EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0722(12)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/98 tal-25 ta' Settembru 1998 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 189, 22.7.1999, p. 67–67 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/93(3)/oj

21999D0722(12)



Official Journal L 189 , 22/07/1999 P. 0067 - 0067


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 93/98

tal-25 ta' Settembru 1998

li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/98 tas-17 ta' Lulju 1998 [1];

Billi r-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 98/195/KE tat-8 ta' Jannar 1998 dwar interkonnessjoni f'suq liberalizzat ta' telekomunikazzjoni (Parti 1 - Prezzijiet ta' Interkonnessjoni) [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 26f (Riżoluzzjoni tal-Kunsill 97/K 181/02) fl-Anness XI għall-Ftehim:

"26g. 398 X 0195: Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 98/195/KE tat-8 ta' Jannar 1998 dwar interkonnessjoni f'suq liberalizzat ta' telekomunikazzjoni (Il-Parti 1 - Il-Prezzijiet ta' Interkonnessjoni) (ĠU L 73, tat-12.3.1998, p. 42)."

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 98/195/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Settembru 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Settembru 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 172 tat-8.7.1999, p. 54.

[2] ĠU L 73, tat-12.3.1998, p. 42.

--------------------------------------------------

Top