EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007A0825(06)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-renju tan-Norveġja dwar programm ta' Kooperazzjoni għal tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fil-Bulgarija

ĠU L 221, 25.8.2007, p. 46–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2009

Related Council decision
Related Council decision

25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/46


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-renju tan-Norveġja dwar programm ta' Kooperazzjoni għal tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fil-Bulgarija

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati li seħħew bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (“in-Norveġja”) fil-kuntest li l-Bulgarija se ssir parti kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE u t-twaqqif ta' Programm ta' Kooperazzjoni għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fil-Bulgarija.

Ir-riżultati tan-negozjati huma kif ġej:

1.

Għandu jkun stabbilit Programm ta' Kooperazzjoni biex jippromwovi l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-Bulgarija permezz ta' proġetti bilaterali bejn in-Norveġja u l-Bulgarija, skond ftehim bilaterali bejn iż-żewġ Stati. It-test tal-ftehim bilaterali huwa mehmuż bħala parti integrali ta' dan l-Iskambju ta' Ittri.

2.

Għall-iskop tal-Programm, in-Norveġja għandha tagħmel disponibbli ammont totali ta' 20 miljun EUR, għall-impenn f'pagament wieħed fl-2007. Dan l-ammont għandu jkun disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew ta' ftehim biex dak il-Ftehim ikun applikat provviżorjament, sat-30 ta' April 2009.

3.

Dan l-Iskambju ta' Ittri:

(a)

għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Komunità Ekonomika Ewropea u min-Norveġja skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(b)

għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fir-Rumanija;

(iii)

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea; u

(iv)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

Inkun obbligat jekk inti tikkonferma li taqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Jekk jogħġbok, aċċetta, Sinjur, l-espressjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 1

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image 2

Image 3

ANNESS

FTEHIM

Għal programm norveġiż ta' kooperazzjoni għal tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fil-Bulgarija

bejn

Ir-renju tan-Norveġja

u

r-Repubblika tal-Bulgarija

‘il quddiem imsejħin ‘il-Partijiet’

Artikolu 1

Għan

Għandu jkun stabbilit Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni biex jippromwovi l-iżvilupp soċjali u sostenibbli fil-Bulgarija permezz ta' proġetti bilaterali ta' kooperazzjoni bejn il-Partijiet fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 2

Skop Finanzjarju

Għall-fini tal-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tan-Norveġja għandu jagħmel disponibbli ammont totali ta' 20 miljun EUR, għall-impenn f'pagament wieħed fl-2007.

Artikolu 3

Dewmien

L-ammont imsemmi fl-Artikolu 2 għandu jkun magħmul disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Partepazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim biex il-Ftehim ikun applikat provviżorjament, sat-30 ta' April 2009.

Artikolu 4

Setturi prijoritarji

Il-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għall-Bulgarija għandu jkun disponibbli għal proġetti bilaterali ta' kooperazzjoni bejn applikanti eliġibbli mill-Partijiet għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fir-Repubblika tal-Bulgarija fis-setturi prijoritarji li ġejjin:

It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass serra, inklużi proġetti ta' Implimentazzjoni Konġunta skond il-Protokoll ta' Kyoto, u emissjonijiet oħra fl-ajru u fl-ilma;

L-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli;

Il-faċilitazzjoni ta' produzzjoni sostenibbli, inkluża ċ-ċertifikazzjoni u l-verifika;

L-implimentazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen, appoġġ għall-Pjanijiet Nazzjonali ta' Schengen kif ukoll it-tisħiħ tal-ġudikatura.

Attivitajiet possibbli huma inter alia l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta' riżorsi umani, in-netwerking, il-formazzjoni ta' ħiliet, it-trasferiment tat-teknoloġija u r-riċerka u l-iżvilupp.

Artikolu 5

Limiti ta' kofinanzjament

Il-kontribuzzjoni Norveġiża fil-forma ta' għotjiet m'għandhiex taqbeż is-60 % ta' l-ispiża tal-proġett ħlief għal proġetti ffinanzjati xort’oħra minn allokazzjonijiet ċentrali, reġjonali jew lokali tal-baġit tal-gvern, fejn il-kontribuzzjoni tista' ma taqbiżx il-85 % ta' l-ispiża tal-proġett. Limiti Komunitarji għal ko-finanzjament m'għandhomx jinqabżu f'kull każ. Kontribuzzjonijiet lil organizzazzjonijiet mhux governattivi u lil imsieħba soċjali jistgħu jkunu sa 90 % ta' l-ispejjeż ta' proġett.

Artikolu 6

Ġestjoni

Il-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għall-Bulgarija għandu jkun immaniġġjat mill-Gvern Norveġiż jew minn entità maħtura minnu. L-Entità tal-Ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Punt Fokali li għandu jinħatar mill-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija. Il-Kummissjoni tista' tissorvelja l-proġetti. (1)

Dispożizzjonijiet ulterjuri għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jinħarġu mill-Gvern Norveġiż skond il-ħtieġa.

L-ispejjeż għall-ġestjoni tal-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu koperti mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 2.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jkun irratifikat mir-Renju tan-Norveġja u mir-Repubblika tal-Bulgarija skond il-proċeduri nazzjonali tagħhom. Għandu jidħol fis-seħħ tletin jum wara d-data li fiha l-aħħar Parti tkun iddepożitat l-istrument ta' ratifika tagħha mal-Ministeru Norveġiż għall-Affarijiet Barranin, iżda mhux qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim biex l-aħħar imsemmi ftehim ikun applikat provviżorjament.

Magħmul fi Brussel fi………2007,

Għar-Renju tan-Norveġja

Għar-Repubblika tal-Bulgarija

B.   Ittra mir-Renju tan-Norveġja

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data ta' llum, li taqra kif ġej:

“Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati li seħħew bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (‘in-Norveġja’) fil-kuntest tal-Bulgarija li ser issir parti kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE u t-twaqqif ta' Programm ta' Kooperazzjoni għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fil-Bulgarija.

Ir-riżultati tan-negozjati huma kif ġej:

1.

Għandu jkun stabbilit Programm ta' Kooperazzjoni biex jippromwovi l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-Bulgarija permezz ta' proġetti bilaterali bejn in-Norveġja u l-Bulgarija, skond ftehim bilaterali bejn iż-żewġ Stati. It-test tal-ftehim bilaterali huwa mehmuż bħala parti integrali ta' dan l-Iskambju ta' Ittri.

2.

Għall-iskop tal-Programm, in-Norveġja għandha tagħmel disponibbli ammont totali ta' 20 miljun EUR, għall-impenn f'pagament wieħed fl-2007. Dan l-ammont għandu jkun disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew ta' ftehim biex dak il-Ftehim ikun applikat provviżorjament, sat-30 ta' April 2009.

3.

Dan l-Iskambju ta' Ittri:

(a)

għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Komunità Ekonomika Ewropea u min Norveġja skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal- Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(b)

għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fir-Rumanija;

(iii)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea; u

(iv)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.”

Għandu l-unur nikkonferma l-qbil tiegħi mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok, aċċetta, Sinjur, l-espressjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Utferdiget i Brussel,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 4

For Kongeriget Norge

За Кралство Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

Image 5


(1)  Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 6 l-ewwel paragrafu għandhom japplikaw ukoll bħala aġġustament għall-Artikolu 4(3) tal-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Komunità Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2004-2009 (ĠU L 130, 29.4.2004, p. 81).


Top