Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0815

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 815/2003 tat-8 ta' Mejju 2003 li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati ta' tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 Diċembru 2004

    ĠU L 116, 13.5.2003, p. 3–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Impliċitament imħassar minn 32003R2331

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/815/oj

    32003R0815



    Official Journal L 116 , 13/05/2003 P. 0003 - 0011


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 815/2003

    tat-8 ta' Mejju 2003

    li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati ta' tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 Diċembru 2004

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 tal-10 ta' Diċembru 2001 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati ta' tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 Diċembru 2004 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(5) u (8) thereof,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Il-preferenzi tat-tariffa msemmija fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandhom jitneħħew fir-rigward ta' prodotti, li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, ta' settur li jkun issodisfa, matul tlett snin konsekuttivi, xi wieħed miż-żewġ kriterji preskritti f'dak ir-Regolament.

    (2) Il-preferenzi tat-tariffi li kienu tneħħew taħt skemi ta' qabel, għandhom ikunu stabbiliti mill-ġdid fir-rigward ta' settur li ma ikunx issodisfa, għal tlett snin konsekuttivi, il-kriterji msemmija f'dak ir-Regolament.

    (3) L-istatistika l-aktar reċenti u kompleta disponibbli biex tistabbilixxi liema setturi jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2501/2001 hija dik għas-snin 1997 sa 1999.

    (4) Id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun iffissata biex tagħti kont tal-ħtieġa biex l-operaturi ekonomiċi jadattaw għad-dazji doganali l-ġodda hekk stabbiliti.

    (5) L-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandu jiġi sostitwit sabiex jirrifletti t-tneħħija jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-preferenzi tat-tariffa li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 7 u 10,

    (6) Il-kondizzjoni fl-Artikolu 12(8) tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001, li biha t-tneħħija tal-preferenzi tat-tariffa ma japplikawx fil-każi fejn pajjiż benefiċjarju jitfaċċa tnaqqis ta' l-anqas ta' 3 % tal-prodott gross domestiku reali tiegħu, ġiet sodisfatta mill-Arġentina, l-Urugwaj u l-Venezwela fir-rigward tal-perjodu l-aktar reċenti ta' 12-il xahar li għalih it-tagħrif huwa disponibbli.

    (7) Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 ma tax opinjoni favur ir-Regolament tal-Kummissjoni propost mibgħut minn dik l-istituzzjoni fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Il-preferenzi tat-tariffa li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandhom jitneħħew b'50 % b'effett mill-1 ta' Novembru 2003 u b'100 % b'effett mill-1 ta' Mejju 2004, fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji elenkati fl-Anness I li jinsab ma' dan ir-Regolament, li jaqgħu taħt is-setturi msemmija f'dak l-Anness biswit kull pajjiż konċernat.

    2. Il-preferenzi tat-tariffa li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandhom jiġu stabbiliti mill-ġdid b'effett mill-1 ta' Jannar 2003 fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji elenkati fl-Anness II li jinsab ma' dan ir-Regolament, li jaqgħu taħt is-setturi msemmija f'dak l-Anness biswit kull pajjiż konċernat.

    3. L-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandu jiġi sostitwit bl-Anness III li jinsab ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Mejju 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Chrisochoïdis

    [1] ĠU L 346, tal-31.12.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Is-Setturi li rigward tagħhom għandhom jiġu mneħħija l-preferenzi tat-tariffi

    Il-Kodiċi tal-Pajjiż | Il-Pajjiż benefiċjarju | Is-Settur | Id-Deskrizzjoni |

    BR | Il-Brażil | XIX | L-Injam |

    NK | Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | III. | Il-Prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali |

    XVI | Il-Plastik u l-lastiku |

    XX | Il-Karta |

    XXVIII | L-Elettro-mekkanika |

    XXIX | L-Elettronika tal-konsumatur |

    XXXII | L-Oġġetti ottiċi u l-arloġġi |

    CO | Il-Kolombja | V | Is-Siġar, il-pjanti, il-fjuri maqtugħa, il-ħxejjex u l-ġewż li jittieklu |

