EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0006

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 116, 22.4.2004, p. 50–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/6(2)/oj

22004D0006



Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0050 - 0051


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 6/2004

tas-6 ta' Frar 2004

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendata bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/80/KE tal-5 ta' Settembru 2003 li tistabbilixxi simbolu li jindika t-tul ta' żmien (durabilita) ta' prodotti kosmetiċi fl-Anness VIIIa mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/83/KE ta' l-24 ta' Settembru 2003 li tadatta mal-progress tekniku l-Annessi II, III u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri konnessi ma' prodotti kosmetiċi [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom ikunu inseriti wara l-punt 11 (Direttiva tal-Kummissjoni 2000/41/KE) fil-Kapitolu XVI ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"12. 32003 L 0080: Direttiva tal-Kummissjoni 2003/80/KE tal-5 ta' Settembru 2003 li tistabbilixxi simbolu li jindika t-tul ta' żmien (durabilita) ta' prodotti kosmetiċi fl-Anness VIIIa mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (ĠU L 224, tas-6.9.2003, p. 27).

13. 2003 L 0083: Direttiva tal-Kummissjoni 2003/83/KE ta' l-24 ta' Settembru 2003 li tadatta mal-progress tekniku l-Annessi II, III u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri konnessi ma' prodotti kosmetiċi (ĠU L 238, tal-25.9.2003, p. 23)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2003/80/KE u 2003/83/KE fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2004, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ntgħamlu (ntbgħatu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Frar 2004.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 37.

[2] ĠU L 224, tas-6.9.2003, p. 27.

[3] ĠU L 238, tal-25.9.2003, p. 23.

[4] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------

Top