)

Ta’ min ifakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri m’għandux ikun sinifikanti għall-utenti (10). Minkejja l-eżistenza tal-miżuri għal ħames snin, l-importaturi/utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom, inter alia, mill-Indja. L-ebda indikazzjoni ma tressqet lanqas li kien hemm diffikultajiet fis-sejba ta’ sorsi oħra. Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li, fir-rigward tal-effetti tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, ġie konkluż fl-investigazzjoni oriġinali li, minħabba l-inċidenza negliġibbli tal-ispejjeż tal-elettrodi tal-grafita fuq l-industriji tal-utenti, huwa improbabbli li kwalunkwe żieda fl-ispejjeż ikollha effett sinifikanti fuq l-industrija tal-utenti. L-ebda indikazzjoni tal-kuntrarju ma nstabet wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Għalhekk ġie konkluż li huwa improbabbli li ż-żamma tal-miżuri kompensatorji jkollha effett serju fuq l-importaturi/utenti fl-Unjoni.

4.   Konklużjoni

(123)

Minħabba dak imsemmi hawn fuq, ġie konkuż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri kompensatorji attwali.

H.   MIŻURI KOMPENSATORJI

(124)

Il-partijiet kollha ġew informati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu għas-sottomissjoni tal-kummenti wara dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw kunsiderazzjoni fejn neċessarju.

(125)

Isegwi minn dak imsemmi hawn fuq li, kif previst fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita, li joriġinaw mill-Indja għandhom jinżammu. Ta’ min ifakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji ad valorem.

(126)

Ir-rati tad-dazju kompensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma tistax tibbenefika minn dawn ir-rati u għandha tkun soġġetta għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(127)

Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju kompensatorji individwali (pereżempju wara bidla fl-isem ta’ entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (11) minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija konnessi mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjata ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat b’mod xieraq billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-fran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,65 g/ċm3 jew iżjed u reżistenza elettrika ta’ 6,0 μ.μ.m jew anqas, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u żnienen użati għat-tali elettrodi, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010) kemm jekk huma importati flimkien u kemm jekk joriġinaw separatament mill-Indja.

2.   Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju Definittiv

(%)

Kodiċi TARIC Addizzjonali

Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta – 700016, West Bengal

6,3

A530

HEG Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector-1, Noida – 201301, Uttar Pradesh

7,0

A531

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,2

A999

3.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4.

(3)  ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10.

(4)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24.

(5)  ĠU C 34, 11.2.2009, p. 11.

(6)  ĠU C 224, 17.9.2009, p. 24.

(7)  ĠU C 224, 17.9.2009, p. 20.

(8)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(9)  Ara l-premessa (132) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1008/2004 tad-19 ta’ Mejju 2004 li jimponi dazju kontra s-sussidju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi tal-elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 183, 20.5.2004, p. 35).

(10)  Ara l-premessa (150) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1008/2004 (ĠU L 183, 20.5.2004, p. 35) u l-premessa (30) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4).

(11)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels, Belgium.


Top