    CR | Il-Costa Rica | V | Is-Siġar, il-pjanti, il-fjuri maqtugħa, il-ħxejjex ta' l-ikel u l-ġewż li jittieklu |

    KW | Il-Kuwajt | XIII | Il-Prodotti minerali |

    MA | Il-Marokk | XV | Il-Fertilizzanti |

    MU | Il-Mawrizju | XXII | L-Ilbies |

    MX | Il-Messiku | XI | It-Tħejjijiet li jittieklu tal-laħam jew tal-ħut u x-xorb |

    XIV | Il-Kimiċi għajr il-fertilizzanti |

    XXIV | L-Oġġetti tal-Ħġieġ u taċ-ċeramika |

    TH | It-Tajlandja | XXIX | L-Elettronika tal-konsumatur |

    TN | It-Tuniżija | XV | Il-Fertilizzanti |

    XXII | L-Ilbies |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Is-Setturi li rigward tagħhom il-preferenzi tat-tariffi għandhom jiġu stabbiliti mill-ġdid

    Il-Kodiċi tal-Pajjiż | Il-Pajjiż benefiċjarju | Is-Settur | Id-Deskrizzjoni |

    AR | L-Argentina | III. | Il-Prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali |

    XI | It-Tħejjijiet li jittieklu u x-xorb |

    BR | Il-Brażil | XXX | It-Tagħmir tat-transport |

    CL | Iċ-Ċilí | IX | Il-Gommalakka, il-gomma u r-reżini |

    XV | Il-Fertilizzanti |

    KZ | Il-Kazakhstan | XV | Il-Fertilizzanti |

    XXV | Il-Ġojjellerija u l-metalli prezzjużi |

    XXVII | Il-Metalli ta' prezz baxx u l-oġġetti tal-metall ta' prezz baxx, għajr il-prodotti tas-settur |

    MX | Il-Messiku | III. | Il-Prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali |

    V | Is-siġar, il-pjanti, il-fjuri maqtugħa, il-ħxejjex u l-ġewż li jittieklu |

    MY | Malasja | VII | Iċ-Ċereali u l-maltu u l-lamti |

    XXII | L-Ilbies |

    RU | Il-Federazzjoni Russa | XXVII | Il-Metalli ta' prezz baxx u l-oġġetti tal-metall ta' prezz baxx, għajr il-prodotti tas-settur XXVI |

    TH | It-Tajlandja | V | Is-Siġar, il-pjanti, il-fjuri maqtugħa, il-ħxejjex u l-ġewż li jittieklu |

    XXII | L-Ilbies |

    XXXIII | Mixxellanji |

    --------------------------------------------------

    ANNEX III

    "

    ANNESS I

    Il-Pajjiżi u t-territorji benefiċjarji ta' l-iskema Komunitarja tal-preferenzi ġġeneralizzati tat-tariffi

    Kolonna A : il-Kodiċi skond in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistka tal-kummerċ barrani tal-Komunità

    Kolonna B : l-Isem tal-Pajjiż

    Kolonna Ċ : is-Setturi mhux inklużi fl-arranġamenti ġenerali għall-pajjiż benefiċjarju interessat (l-Artikolu 7(7))

    Kolonna D : is-Setturi li rigward tagħhom tneħħew il-preferenzi tat-tariffi għall-pajjiż benefiċjarju interessat (l-Artikolu 7(8) u l-Artikolu 10(3))

    Kolonna E : il-Pajjiżi inklużi fl-arranġamenti speċjali ta' l-inċentivi għall-protezzjoni tad-drittijiet għax-xogħol (it-Taqsima 1 tat-Ttitolu III)

    Kolonna F : is-Setturi inklużi f'dawn l-arranġamenti għall-pajjiż benefiċjarju interessat (l-Artikolu 8(1) u (2))

