EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0204(07)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/98 tad-29 ta' Mejju 1998 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 30, 4.2.1999, p. 44–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/45(3)/oj

21999D0204(07)



Official Journal L 030 , 04/02/1999 P. 0044 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 45/98

tad-29 ta' Mejju 1998

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi d-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitat ta' fibri binarji tat-tessut [1]għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim;

Billi d-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-ismijiet tat-tessut [2]għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 97/37/KE tad-19 ta' Ġunju 1997 li taddatta għall-progress tekniku l-Annessi I u II għad-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessut [3]għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 75/36/KEE) fil-Kapitolu XI ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"4a 396 L 0073: Id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitat tal-fibri binarji tat-tessut (ĠU L 32, tat-3.2.1997, p. 1).

4b 396 L 0074: Id-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar ismijiet tat-tessut (ĠU L 32, tat-3.2.1997, p. 38) kif emendata bi:

- 397 L 0037: id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/37/KE tad-19 ta' Ġunju 1997(ĠU L 169, tas-27.6.1997, p. 74)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi tal-Kummissjoni 96/73/KE, 96/74/KE u 97/37/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Ġunju 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 32, tat-3.2.1997, p. 1.

[2] ĠU L 32, tat-3.2.1997, p. 38.

[3] ĠU L 169, tas-27.6.1997, p. 74.

--------------------------------------------------

Top