EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0399

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħatra tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2006

ĠU L 139, 6.6.2003, p. 32–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/399/oj

32003D0399



Official Journal L 139 , 06/06/2003 P. 0032 - 0032


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-6 ta’ Mejju 2003

dwar il-ħatra tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2006

(2003/399/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra Deċiżjoni Numru 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 [1], partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord ta’ Selezzjoni rċevut mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fl-1 ta’ Ottubru 2002,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Belt ta’ Patras għandha tiġi nominata bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2006.

Artikolu 2

Il-Belt ta’ Patras għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tassigura l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-Artikolu 1 u 5 tad-Deċizjoni Numru 1419/1999/KE.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Efthymiou

[1] ĠU L 166, ta’ l-1.7.1999, p.1

--------------------------------------------------

Top