    Kolonna G : il-Pajjiżi inklużi fl-arranġamenti speċjali ta' l-inċentivi għall-protezzjoni ta' l-ambjent (it-Taqsima 2 tat-Titolu III)

    Kolonna H : il-Pajjiżi inklużi fl-arranġamenti speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (l-Artikolu 9)

    Kolonna I : il-Pajjiżi inklużi fl-arranġamenti speċjali għalbiex jiġu kkumbattuti l-produzzjoni u t-traffikar tad-drogi (it-Titolu IV)

    A | B | Ċ | D | E | F | G | H | I |

    AE | L-Emirati Għarab Magħquda | | | | | | | |

    AF | L-Afganistan | | | | | | X | |

    AG | L-Antigua u Barbuda | | | | | | | |

    AI | L-Anguilla | | | | | | | |

    AM | L-Armenja | II, XXVI | | | | | | |

    AN | L-Antilli Olandiżi | | | | | | | |

    AO | L-Angola | | | | | | X | |

    AQ | L-Antarktika | | | | | | | |

    AR | L-Argentina | | I, XVII | | | | | |

    AS | Is-Samoa Amerikana | | | | | | | |

    AW | L-Aruba | | | | | | | |

    AZ | L-Ażerbajġan | II, XXVI | | | | | | |

    BB | Il-Barbados | | | | | | | |

    BD | Il-Bangladesh | | | | | | X | |

    BF | Il-Burkina Faso | | | | | | X | |

    BH | Il-Bahrejn | | | | | | | |

    BI | Il-Burundi | | | | | | X | |

    BJ | Il-Benin | | | | | | X | |

    BM | Il-Bermuda | | | | | | | |

    BN | Il-Brunei Darussalam | | XXV | | | | | |

    BO | Il-Bolivja | | | | | | | X |

    BR | Il-Brażil | | I, VI, IX, XI, XII, XVII, XIX, XX, XXIII, XXVI | | | | | |

    BS | Il-Bahamas | | | | | | | |

    BT | Il-Bhutan | | | | | | X | |

    BV | Il-Gżira Bouvet | | | | | | | |

    BW | Il-Botswana | | | | | | | |

    BY | Il-Belarus | II, XXVI | XV | | | | | |

    BZ | Il-Belize | | | | | | | |

    CC | Il-Gżejjer Cocos (jew il-Gżejjer Keeling) | | | | | | | |

    CD | Ir-Repubblika Demokratika tal-Congo | | | | | | X | |

    CF | Ir-Repubblika ta' l-Afrika Ċentrali | | | | | | X | |

    CG | Il-Congo | | | | | | | |

    CI | Il-Kosta ta' l-Avorju | | | | | | | |

    CK | Il-Gżejjer Cook | | | | | | | |

    CL | Iċ-Ċilì | | V | | | | | |

    CM | Il-Kamerun | | | | | | | |

    CN | Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | XXVI | III, IV, VIII, XIV, XVI, XVIII, XX, XXII, XXIII, XXIV, XXVII, XXVIII, XXIX, XXXII, XXXIII | | | | | |

