EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0079

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 280, 23.10.2008, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/79(2)/oj

23.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 280/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 79/2008

ta' l-4 ta' Lulju 2008

li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-valutazzjoni prudenzjali ta' akkwiżizzjonijiet u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud fil-punti 7a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE), 11 (id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31ba (id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 L 0044: Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).”

(2)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 7b (id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat b'li ġej:

32007 L 0044: Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).”

(3)

Il-Punt 7a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE) għandu jkun emendat kif ġej:

(i)

L-adattament attwali (a) għandu jkun innumerat mill-ġdid bħala adattament (b).

(ii)

L-adattament li ġej għandu jiġi inkluż wara l-adattament il-ġdid (b):

“(a)

L-Artikoli 15, 15a, 15b u 15c dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta' xerrej propost m'għandhomx japplikaw meta x-xerrej propost, kif definit fid-Direttiva, qiegħed jew huwa rregolat barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.”

(4)

Il-punt 7b (id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

L-adattament attwali għandu jiġi nnumerat bħala adattament (b):

(ii)

L-adattament li ġej għandu jiġi inkluż wara l-adattament il-ġdid (b):

“(a)

L-Artikoli 19, 19a, u 20 dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta' xerrej propost m'għandhomx japplikaw meta x-xerrej propost, kif definit fid-Direttiva, qiegħed jew huwa rregolat barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.”

(5)

Il-punt 11 (id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

L-adattamenti attwali (b), (c) u (d) għandhom ikunu nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti (c), (d) u (e).

(ii)

L-adattament li ġej għandu jiġi inkluż wara l-adattament (a):

“(b)

L-Artikoli 15, 15a, 15b u 15c dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta' xerrej propost m'għandhomx japplikaw meta x-xerrej propost, kif definit fid-Direttiva, qiegħed jew huwa rregolat barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.”

(6)

Il-punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

L-adattamenti attwali (c) u (d) għandhom ikunu nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti (d) u (e).

(ii)

L-adattament li ġej għandu jiġi inkluż wara l-adattament (b):

“(c)

L-Artikoli 19, 19a, 19b, 20 u 21(3) dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta' xerrej propost m'għandhomx japplikaw meta x-xerrej propost, kif definit fid-Direttiva, qiegħed jew huwa rregolat barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.”

(7)

Il-punt 31ba (id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

L-adattament attwali għandu jiġi nnumerat bħala adattament (b):

(ii)

L-adattament li ġej għandu jiġi inkluż wara l-adattament il-ġdid (b):

“(a)

L-Artikoli 10, 10a, u 10b dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta' xerrej propost m'għandhomx japplikaw meta x-xerrej propost, kif definit fid-Direttiva, qiegħed jew huwa rregolat barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.”

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2007/44/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta' Lulju 2008, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008, skond liema tkun l-iktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 29.

(2)  ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1.

(*)  Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.


Top