Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 21999D0722(05)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/98 tal-25 ta' Settembru 1998 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 189, 22.7.1999., 58./59. lpp. (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 11 Volum 004 P. 21 - 22

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Dokumenta juridiskais statuss Spēkā

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/86(2)/oj

    21999D0722(05)



    Official Journal L 189 , 22/07/1999 P. 0058 - 0059


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 86/98

    tal-25 ta' Settembru 1998

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/96 ta' l-1 ta' Marzu 1996 [1];

    Billi d-Direttiva 97/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Novembru 1997 li temenda d-Direttivi 76/116/KEE, 80/876/KEE, 89/284/KE u 89/530/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' fertilizzanti [2] għandha tiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE) tal-Kapitolu XIV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    "- 397 L 0063: Id-Direttiva 97/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Novembru 1997 (ĠU L 335, tat-6.12.1997, p. 15)."

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 3 (Direttiva tal-Kunsill 80/876/KEE) tal-Kapitolu XIV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    ", kif emendat bi:

    - 397 L 0063: Id-Direttiva 97/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Novembru 1997 (ĠU L 335, tat-6.12.1997, p. 15)."

    Artikolu 3

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 5 (Direttiva tal-Kunsill 89/284/KEE) tal-Kapitolu XIV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    ", kif emendat bi:

    - 397 L 0063: Id-Direttiva 97/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Novembru 1997 (ĠU L 335, tat-6.12.1997, p. 15)."

    Artikolu 4

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 7 (Direttiva tal-Kunsill 89/530/KEE) tal-Kapitolu XIV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    ", kif emendat bi:

    - 397 L 0063: Id-Direttiva 97/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Novembru 1997 (ĠU L 335, tat-6.12.1997, p. 15)."

    Artikolu 5

    It-testi tad-Direttiva 97/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Settembru 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Settembru 1998.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 124, tat-23.5.1996, p. 11.

    [2] ĠU L 335, tat-6.12.1997, p. 15.

    --------------------------------------------------

    Augša