    CO | Il-Kolombja | | V | | | | | X |

    CR | Il-Kosta Rika | | V | | | | | X |

    CU | Il-Kuba | | | | | | | |

    CV | Il-Cape Verde | | | | | | X | |

    CX | Il-Gżejjer Christmas | | | | | | | |

    CY | Ċipru | | | | | | | |

    DJ | Ġibuti | | | | | | X | |

    DM | Dominika | | | | | | | |

    DO | Ir-Repubblika Dominikana | | | | | | | |

    DZ | L-Algerija | | | | | | | |

    EC | L-Ekwador | | | | | | | X |

    EG | L-Eġittu | | | | | | | |

    ER | L-Eritrea | | | | | | X | |

    ET | L-Etjopja | | | | | | X | |

    FJ | Il-Gżejjer Fiji | | | | | | | |

    FK | Il-Gżejjer Falkland | | | | | | | |

    FM | L-Istati Federati tal-Mikronesja | | | | | | | |

    GA | Il-Gabon | | | | | | | |

    GD | Il-Grenada | | | | | | | |

    GE | Il-Ġeorġia | II, XXVI | | | | | | |

    GH | Il-Ghana | | | | | | | |

    GI | Ġibiltà | | | | | | | |

    GL | Greenland | II | | | | | | |

    GM | Il-Gambia | | | | | | X | |

    GN | Il-Ginea | | | | | | X | |

    GQ | Il-Ginea Ekwatorjali | | | | | | X | |

    GS | Il-Georgia ta' Isfel u l-Gżejjer Sandwich ta' Isfel | | | | | | | |

    GT | Il-Gwatemala | | | | | | | X |

    GU | Il-Guam | | | | | | | |

    GW | Il-Ginea- Bissau | | | | | | X | |

    GY | Il-Gujana | | | | | | | |

    HM | Il-Gżira Heard u l-Gżejjer McDonald | | | | | | | |

    HN | Il-Ħonduras | | | | | | | X |

    HT | Ħaiti | | | | | | X | |

    ID | L-Indonesja | | X, XIX, XXIII | | | | | |

    IN | L-Indja | | XVII, XVIII, XXI | | | | | |

    IO | It-Territorju Britanniku ta' l-Oċejan Indjan | | | | | | | |

    IQ | L-Iraq | | | | | | | |

    IR | L-Iran (ir-Repubblika Islamika ta') | | | | | | | |

    JM | Il-Ġamajka | | | | | | | |

    JO | Il-Ġordan | | | | | | | |

    KE | Il-Kenya | | | | | | | |

    KG | Il-Kyrgyzstan | II, XXVI | | | | | | |

    KH | Il-Kambodja | | | | | | X | |

    KI | Il-Kiribati | | | | | | X | |

    KM | Il-Komoros | | | | | | X | |

    KN | Saint Kitts u Nevis | | | | | | | |

    KW | Il-Kuwajt | | XIII | | | | | |

    KY | Il-Gżejjer Cayman | | | | | | | |

    KZ | Il-Kazakhstan | II, XXVI | | | | | | |

    LA | Ir-Repubblika Demokratika Popolari ta' Lao | | | | | | X | |

    LB | Il-Libanu | | | | | | | |

    LC | St Lucia | | | | | | | |

    LK | Srí Lanka | | | | | | | |

    LR | Il-Liberja | | | | | | X | |

    LS | Il-Lesoto | | | | | | X | |

    LY | Il-Libja | | XIII | | | | | |

    MA | Il-Marokk | | XV | | | | | |

    MD | Il-Moldova (Ir-Repubblika ta') | II, XXVI | | X | All except II and XXVI | | | |

