EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1655

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2001 ta’ l-14 ta’ Awissu, 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000, li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi ta’ pratika u proċessi enoloġiċi tal-Komunità

ĠU L 220, 15.8.2001, p. 17–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1655/oj

32001R1655



Official Journal L 220 , 15/08/2001 P. 0017 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2001

ta’ l-14 ta’ Awissu, 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000, li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi ta’ pratika u proċessi enoloġiċi tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju, 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 46 tiegħu,

Billi:

(1) Il-punt A(3) ta’ l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jippermetti li jiżdiedu l-livelli massimi permissibbli ta’ dijossidu sulfuriku fl-inbid fejn il-kondizzjonijiet tat-temp jagħmlu dan neċessarju.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1609/2001 [4], jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999, partikolarment dwar il-livelli massimi totali ta’ dijossidu sulfuriku.

(3) Bl-ittra tal-21 ta’ Mejju, 2001, il-Gvern Ġermaniż talab li jkun awtorizzat li jżid il-kontenut massimu permissibbli ta’ dijossidu sulfuriku totali fl-inbid, li huwa stabbilit bħala anqas minn 300 milligramma kull litru, b’masismu ta’ 40 milligramma kull litru għal inbid magħmul fil-Ġermanja mill-annata ta’ l-2000, wara li kien hemm kondizzjonijiet tat-temp tassew ħżiena. Dik it-talba għandha tkun milqugħa.

(4) Din il-miżura temporanja hija l-unika għażla disponibbli li tassigura li l-annata tas-sena 2000 ma titħassarx u tkun tista’ għalhekk tintuża għal inbejjed magħmulin fil-Ġermanja.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu għalhekk jiġi emendat biex jippermetti żieda fil-livell massimu totali ta’ dijossidu sulfuriku ta’ nbejjed magħmulin fil-Ġermanja mill-annata ta’ l-2000.

(6) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid ma tax opinjoni fiż-żmien mogħti lilu mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 huwa b’dan emendat skond kif ġej:

1. Il-paragrafu 4 li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 19:

"4. Il-każijiet li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, minħabba kondizzjonijiet tat-temp, għal ċerti nbejjed magħmulin f’ċerti żoni fejn jikber l-għeneb fit-territorju tagħhom, li l-kontenut massimu totali ta’ dijossidu sulfuriku ta’ l-inbid, li huwa stabbilit bħala anqas minn 300 milligramma għal kull litru fil-punt A ta’ l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jiżdied b’massimu ta’ 40 milligramma kull litru, skond il-lista murija fl-Anness XIIa tiegħu."

2. L-Anness XIIa, li t-test tiegħu jinsab stampat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 14 ta’ Awissu, 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2.

[3] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p. 1.

[4] ĠU L 212, tas-7.8.2001, p. 9.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

“L-ANNESS XII a

Żjieda fil-kontenut massimu totali tad-dijossidu-sulfuriku fejn il-kondizzjonijiet tat-temp jagħmlu dan neċessarju

(L-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament)

| Sena | Stat Membru | żona(i) fejn jikber l-inbid | Inbejjed in kwistjoni |

1. | 2000 | Ġermanja | Iż-żoni kollha fejn jikber l-inbid fil-Ġermanja | L-inbejjed kollha magħmulin mill-għeneb maqtugħ fis-sena 2000 |

"

--------------------------------------------------

Top