EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21996D0613(11)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/95 tat-22 ta' Ġunju 1995 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 140, 13.6.1996, p. 43–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/47(2)/oj

21996D0613(11)



Official Journal L 140 , 13/06/1996 P. 0043 - 0044


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 47/95

tat-22 ta' Ġunju 1995

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/95 ta' l-24 ta' Frar 1995 [1];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/796/KE tat-18 ta' Novembru 1994 dwar regolament tekniku komuni għal aċċess ta' rata primarja tan-network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN) pan Ewropej [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/797/KE tat-18 ta' Novembru 1994 dwar regolament tekniku komuni għal aċċess ta' rata bażika tan-network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN) pan-Ewropej [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/821/KE tad-9 ta' Diċembru 1994 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta' applikazzjoni tat-telefonija għall-ħtiġiet ta' tqabbid għal interface ta' appara terminali għal linja mikrija mhux strutturata diġitali ta' ONP 64 kbit/s [4] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 4e (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/472/KE) tal-Kapitolu XVIII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"4f. 394 D 0796: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/796/KE tat-18 ta' Novembru 1994 dwar regolament tekniku komuni għal aċċess ta' rata bażika tan-network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN) pan-Ewropej (ĠU L 329, ta' l-20.12.1994, p. 1).

4g. 394 D 0797: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/797/KE tat-18 ta' Novembru 1994 dwar regolament tekniku komuni għal aċċess ta' rata bażika tan-network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN) pan-Ewropej (ĠU L 329, ta' l-20.12.1994, p. 14).

4h. 394 D 0821: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/821/KE tad-9 ta' Diċembru 1994 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta' applikazzjoni tat-telefonija għall-ħtiġiet ta' tqabbid għal interface ta' appara terminali għal linja mikrija mhux strutturata diġitali ta' ONP 64 kbit/s (ĠU L 339, tad-29.12.1994, p. 81)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/796/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/797/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/821/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Lulju 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Ġunju 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 83, tat-13.4.1995, p. 48.

[2] ĠU L 329, tat-20.12.1994, p. 1.

[3] ĠU L 329, tat-20.12.1994, p. 14.

[4] ĠU L 339, tat-29.12.1994, p. 81.

--------------------------------------------------

Top