    MG | Il-Madagaskar | | | | | | X | |

    MH | Il-Gżejjer Marshall | | | | | | | |

    ML | Il-Mali | | | | | | X | |

    MM | Il-Myanmar | | | | | | X | |

    MN | Il-Mongolja | | | | | | | |

    MO | Il-Macao | | XXII | | | | | |

    MP | Il-Gżejjer Mariana tat-Tranuntana | | | | | | | |

    MR | Il-Mawritanja | | | | | | X | |

    MS | Montserrat | | | | | | | |

    MU | Il-Mawrizju | | XXII | | | | | |

    MV | Il-Gżejjer Maldivi | | | | | | X | |

    MW | Il-Malawi | | | | | | X | |

    MX | Il-Messiku | | XI, XIV, XXIV, XXVI | | | | | |

    MY | Il-Malasja | | X, XVI, XIX, XXIX | | | | | |

    MZ | Il-Mozambique | | | | | | X | |

    NA | In-Namibja | | | | | | | |

    NC | Il-Kaledonja l-Ġdida | | | | | | | |

    NE | In-Niġer | | | | | | X | |

    NF | Il-Gżira Norfolk | | | | | | | |

    NG | In-Niġerja | | | | | | | |

    NI | In-Nikaragwa | | | | | | | X |

    NP | In-Nepal | | | | | | X | |

    NR | Nauru | | | | | | | |

    NU | Il-Gżira Niue | | | | | | | |

    OM | L-Oman | | | | | | | |

    PA | Il-Panama | | | | | | | X |

    PE | Il-Perù | | | | | | | X |

    PF | Il-Polinesja Franċiża | | | | | | | |

    PG | Il-Papua New Guinea | | | | | | | |

    PH | Il-Filippini | | X | | | | | |

    PK | Il-Pakistan | | XVII, XVIII, XXI | | | | | X |

    PM | St Pierre u Miquelon | | | | | | | |

    PN | Pitcairn | | | | | | | |

    PW | Palau | | | | | | | |

    PY | Il-Paragwaj | | | | | | | |

    QA | Il-Qatar | | | | | | | |

    RU | Il-Federazzjoni Russa | II, XXVI | XIII, XV | | | | | |

    RW | Ir-Rwanda | | | | | | X | |

    SA | L-Għarabja Sawdija | | XIII | | | | | |

    SB | Il-Gżejjer Solomon | | | | | | X | |

    SC | Is-Seychelles | | | | | | | |

    SD | Is-Sudan | | | | | | X | |

    SH | Santa Helena | | | | | | | |

    SL | Sierra Leone | | | | | | X | |

    SN | Is-Senegal | | | | | | X | |

    SO | Is-Somalja | | | | | | X | |

    SR | Is-Suriname | | | | | | | |

    ST | São Tomé u Principe | | | | | | X | |

    SV | El Salvador | | | | | | | X |

    SY | Ir-Repubblika Għarbija Sirjana | | | | | | | |

    SZ | Is-Swaziland | | | | | | | |

    TC | Il-Gżejjer Turks u Caicos | | | | | | | |

    TD | Iċ-Ċad | | | | | | X | |

    TF | It-Territorji Franċiżi tan-Nofs in-nhar | | | | | | | |

    TG | It-Togo | | | | | | X | |

    TH | It-Tajlandja | | II, XI, XVI, XVIII, XXIII, XXV, XXIX | | | | | |

    TJ | It-Taġikistan | II, XXVI | | | | | | |

    TK | Il-Gżejjer Tokelau | | | | | | | |

    TM | It-Turkmenistan | II, XXVI | | | | | | |

    TN | It-Tunisija | | XV, XXII | | | | | |

    TO | Tonga | | | | | | | |

    TP | It-Timor tal-Lvant | | | | | | | |

    TT | Trinidad u Tobago | | | | | | | |

    TV | Tuvalu | | | | | | X | |

    TZ | It-Tanzanja (ir-Repubblika Unita ta') | | | | | | X | |

    UA | L-Ukrajna | II, XXVI | VIII, XV | | | | | |

    UG | L-Uganda | | | | | | X | |

    UM | Il-Gżejjer minuri 'l barra mill-Istati Uniti | | | | | | | |

    UY | L-Urugwaj | | I | | | | | |

    UZ | L-Użbekistan | II, XXVI | | | | | | |

    VC | Saint Vincent u l-Grenadine tat-Tramuntana | | | | | | | |

    VE | Il-Venezwela | | | | | | | X |

    VG | Il-Gżejjer Virgin (USA) | | | | | | | |

    VI | Il-Gżejjer Virgin (USA) | | | | | | | |

    VN | Il-Vjet Nam | | | | | | | |

    VU | Vanuatu | | | | | | X | |

    WF | Wallis u Futuna | | | | | | | |

    WS | Samoa | | | | | | X | |

    YE | Il-Yemen | | | | | | X | |

    YT | Mayotte | | | | | | | |

    ZA | L-Afrika ta' Isfel | XXVI | | | | | | |

    ZM | Iż-Żambja | | | | | | X | |

    ZW | Iż-Żimbabwe | | | | | | | |

    "

    --------------------------------------------------

    Top