EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998D0205(04)

Deċizjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/97 tal-4 ta' Ottubru 1997 emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar ta' u ċertifikazzjoni) ta-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 30, 5.2.1998, p. 34–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/63(2)/oj

21998D0205(04)



Official Journal L 030 , 05/02/1998 P. 0034 - 0034


Deċizjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 63/97

tal-4 ta' Ottubru 1997

emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar ta' u ċertifikazzjoni) ta-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustata mill-Protokoll Aġġustanti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa t-Trattat, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II tal-Ftehim ġie emendat minn Deċizjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/97 tat-30 ta' Jannar 1997 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE tas-17 ta' Ġunju 1996 li taddatta għal progress tekniku Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE dwar l-ankraġġ ta' ċinturini tas-siġurta ta' vetturi bil mutur huwa nkluż fit-Trattat [2].

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun inkluż f'punt 20 (Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim:

"- 396 L 0038: Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE tas-17 ta' Ġunju 1996 (ĠU L 187, tas-26.7.1996, p. 95)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE fl-ilsna tal-Islanda u Norveġja, li huma annessi mal-versjonijiet rispettivi tal-lingwa ta' din id-Deċizjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għanda tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, iżda li n-notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni għanda tkun ippubblikata fit-taqsima taż-ŻEE tal u fis-Suppliment taż-ŻEE, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 4 Ottubru 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 85, tas-27.3.1997, p. 66.

[2] ĠU L 187, tas-26.7.1996, p. 95.

--------------------------------------------------

Top