EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0083(01)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness XI (Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 280, 23.10.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/83(2)/oj

23.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 280/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 83/2008

ta' l-4 ta' Lulju 2008

li temenda l-Anness XI (Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/698/KE tad-29 ta' Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/116/KE rigward l-introduzzjoni ta' numri riżervati addizzjonali li jibdew bil-116 (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5cx (id-Direttiva tal-Kunsill 2007/116/KE) fl-Anness XI mal-Ftehim:

“, kif emendat b'li ġej:

32007 D 0698: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/698/KE tad-29 ta' Ottubru 2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/698/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 30.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2007, p. 31.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top