EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0063

2008/63/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/231/KE, 2002/255/KE, 2002/272/KE, 2002/371/KE, 2003/200//KE u 2003/287/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6800) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 16, 19.1.2008, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/63(1)/oj

19.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 16/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/231/KE, 2002/255/KE, 2002/272/KE, 2002/371/KE, 2003/200//KE u 2003/287/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6800)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/63/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord ta’ l-Ittikkettjar Ekoloġiku ta’ l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE tat-18 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tar-riġel u li temenda d-Deċiżjoni 1999/179/KE (2) tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2008.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE tal-25 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (3) tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2008.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE tal-25 ta’ Marzu 2002 li tistabilixxi l-kriterji sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes ta’ l-art (4) tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2008.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE tal-15 ta’ Mejju 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili u li temenda d-Deċiżjoni 1999/178/KE (5) tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2008.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/200/KE ta’ l-14 ta’ Frar 2003 li tistabilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal deterġenti tal-londri u li temenda d-Deċiżjoni 1999/476/KE (6) tiskadi fid-29 ta’ Frar 2008.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/287/KE ta’ l-14 ta’ April 2003 li tistabilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ l-akkommodazzjoni turistika (7) tiskadi fit-30 ta’ April 2008.

(7)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet.

(8)

Minħabba l-istadji differenti tal-proċess ta’ reviżjoni għal dawn id-Deċiżjonijiet huwa xieraq li jittawwal il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tad-Deċiżjoni 2002/255/KE u d-Deċiżjoni 2002/371/KE għal perjodu ta’ 12-il xahar, id-Deċiżjoni 2003/287/KE għal perjodu ta’ 18-il xahar, u d-Deċiżjoni 2002/231/KE, d-Deċiżjoni 2002/272/KE u d-Deċiżjoni 2003/200/KE għal perjodu ta’ 24 xahar.

(9)

Peress li l-obbligu ta’ reviżjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jikkonċerna biss il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, huwa xieraq li d-Deċiżjonijiet 2002/231/KE, 2002/255/KE, 2002/272/KE, 2002/371/KE 2003/200/KE u 2003/287/KE jibqgħu fis-seħħ.

(10)

Id-Deċiżjonijiet 2002/231/KE, 2002/255/KE, 2002/272/KE, 2002/371/KE, 2003/200/KE, 2003/287/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/231/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tax-xedd tar-riġel, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Marzu 2010.”

Artikolu 2

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2002/255/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tat-televiżjonijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Marzu 2009.”

Artikolu 3

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2002/272/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-kisi iebes ta’ l-art, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Marzu 2010.”

Artikolu 4

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/371/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-prodotti tessili, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Mejju 2009.”

Artikolu 5

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2003/200/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tad-deterġenti tal-londri, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sat-28 ta’ Frar 2010.”

Artikolu 6

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2003/287/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tas-servizz ta’ l-akkommodazzjoni turistika, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Ottubru 2009.”

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 77, 20.3.2002, p. 50. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/783/KE (ĠU L 295, 11.11.2005, p. 51).

(3)  ĠU L 87, 4.4.2002, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/207/KE (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 16).

(4)  ĠU L 94, 11.4.2002, p. 13. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/783/KE.

(5)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 29. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/207/KE.

(6)  ĠU L 76, 22.3.2003, p. 25.

(7)  ĠU L 102, 24.4.2003, p. 82.


Top