EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0282

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 282/96 ta’ l-14 ta’ Frar 1996 li jemenda l-Annessi I, II u III għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għat twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimaliTest b’rilevanza ŻEE

ĠU L 37, 15.2.1996, p. 12–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/282/oj

31996R0282



Official Journal L 037 , 15/02/1996 P. 0012 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 282/96

ta’ l-14 ta’ Frar 1996

li jemenda l-Annessi I, II u III għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għat twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għat twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 281/96 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan,

Billi, b’mod konformi ma Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimu ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat teħid minn annimali li jipproduċu l-ikel;

Billi limiti massimu ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara l-eżami fil-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur fuq oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-prodotti ta’ l-ikel.

Billi, fit-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fuq oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali fejn residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jistgħu ikunu preżenti f’ kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-kontroll ta’ residwi (residwu markatur);

Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti ta’ residwu massimi għandhom ġenerlament jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi;

Billi, madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija minn karkassi li jispustaw fil-kummerċ internazzjonali, u limiti massimu ta’ residwu għandhom għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għall-tessuti ta’ muskolu jew grass;

Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti ta’ residwu massimu jridu jridu jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

Billi cefquinome għandu jiġi mdaħħal f’L-Anness I għal Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi buserelin, ketoprofen, kaffeina, theophylline u teobromine għandhom jiġu mdaħħla f’L-Anness I lill-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi, sabiex tippermetti għat-tlestija ta’ l-istudji xjentifiċi, josamycin, decoquinate u colistin għandhom jiġu mdaħħla f’L-Annessi III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi kull perijodu ta’ 60 jum għandu jkun permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull aġġustament li jista’ jkun meħtieġ għall-awtroiżżazzjonijiet li ġew mogħtija b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed akkont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biex jitqegħdu fis-suq il-prodotti mediċinali veterinarji konċernati;

Billi l-miżuri li għalihom hemm iprovdut f’dan ir-Regolament huma skond il-fehmiet tal-Kumitat Permanenti fuq prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Annessi I, II u III għal Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma b’dan emendati kif stabbilit fl-Anness hawnhekk.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-60 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament ġħandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Frar 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] Ara paġna 9 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. L-Anness I hu emendat kif ġej:

1. Aġenti anti-infettivi

1.2. Antibijotiċi

1.2.2. Ċeflasporins

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra |

1.2.2.1.Cefquinome | Cefquinome | Bovini | 20µg/kg | Ħalib" | |

B. L-Anness II, (2. Komposti organiċi’) hu emendat kif ġej:

2. Kimiki organiċi

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Speċi tal-annimal | Dispożizzjonijiet oħra |

2.29.Buserelin | Kull speċi li jipproduċi l-ikel | |

2.30.Ketoprofen | Bovini, żwiemel | |

2.31.Kaffeina | Kull speċi li jipproduċi l-ikel | |

2.32.Theophylline | Kull speċi li jipproduċi l-ikel | |

2.33.Theobromine | Kull speċi li jipproduċi l-ikel" | |

Ċ. L-Anness III hu emendat kif ġej:

1. Aġenti anti-infettivi

1.2. Antibijotiċi

1.2.2. Makrolidi

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra |

1.2.2.4Josamycin | Josamycin | Tiġieġ | 400µg/kg | Kliewi | LMR proviżorji jiskadu fl-1ta' Lulju 2000 |

200µg/kg | Fwied, muskolu, grass |

200µg/kg | Bajd" |

1.2.6. Kwinoloni

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra |

1.2.6.2.Decoquinate | Decoquinate | Bovini, ovini | 500µg/kg | Muskolu, fwied. Kliewi, grass | LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Lulju 2000" |

1.2.8. Polimyxins

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra |

1.2.8.1.Colistin | Colistin | Bovini, ovini, qżieqez, tiġieġ, fniek | 200µg/kg | Kliewi | LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Lulju 2000 |

150µg/kg | Fwied, muskolu, grass |

Bovini, ovini | 50µg/kg | Ħalib |

Tiġieġ | 300µg/kg | Bajd" |

--------------------------------------------------

Top