EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0134

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2010 tal- 10 ta' Diċembru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 85, 31.3.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/134(2)/oj

31.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 134/2010

tal-10 ta' Diċembru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (Riformulata) (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/16/KE tħassar, b'effett mill-1 ta' Jannar 2011, id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u din għalhekk għandha tiġi mħassra skont l-istess Ftehim b'effett mill-1 ta' Jannar 2011,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt 56b (id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 56aa.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt il-ġdid 56aa (Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE):

“56b.

32009 L 0016: Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (Riformulata) (ĠU L 131, 28.5.2010, p. 57).”

3.

It-test tal-punt 56aa (Direttiva tal-Kunsill Nru 95/21/KE) għandu jiġi mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2011.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/16/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta' Diċembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 81.

(2)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57.

(3)  ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top