EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0181

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 181/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 341, 13.12.2012, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/181/oj

13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 181/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2011/83/UE tirrevoka, b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2014, id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE (2) u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li huma inkorportati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement ser jiġu rrevokati skont il-Ftehim ŻEE b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2014.

(3)

L-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7h (Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“7i.

32011 L 0083: id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).”

2.

Dan li ġej ser jiżdied fil-punti 7a (id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE) u 7e (id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendant minn:

32011 L 0083: id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).”

3.

It-test tal-punti 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE) u 3a (id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ser jitħassar b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2014.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/83/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

(2)  ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.

(3)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


Top