EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0204(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/98 tad-29 ta' Mejju 1998 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 30, 4.2.1999, p. 51–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/50(2)/oj

21999D0204(12)



Official Journal L 030 , 04/02/1999 P. 0051 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 50/98

tad-29 ta' Mejju 1998

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/98 tat-30 ta' April 1998 [1];

Billi l-20 Direttiva tal-Kummissjoni 97/1/KE ta' l-10 ta' Jannar 1997 li taddatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII għad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' prodotti kosmetiċi [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 97/18/KE tas-17 ta' April 1997 li tipposoponi d-data li warajha, it-testijiet fuq l-annimali għal ingredjenti jew kombinazzjonijiet ta' ingredjenti ta' prodotti kosmetiċi huma projbiti [3]għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjudin fil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) fil-Kapitolu XVI ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 397 L 0001: l-20 Direttiva tal-Kummissjoni 97/1/KE ta' l-10 ta' Jannar 1997 (ĠU L 16, 18.1.1997, p. 85),

- 397 L 0018: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/18/KE tas-17 ta' April 1997 (ĠU L 114, ta' l-1.5.1997, p. 43)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi tal-Kummissjoni 97/1/KE u 97/18/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Ġunju 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 310, tat-19.11.1998, p. 14.

[2] ĠU L 16, tat-18.1.1997, p. 85.

[3] ĠU C 114, ta' l-1.5.1997, p. 43.

--------------------------------------------------

Top