EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998D0709(16)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/97 tad-9 ta' Diċembru 1997 Li jemenda Protokoll 47 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-abolizzjoni ta' ostakli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid.

ĠU L 193, 9.7.1998, p. 59–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/99/oj

21998D0709(16)



Official Journal L 193 , 09/07/1998 P. 0059 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 99/97

tad-9 ta' Diċembru 1997

Li jemenda Protokoll 47 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-abolizzjoni ta' ostakli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid.

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul bil-Protokoll li Jbiddel il-Ftehim dwar ż-Żona Ekonomika Ewropea, magħrufa il-Ftehim, u hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

billi Protokoll 47 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/97 tal-11 ta' Lulju 1997 [1];

billi Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3201/90 tniżżel regolai dettaljati għad-deskrizzjoni u presentazzjoni tal-inbid u għeneb must [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 26 (Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3201/90) fl-Anness 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim:

"- 396 R 1056: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 (ĠU L 140, tat-13.6.1996, p. 15.)."

.

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) 1056/96 fil-lingwa Iżlandiża u fil-lingwa Norveġiża, anness mal-verżjonijiet lingwistiċi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huwa awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Diċembru 1997, basta illi n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE u fis-supplement dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 9 Diċembru 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 290, tat-23.10.1997, p. 32.

[2] ĠU L 140, tat-13.6.1996, p. 15.

--------------------------------------------------

Top