Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988L0490

    Id-Direttiva Tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 1987 fuq l-għaxar adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi

    ĠU L 259, 19.9.1988, p. 1–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/490/oj

    31988L0490



    Official Journal L 259 , 19/09/1988 P. 0001 - 0024
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0003


    Id-Direttiva Tal-Kummissjoni

    tat-22 ta’ Lulju 1987

    fuq l-għaxar adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi

    (87/432/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Dierttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 86/431/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 19 tagħha,

    Billi l-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE għandu lista ta’ sustanzi perikolużi, flimkien ma’ dettalji tal-proċeduri ta’ klassifikazzjoni u tikkettjar fir-rigward ta’ kull sustanza; billi l-eżami tal-lista wera li għandha bżonn tkun adattata fid-dawl ta’ l-għarfien preżenti xjentifiku u tekniku;

    Billi l-Anness VI, D, tad-Direttiva 67/548/KEE għandu gwida għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi; billi jeħtieġ li jkunu kkoreġuti f’dan l-Anness il-kriterji għall-għażla ta’ ċerta frażi ta’ parir fuq is-sigurtà (frażi S) fil-lingwa Franċiża;

    Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-Tneħħija ta’ Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ f’Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 67/548/KEE hija emendata kif ġej:

    1. L-Anness I (lista ta’ sustanzi perikolużi):

    1.1. In-Nota F li ġejja hija miżjuda wara n-Nota E fid-daħla ta’ l-Anness I:

    "Nota F

    Din is-sustanza jista’ jkun fiha stabiliżżatur. Jekk l-istabiliżżatur jbiddel il-karatteristiċi perikolużi tas-sustanza kif indikat mit-tikketaa fl-Anness I tikketta għandha tkun provduta skond ir-regoli għall-ittikkettjar tal-preparazzjonijiet perikolużi."

    1.2. L-indikazzjoni, in-numru SAK, il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tas-sustanzi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva jibdlu dawk fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE bl-istess numru KEE.

    1.3. Is-sustanzi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Direttiva huma miżjuda ma’ l-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.

    2. L-Anness VI, D (gwida għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi):

    Fil-lingwa Franċiża fil-Kapitolu 4 (għażla tal-frażijiet ta’ sigurtà), S16 (Tenir à l’écart de toute source d’ignition - ne pas fumer), taħt l-inċiż ′applicabilité’, is-sentenza ′substances et préparations susceptibles de réagir ou de se décomposer spontanément sous l’effet de la chaleur’ għandha tinbidel bi ′Liquides et gaz extrêmement inflammables ou facilement inflammables.’

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta’ Jannar 1990 id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

    Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1990.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 1988.

    Għall-Kummissjoni

    Stanley Clinton Davis

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1.

    [2] ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 10.

    --------------------------------------------------

    ANEXO I - BILAG I - ANHANG I - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ I - ANNEX I - ANNEXE I - ALLEGATO I - BIJLAGE I - ANEXO I - L-ANNESS I

    L-emendi għall-Anness I mhumiex riprodotti billi l-Anness kien sostitwit bid-Direttiva 1993/72/KEE, ĠU L 258., ta’ l-1.10.1993.

    --------------------------------------------------

    ANEXO II - BILAG II - ANHANG II - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ II - ANNEX II - ANNEXE II - ALLEGATO II - BIJLAGE II - ANEXO II - L-ANNESS II

    L-emendi għall-Anness II mhumiex riprodotti billi l-Anness kien sostitwit bid-Direttiva 1993/72/KEE, ĠU L 258., ta’ l-1.10.1993.

    --------------------------------------------------

    Top