EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998D0709(17)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/97 tal-15 ta' Diċembru 1997 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

ĠU L 193, 9.7.1998, p. 60–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/100(2)/oj

21998D0709(17)



Official Journal L 193 , 09/07/1998 P. 0060 - 0060


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 100/97

tal-15 ta' Diċembru 1997

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħil-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II li jinsab mal-Ftehim kiene emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE nru 48/97 ta'l-10 ta' Lulju 1997 [1];

Billi r-Regolament (KE) Nru 2061/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 li jippreskrivi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, deskrizzjoni u presentazzjoni ta' inbejjed aromatizzati, xorb aromatizzat ibbażat fuq l-inbid u koktejls aromatizzati minn prodotti ta' l-inbid [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 3)Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91) fil-Kapitolu XXVII ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

"- 396 R 2061: Ir-Regolament (KE) Nru 2061/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 1996 (ĠU L 277, tat-30.10.1996, p. 1)."

.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2061/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li huma annessi malverżjonijiet riepettivi tal-lingwi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Diċembru 1997, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgaħmlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1997.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 290, 23.10.97, p. 34.

[2] ĠU L 277, 30.10.96, p. 1.

--------------------------------------------------

Top